It-Tielet Ġimgħa tal-Għid
It-Tlieta
Qari I
Mulej Ġesù,
ilqa’ r-ruħ tiegħi.
Atti 7, 51 – 8, 1a
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, Stiefnu
qal lill-poplu, lix-xjuħ u lill-kittieba: “Ja nies
ta’ ras iebsa, intom għalaqtu qalbkom u saddejtu widnejkom,
u dejjem waqaftulu lill-Ispirtu s-Santu. Kif għamlu
missirijietkom, qegħdin
tagħmlu intom ukoll. Lil min mill-profeti ma ppersegwitawx
missirijietkom? Huma qatlu lil dawk li ħabbru
minn qabel
il-miġja ta’ dak il-Ġust li issa intom stess ittradejtuh
u qtiltuh, intom,
li rċevejtu l-Liġi
minn idejn l-anġli, u ma ħaristuhiex”.
Meta semgħu dan, ħassew kliemu jinfdilhom qalbhom u bdew jgħażżu
snienhom kontra Stiefnu.
Imma
hu, mimli bl-Ispirtu s-Santu u b’għajnejh fis-sema, ra l-glorja ta’ Alla
u lil Ġesù qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla. U qal: “Ara, qiegħed nara
s-sema miftuħ u lil Bin il-bniedem fil-lemin ta’ Alla”.
U huma nfexxew jgħajtu kemm jifilħu u jsoddu widnejhom. Imbagħad
intefgħu fuqu lkoll f’daqqa, kaxkruh ’il
barra mill-belt u qabdu
jħaġġruh. Ix-xhieda
qiegħdu ħwejjiġhom
f’riġlejn żagħżugħ jismu
Sawl.
Lil Stiefnu qabdu jħaġġruh huwa u jitlob u jgħid: “Mulej Ġesù, ilqa’ r-ruħ
tiegħi”. Imbagħad
niżel għarkupptejh
u għajjat b’leħen
għoli: “Mulej, tgħoddulhomx dan id-dnub”. U kif qal
hekk, miet.
Sawl
kien fehma waħda magħhom fil-mewt li tawh.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21ab
R/. (6a): Mulej, f’idejk jien nerħi
ruħi
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Kun blata tal-kenn għalija,
fortizza
qawwija ta’ salvazzjoni.
Inti l-blata u l-fortizza tiegħi;
f’ġieħ
ismek mexxini u wassalni. R/.
F’idejk
jien nerħi ruħi;
int
teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa.
Imma
jien fil-Mulej nittama.
Nifraħ
u nithenna għat-tieba tiegħek. R/.
Uri d-dawl ta’ wiċċek lill-qaddej tiegħek;
fit-tieba tiegħek eħlisni.
Bil-ħarsien
tiegħek tkenninhom
kontra
t-tnassis tal-bnedmin. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 6, 35ab
Hallelujah. R/. Hallelujah
Jiena
hu l-ħobż tal-ħajja, jgħid il-Mulej.
Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Mhux Mosè iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema.
Ġw 6, 30-35
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, in-nies
staqsew lil Ġesù: “X’sinjal
se tagħmel biex aħna
narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom
jieklu ħobż mis-sema”.
Weġibhom
Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż
mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema;
għaliex
il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel
mis-sema u jagħti l-ħajja
lid-dinja”.
Qalulu
huma: “Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż”. Weġibhom
Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu
qatt il-ġuħ, u
min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx!”
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu