Il-Ħdax-il Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Is-Sibt
Qari I
Ma niftaħarx ħlief
b’dak li hu dgħajjef fija.
2 Kor 12, 1-10
Qari mit-Tieni
Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin
Ħuti,
ikolli niftaħar. Tassew li xejn mhu se jiswieli, imma niġu għall-viżjonijiet
u r-rivelazzjonijiet tal-Mulej.
Naf wieħed, jemmen fi
Kristu,
li erbatax-il sena ilu kien meħud
sat-tielet sema – jekk hux bil-ġisem
jew mingħajr
il-ġisem jien ma nafx, dan Alla
jafu. U naf li dan
il-bniedem kien meħud fil-ġenna – jekk hux fil-ġisem
jew mingħajr
il-ġisem jien ma nafx, dan Alla
jafu u sama’ jingħadu ħwejjeġ
li ma jitfissrux bil-kliem
u li ebda bniedem ma jista’
jgħidhom.
B’dan niftaħar jien! Imma bija nnifsi ma niftaħarx ħlief b’dak li hu dgħajjef
fija. Għax kieku
rrid niftaħar, ma nkunx qed nitbellah,
għax inkun qed ngħid is-sewwa.
Imma nżomm ruħi lura, biex ma jkunx hemm
min jaħseb li jien xi ħaġa aktar minn dak
li jilmaħ fija jew minn dak
li jismagħni ngħid.
U li ma mmurx nintefaħ bija nnifsi minħabba fil-kobor tarrivelazzjonijiet, tqegħditli
xewka f’ġismi, messaġġiera tax-Xitan, biex toqgħod tniggiżni ħalli ma nintefaħx. Fuq hekk tliet darbiet
tlabt
il-Mulej
biex hi titbiegħed minni. Iżda hu weġibni: “Biżżejjed għalik il-grazzja
tiegħi; għax il-qawwa tiegħi tidher fl-aqwa tagħha fejn hemm
id-dgħajjef”.
Għalhekk
niftaħar minn
qalbi l-aktar bid-debbulizzi tiegħi biex il-qawwa ta’ Kristu tgħammar fija. Mela bil-qalb
kollha nitgħaxxaq bid-debbulizzi
tiegħi, bit-tagħjir,
bl-għaks, bil-persekuzzjonijiet, bid-dwejjaq
minħabba Kristu; għax meta nkun
dgħajjef, inkun qawwi.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 33 (34), 8-9.10-11.12-13
R/. (9a): Ippruvaw u taraw kemm hu
tajjeb il-Mulej
L-anġlu tal-Mulej jgħasses
madwar
dawk li jibżgħu minnu, u jeħlishom.
Ippruvaw
u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej;
hieni
l-bniedem li jistkenn fih. R/.
Ibżgħu
mill-Mulej, qaddisin tiegħu;
xejn
ma jonqsu min jibża’ minnu.
Is-setgħana jiftaqru u jbatu l-ġuħ;
min
ifittex lill-Mulej xejn ma jkun jonqsu.
R/.
Ejjew
uliedi, isimgħu lili;
jiena
l-biża’ tal-Mulej ngħallimkom.
Min hu l-bniedem li jħobb il-ħajja,
u
jixtieq jara għomru kollu riżq? R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
2 Kor 8, 9
Hallelujah. R/. Hallelujah
Ġesù
Kristu, għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom,
sabiex
intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.
Hallelujah
Evanġelju
Toqogħdux tħabblu
raskom għall-għada.
Mt 6, 24-34
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Ħadd
ma jista’ jaqdi żewġ
sidien; għax jew ikun
jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat
ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux
taqdu lil Alla u
lill-flus.
Għalhekk
ngħidilkom: tinkwetawx
ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu
jew x’tixorbu,
anqas għal ġisimkom x’se tilbsu. Jaqaw il-ħajja mhijiex
aqwa mill-ikel, u l-ġisem aqwa mill-ilbies?
Ħarsu
lejn l-għasafar tas-sema; la jiżirgħu u
lanqas jaħsdu u lanqas
igeddsu
fl-imħażen, u madankollu
Missierkom li hu fis-smewwiet jitmagħhom!
Intom ma tiswewx aktar minnhom? U min minnkom,
bl-inkwiet
kollu tiegħu, se jseħħlu jtawwal għomru mqar b’jum wieħed biss?
U għall-ilbies għalfejn tinkwetaw ruħkom? Ħarsu lejn il-ġilji tal-għelieqi,
kif jikbru! U la jitħabtu u lanqas jinsġu. Madankollu, ngħidilkom,
anqas Salamun, fil-glorja kollha tiegħu,
ma kien jilbes bħal
wieħed minnhom. Mela jekk Alla
jlibbes hekk imqar ħaxixa selvaġġa
li llum hawn u għada tinxteħet fil-forn, kemm aktar
lilkom, nies
ta’ fidi ċkejkna?
Għalhekk
toqogħdux tinkwetaw ruħkom u tgħidu: “X’se nieklu? X’se
nixorbu? X’se nilbsu?”. Dawn huma
kollha ħwejjeġ li
jfittxuhom il-pagani.
Imma Missierkom li hu fis-smewwiet jaf li dan kollu teħtiġuh.
Mela
fittxu l-ewwel is-Saltna u l-ġustizzja ta’ Alla, u dan kollu jingħatalkom
ukoll. Mela toqogħdux tħabblu raskom għall-għada, għax
il-jum ta’ għada jħabbel rasu hu għalih innifsu. Biżżejjed hu għall-jum it-taħbit tal-ġurnata”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu