Is-Sittax-il Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Is-Sibt

 

Qari I

Hawn hu d-demm tal-patt li l-Mulej għamel magħkom.

Eżodu 24, 3-8

 

Qari mill-Ktieb tal-Eżodu

 

F’dak iż-żmien, Mosè niżel jgħid lill-poplu kulma qallu l-Mulej u kulma ordnalu. Il-poplu wieġeb b’leħen wieħed u qal: “Kulma qalilna l-Mulej nagħmluh”.

 

Mosè kiteb il-kliem kollu tal-Mulej, u filgħodu qam, bena artal taħt il-muntanja, u waqqaf tnax-il plier għat-tnax-il tribù ta’ Iżrael.

 

Imbagħad bagħat xi żgħażagħ minn ulied Iżrael biex joffru sagrifiċċji u joqtlu għoġiela bħala sagrifiċċji tas-sliem lill-Mulej.

 

Mosè ħa nofs id-demm u qiegħdu fi bwieqi, u xerred in-nofs l-ieħor fuq l-artal. Imbagħad ħa l-ktieb tal-patt, u qara minnu hekk li seta’ jisimgħu l-poplu. U huma qalu: “Kulma qalilna l-Mulej nagħmluh, u nisimgħu minnu”.

 

Mosè mbagħad ħa d-demm u, hu u jroxxu fuq il-poplu, qal: “Hawn hu d-demm tal-patt li l-Mulej għamel magħkom skont dan il-kliem kollu!.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 49 (50): 1-2.5-6.14-15

 

R/. (14a): Agħti ’l Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

 

Alla, il-Mulej Alla, tkellem u sejjaħ l-art.

Minn fejn titla’ x-xemx sa fejn tinżel,

minn Sijon, il-ġmiel tagħha,

Alla wera d-dija tiegħu. R/.

 

Iġimgħu ’l ħbiebi quddiemi,

li għamlu patt miegħi bis-sagrifiċċju”.

U jħabbru s-smewwiet il-ġustizzja tiegħu,

għaliex Alla nnifsu jagħmel il-ħaqq. R/.

 

Agħti ’l Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr,

u rodd lill-Għoli l-wegħdiet tiegħek.

Imbagħad sejjaħli f’jum id-dwejjaq;

jien neħilsek, u int tweġġaħni. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Ġak 1, 21bċ

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Ilqgħu bil-ħlewwa l-Kelma mħawla fikom,

li tistassalvalkom ruħkom.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad.

Mt 13, 24-30

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

 

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab parabbola oħra lill-folla u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żarażerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu: “Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?”. Iżda hu qalilhom: “Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi!. Tridx immorru niġbruha?, qalulu l-qaddejja. Qalilhom: “Le, għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll. Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu