It-Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

 

Qari I

Il-Mulej salva l-poplu tiegħu.

Ġer 31:7-9

 

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija

 

Dan jgħid il-Mulej:

Għannu bil-ferħ għal Ġakobb,

sellmu lill-ewlieni fost il-ġnus.

Xandru, faħħru u niedu:

Il-Mulej salva l-poplu tiegħu,

il-fdal ta’ Iżrael’.

 

Arani, se nġibhom minn art it-tramuntana,

niġborhom minn truf l-art,

ilkoll kemm huma,

l-għomja u z-zopop,

in-nisa bit-tfal u n-nisa fil-ħlas:

kotra kbira terġalura hawn.

Jiġu bil-biki,

imma nfarraġhom jiena u nġibhom lura.

Immexxihom lejn l-ilma ġieri,

minn mogħdijiet watja biex ma jitfixklux.

Għax jien missier għal Iżrael,

u Efrajm hu ibni l-kbir”.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Salm Responsorjali

Salm 125(126):1-2ab,2ċd-3,4-5,6

 

R/.(3): Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!

 

Meta l-Mulej reġġalura l-imjassra ta’ Sijon,

konna qisna mitlufa f’ħolma;

imbagħad bid-daħk imtela fommna,

u bl-għajat ta’ ferħ ilsienna. R/.

 

Imbagħad bdew jgħidu fost il-ġnus:

Kbir f’għemilu l-Mulej magħhom”.

Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!

U aħna bil-ferħ imtlejna. R/.

 

Biddel, Mulej, xortina

bħall-widien tan-Negeb!

Dawk li jiżirgħu fid-dmugħ

jaħsdu bl-għana ta’ ferħ. R/.

 

Huma u sejrin imorru jibku,

iġorru ż-żerriegħa għaż-żrigħ.

Iżda huma u ġejjin lura jiġu b’għana ta’ ferħ,

iġorru l-qatet f’idejhom. R/.

 

Qari II

Int qassis għal dejjem.

Lhud 5:1-6

 

Qari mill-Ittra lil-Lhud

 

Kull qassis il-kbir meħud minn fost il-bnedmin, hu mqiegħed għall-bnedmin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla, biex joffri doni u sagrifiċċji għad-dnubiet. Hu dak li jistajagħderil dawk li ma jafux u li jiżbaljaw, għax huwa mlibbes bid-dgħufija; u minħabba f’hekk għandu joffri sagrifiċċji għad-dnubiet tiegħu wkoll, bħalma joffrihom għad-dnubiet tal-poplu.

 

Ħadd m’għandu jieħu b’idejh dal-ġieħ għalih innifsu, imma biss min hu msejjaħ minn Alla, sewwasew kif kien imsejjaħ Aron. Għax hekk ukoll Kristu ma tax lilu nnifsu l-ġieħ li jkun il-qassis il-kbir, imma dan tahulu Alla, li qallu: Ibni int; illum jien nissiltek”. U kif jgħid ukoll band’oħra: Int qassis għal dejjem skont l-ordni ta’ Melkisedek”.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

ara 2 Tim 1:10

 

Hallelujah. R/. Hallelujah.

Is-Salvatur tagħna Kristu Ġesù qered il-mewt

u dawwal il-ħajja permezz tal-Evanġelju.

R/. Hallelujah.

 

Evanġelju

Mgħallem, agħmel li jiena nara.

Mk 10:46-52

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

 

F’dak -żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!.

 

Kien hemm ħafna li bdew jgħajtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!.

 

Ġesù waqaf u qal: “Sejħulu”. Huma sejħu l-agħma u qalulu: Agħmel il-qalb! Qum, qiegħed isejjaħlek”. Dak tajjar il-mantar minn fuqu, qabeż fuq riġlejh u mar ħdejn Ġesù.

 

U Ġesù kellmu u qallu: “Xi tridni nagħmillek?. “Li nerġanara, Rabbuni”, wieġbu l-agħma. U Ġesù qallu: “Mur, il-fidi tiegħek fejqitek”. U minnufih raġabeda jara, u baqamiexi warajh fit-triq.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Tifħir lilek, Kristu.