L-Ewwel Ġimgħa tar-Randan
It-Tlieta
Qari I
Kelmti tagħmel
dak li jogħġob lili.
Iż 55, 10-11
Qari
mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija
Dan jgħid il-Mulej:
“Bħalma x-xita u s-silġ jinżlu mis-smewwiet,
u
ma jerġgħux lura mnejn ġew bla ma jsaqqu l-art,
imma
jġegħluha tnissel
u tnibbet,
u
tagħti ż-żerriegħa
’l min jiżra’ u l-ħobż
’il min jiekol,
hekk
jiġri minn kelmti: hija toħroġ
minn fommi,
u
ma terġax lura vojta,
imma
tagħmel dak li jogħġob lili,
u
ttemm dak li nkun bgħattha tagħmel”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 33 (34), 4-5.6-7.16-17.18-19
R/. (18b): Il-Mulej jeħles lill-ġusti mid-dwejjaq kollha tagħhom
Xandru
l-kobor tal-Mulej miegħi;
ħa
ngħollu ismu flimkien.
Jien
fittixt il-Mulej, u weġibni,
minn
kull biża’ tiegħi ħelisni. R/.
Ħarsu
lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom,
u
ma jkollkomx għax tistħu.
Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu,
u
mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu. R/.
Għajnejn
il-Mulej lejn il-ġusti,
u
widnejh miftuħa għall-għajta tagħhom.
Il-ħarsa tal-Mulej fuq il-ħżiena,
biex
jeqred minn fuq l-art tifkirithom. R/.
Jgħajtu
l-ġusti għall-għajnuna,
u l-Mulej jismagħhom;
mid-dwejjaq kollha
tagħhom jeħlishom.
Qrib
il-Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma,
jgħin
lil dawk b’ruħhom mifnija. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Mt 4, 4b
Glorja
u tifħir lilek, Kristu!
Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,
iżda
b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Mela itolbu hekk.
Mt 6, 7-15
Qari
mill-Evanġelju skont San
Mattew
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux
tlabalbu bħall-pagani;
dawn mingħalihom li, iktar
ma jgħidu,
iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu,
qabel ma titolbuh intom. Mela itolbu
hekk:
Missierna,
li inti fis-smewwiet,
jitqaddes
ismek,
tiġi
saltnatek,
ikun
li trid int, kif fis-sema, hekkda
fl-art.
Ħobżna
ta’ kuljum agħtina llum.
Aħfrilna
dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.
U la ddaħħalniex fit-tiġrib,
iżda
eħlisna mid-deni.
Għax
jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li
hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll. Imma jekk
intom ma taħfrux lill-bnedmin
il-ħtijiet tagħhom,
anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet
tagħkom”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu