It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari I
L-indiema
tan-nies ta’ Ninwè.
Ġona 3:1-5,10
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Ġona
Il-kelma
tal-Mulej waslet lil Ġona u qallu: “Qum, mur f’Ninwè, il-belt il-kbira, u xandrilha li ngħidlek jien”. U Ġona qam u mar f’Ninwè kif qallu
l-Mulej.
Issa Ninwè
kienet belt kbira għall-aħħar, trid tlitt ijiem biex
timxiha. Ġona, kif daħal
il-belt, beda ġurnata mixi, ixandar u jgħid: “Erbgħin jum ieħor,
u Ninwè ssir ħerba!”.
In-nies
ta’ Ninwè emmnu f’Alla, nedew sawma
u libsu l-ixkejjer, mill-kbir
saż-żgħir.
U Alla
ra x’għamlu, kif reġgħu lura minn triqthom il-ħażina. U Alla raġa’ bdielu
mid-deni li qal li kien se jagħmlilhom, u ma għamlux.
Il-Kelma
tal-Mulej.
R/. Irroddu
ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 24(25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9
R/. (4a): Triqatek, Mulej, għarrafni.
Triqatek, Mulej,
għarrafni,
il-mogħdijiet
tiegħek għallimni.
Mexxini fis-sewwa
tiegħek u għallimni,
għax int Alla
tas-salvazzjoni tiegħi.
R/.
Ftakar fil-ħniena
u t-tjieba tiegħek,
għax huma minn
dejjem, Mulej.
Inti tajjeb,
Mulej;
ftakar fija
skont it-tjieba tiegħek. R/.
Tajjeb u sewwa
l-Mulej;
għalhekk juri
triqtu lill-ħatja.
Imexxi l-imsejkna
fis-sewwa,
jgħallem lill-fqajrin
it-triq tiegħu. R/.
Qari II
Is-sura ta’
din id-dinja għad tgħaddi.
1 Kor 7:29-31
Qari mill-Ewwel
Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin
Dan ngħidilkom,
ħuti: iż-żmien
qsar. Ħa jkunu, mela, dawk li għandhom mara, bħallikieku
ma għandhomx; dawk li jibku, bħallikieku ma jibkux;
dawk li jifirħu, bħallikieku ma jifirħux; dawk li jixtru,
bħallikieku ma għandhom
xejn; dawk li jgawdu d-dinja, bħallikieku ma jgawduhiex; għax is-sura ta’ din id-dinja għad tgħaddi!
Il-Kelma
tal-Mulej.
R/. Irroddu
ħajr lil Alla.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Mk 1:15
Hallelujah. R/. Hallelujah.
Iż-żmien huwa
mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet;
indmu u emmnu
fl-Evanġelju.
R/. Hallelujah.
Evanġelju
Indmu u emmnu fl-Evanġelju.
Mk 1:14-20
Qari mill-Evanġelju
skont San Mark
Wara li arrestaw
lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla
u jgħid: “Iż-żmien
huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu
fl-Evanġelju”.
Waqt li kien
għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U Ġesù
qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin”. U minnufih
telqu x-xbiek, u marru warajh.
Wara li mexa
ftit ieħor ra lil Ġakbu
ta’ Żebedew u lil ħuh Ġwanni fid-dgħajsa
qegħdin isewwu x-xbiek, u minnufih sejħilhom. U huma telqu
lil missierhom Żebedew fid-dgħajsa
mal-lavranti, u marru
warajh.
Il-Kelma
tal-Mulej.
R/. Tifħir
lilek, Kristu.