L-Erbgħa u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Solennità ta’ Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien Kollu

 

Qari I

Il-ħakma tiegħu ħakma għal dejjem.

Dan 7:13-14

 

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Danjel

 

Billejl deherli qiegħed nara

bħal iben ta’ bniedem,

ġej mis-sħab tas-sema,

li baqasejjer sax-Xiħ fl-għomor

u ressquh quddiemu.

U tawh ħakma, ġieħ, u saltna,

biex lilu jaqdi kull ġens, u poplu, u lsien.

Ħakmietu ħakma għal dejjem li ma tgħaddix,

u saltnatu li ma tinqeridx.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Salm Responsorjali

Salm 92(93):1ab,-2,5

 

R/. (1a): Il-Mulej isaltan; il-kobor libes.

 

Il-Mulej isaltan; il-kobor libes,

libes il-Mulej u tħażżem bil-qawwa. R/.

 

Iżomm sħiħa d-dinja; qatt ma titħarrek.

Imwaqqaf it-tron tiegħek fis-sod minn dejjem;

minn dejjem ta’ dejjem int. R/.

 

Il-kmandamenti tiegħek ta’ min joqgħod fuqhom;

qdusija lil darek tixraq, Mulej,

sakemm itul iż-żmien. R/.

 

Qari II

Kristu huwa l-Prinċep tas-slaten tad-dinja.

Apok 1:5-8

 

Qari mill-Ktieb tal-Apokalissi ta’ San Ġwann Appostlu

 

Ġesù Kristu hu x-xhud fidil, il-Kbir fost il-mejtin, il-Prinċep tas-slaten tad-dinja. Lil Dak li ħabbna, u li ħallna minn dnubietna bis-saħħa ta’ demmu, u li għamilna saltna, qassisin għal Alla tiegħu Missieru, lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem. Amen.

 

Arawh, ġej fis-sħab, u l-għajnejn kollha jarawh, ukoll dawk li kienu nifduh; u r-razez kollha tal-art jibdew iħabbtu fuq sidirhom minħabba fih. Iva. Amen!

 

Jiena huwa l-Alfa u l-Omega, jgħid il-Mulej Alla, li hu, u li kien, u li għad irid jiġi, Dak li jistakollox!

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Mk 11:9,10

 

Hallelujah. R/. Hallelujah.

Imbierek min ġej f’isem il-Mulej!

Imbierka s-Saltna ta’ David missierna li ġejja!

R/. Hallelujah.

 

Evanġelju

Int qiegħed tgħid li jien sultan.

Ġw 18:33b-37

 

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

 

F’dak iż-żmien, Pilatu sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Inti s-sultan tal-Lhud?. Ġesù wieġeb: “Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok, jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?. Pilatu wieġeb: “Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f’idejja. X’għamilt?.

 

Ġesù wieġeb: “Is-saltna tiegħi mhijiex ta’ din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta’ din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f’idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati mhijiex ta’ hawn”.

 

Pilatu qallu: “Mela int sultan?. U Ġesù wieġeb: “Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jismaleħni”.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Tifħir lilek, Kristu.