L-Ewwel Ġimgħa tar-Randan
Il-Ħamis
Qari I
Jiena waħdi
u ma għandi lil ħadd ħliefek, Mulej.
Est 4, 17 n. p-r.aa-bb.gg-hh
Qari
mill-Ktieb ta’ Ester
Is-sultana Ester qabadha biża’ għall-mewt, u fittxet il-kenn tal-Mulej.
Imbagħad talbet lill-Mulej, Alla ta’ Iżrael, u qaltlu: “Mulejja,
int waħdek is-Sultan tagħna. Għinni għax jien waħdi, u
m’għandi ebda kenn ieħor ħliefek, u bħalissa għaddejja minn periklu
kbir. Sa minn
ċkuniti, fi ħdan il-familja ta’ missirijieti, jien kont nisma’
li int,
Mulej, għażilt lil Iżrael minn fost il-ġnus
kollha, u ’l missirijietna minn
fost l-antenati tagħhom biex ikunu l-wirt tiegħek
għal dejjem, u għamilt
magħhom skont ma wegħedthom.
Ftakar
fina Mulej, uri ruħek fi żmien l-hemm tagħna u qawwili qalbi,
Sultan fuq l-allat, u setgħan fuq kull setgħa. Qegħedli kliem f’waqtu
fuq fommi għal quddiem l-iljun, u dawwarlu qalbu u
mlihielu b’mibegħda għal dak li ħadha kontra tagħna biex isib tmiemu, hu
u kull min jaħsibha bħalu. Iżda lilna eħlisna bil-qawwa ta’
jdejk u għinni, lili, li jiena waħdi u ma għandi lil ħadd ħliefek, Mulej”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8
R/. (3a): Meta sejjaħtlek,
int weġibtni
Irroddlok
ħajr, Mulej, b’qalbi kollha,
għaliex
int smajt kliem fommi.
Quddiem
l-allat irrid ngħannilek.
B’wiċċi
fl-art ninxteħet quddiem is-santwarju tiegħek. R/.
Irroddlok
ħajr għat-tieba u
l-fedeltà tiegħek,
għax
int kabbart ismek u kelmtek fuq kollox.
Meta sejjaħtlek, int weġibtni,
kattarli
l-qawwa f’ruħi. R/.
Il-leminija tiegħek issalvani.
Il-Mulej iżomm kelmtu miegħi.
It-tieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem;
la
titlaqx għemil idejk! R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Salm 50 (51), 12a u 14a
Glorja
u tifħir lilek, Kristu!
Oħloq
fija qalb safja, o Alla;
Roddli
l-hena tas-salvazzjoni tiegħek.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Kull min jitlob, jaqla’.
Mt 7, 7-12
Qari
mill-Evanġelju skont
San Mattew
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom. Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib,
u min iħabbat jiftħulu. Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa
ħobż, sejjer jagħtih
ġebla? Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp? Mela jekk intom,
nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar
Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min
jitlobhomlu! Mela dak
kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom;
għax din hi l-Liġi
u l-Profeti”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu