22 ta’ Lulju

Santa Marija Maddalena

Festa

 

Qari I

Għan 3: 1-4a

Jew jista’ jinqara’ 2 Kor 5: 14-17

 

Qari mill-Ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet

 

Matul il-lejl fuq soddti jien fittixt lil dak li qalbi tħobb. Fittixtu: ma sibtux! Ħa nqum, għalhekk, u mmur indur mal-belt, u fit-triqat u l-pjazez noqgħod infittex dak li qalbi tħobbu. Fittixtu: ma sibtux! Itaqgħu miegħi mbagħad in-nies tal-għassa, dawk li mal-belt iduru. Lil dak li qalbi tħobb rajtuh jewwilla? Bilkemm ilħaqt għaddejthom li jiena sibt lil dak li qalbi tħobbu.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Salm Responsorjali

62

 

R/. Għalik għatxana ruħi, Mulej, Alla tiegħi!

 

O Alla, int Alla tiegħi!

Għalik inbakkar jiena.

Għalik għatxana ruħi, ġismi qed inin għalik,

bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma. R/.

 

Irrid niġi naħseb fik fit-tempju,

biex nara s-setgħa tiegħek u l-glorja tiegħek.

Għax il-grazzja tiegħek aħjar mill-ħajja,

xofftejja jfaħħruk. R/.

 

Hekk inbierkek ħajti kollha,

u f’ismek nerfa’ idejja.

Bħalma jien nimtela b’ikel li jsemmen,

hekk fommi jgħanni b’xofftejn ferrieħa. R/.

 

Għax int kont għajnuna għalija;

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Ruħi miegħek tqabbad;

lili żżommni l-leminija tiegħek. R/.

 

Akklamazzjoni għall-Evanġelju

 

R/. Hallelujah

Għidilna, Marija, ħabbrilna: fit-triq ’il min rajt:

Jien rajt qabar Kristu li rxoxta fis-sebħ tal-qawmien. 

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Ġw 20:1-11

 

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

 

Jien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù.

 

Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda, tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu ’l Sidi, u ma nafx fejn qegħduh.” Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù. Ġesù qalilha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħdha tfittex? Hi ħasbet li kien il-ġennien, u qaltlu: “Sidi, jekk neħħejtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura.” Ġesù weġibha: “Marjam!” Hi daret u qaltlu: “Rabbuni!” (jiġifieri, Mgħallem). Ġesù qalilha: “Ħallini, għax għadni ma tlajtx għand Missieri; imma mur għand ħuti u għidilhom li sa nitla’ għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom.” Marjam minn Magdala marret għand id-dixxipli tagħtihom l-aħbar: “Rajt il-Mulej u tani dil-bxara.”

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu.