Is-Seba Ġimgħa tal-Għid

Is-Sibt

 

Qari I

Pawlu baqaRuma jxandrilhom is-Saltna ta’ Alla.

Atti 28, 16-20. 30-31

 

Għeluq tal-Ktieb tal-Atti tal-Appostli

 

Meta dħalna Ruma, Pawlu tawh il-permess joqgħod għalih b’suldat għassa miegħu. Tlitt ijiem wara, huwa laqqaflimkien miegħu l-kapijiet tal-Lhud, u kif kienu miġbura miegħu qalilhom: “L-aħwa, għalkemm jien ma għamilt xejn kontra l-poplu jew kontra d-drawwiet ta’ missirijietna, f’Ġerusalemm tawni priġunier f’idejn ir-Rumani. Dawn stħarrġu l-każ tiegħi u riedu jitilquni, għax ma sabuli xejn li għalih kienet tistħoqqli l-mewt. Imma billi l-Lhud żammew iebes jiena kelli nappella għal quddiem Ċesari, mhux għax kelli xi ngħid mal-poplu tiegħi. Għalhekk tlabtkom tiġu biex narakom u nkellimkom; għax jien minħabba t-tama ta’ Iżrael ninsab marbut b’din il-katina”.

 

Pawlu dam joqgħod hemm għal sentejn sħaħ fid-dar li kien kera; hemm kien jilqalil dawk kollha li kienu jiġu għandu, ixandrilhom is-Saltna ta’ Alla u jgħallimhom fuq il-Mulej Ġesù Kristu bil-kuraġġ u bla tfixkil.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 10 (11), 4.5 u 7

 

R/. (ara 7b): Il-Mulej idawwar wiċċu lejn min hu sewwa

jew: Hallelujah, hallelujah, hallelujah

 

Il-Mulej hu fit-tempju mqaddes tiegħu,

il-Mulej fis-sema għandu t-tron tiegħu;

għajnejh fuq il-bnedmin jitfa’,

bi xfar għajnejh jiflihom. R/.

 

Jgħarbel il-Mulej il-ġust u l-ħażin;

hu jobgħodil min iħobb id-dnewwa.

Għax ġust hu l-Mulej, u jħobb il-ġustizzja;

wiċċu jdawwar lejn min hu sewwa. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

ara Ġw 16, 7.13

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Nibagħtilkom l-Ispirtu tal-verità, jgħid il-Mulej,

u jwassalkom għall-verità kollha.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Dan huwa d-dixxiplu li qiegħed jagħti xhieda għal dan kollu u li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u aħna nafu li x-xhieda tiegħu hi minnha.

Ġw 21, 20-25

 

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

 

F’dak iż-żmien, Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu: “Mulej, min hu li se jittradik?”. Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?”. Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqasa ma niġi? Int imxi warajja!. B’hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak id-dixxiplu ma kienx se jmut. Madankollu Ġesù ma qalx li ma kienx se jmut, imma biss: “Jekk irridu jibqasa ma niġi, inti x’inhi affarik?”

 

Dan huwa d-dixxiplu li qiegħed jagħti xhieda għal dan kollu u li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u aħna nafu li x-xhieda tiegħu hi minnha. Iżda hemm ukoll bosta ħwejjeġ oħra li għamel Ġesù. Li kieku wieħed kellu jikteb kollox ħaġa b’ħaġa, naħseb li anqas id-dinja stess ma kienet tesagħhom il-kotba li kienu jinkitbu.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu