Il-Ġimgħa
wara
l-Erbgħa tal-Irmied
Qari I
Jaqaw jien jogħġobni sawm bħal dan?
Iż 58, 1-9a
Qari
mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija
Dan jgħid il-Mulej:
“Iftaħ garġik, għajjat u la tiskotx!
Għolli
leħnek bħal tromba!
Dnubhom
uri lill-poplu tiegħi,
u
ħtijiethom lil dar Ġakobb!
Imma
lili kuljum ifittxu,
jixtiequ
jagħrfu triqati,
bħallikieku
ġens li jagħmel
is-sewwa,
u
li ma ħalliex l-ordnijiet
ġusti ta’ Alla tiegħu.
Jitolbuni
ġudizzji fis-sewwa,
jixtiequ
jersqu lejn Alla:
“Għaliex somna u int ma ħaristx,
għakkisna
ruħna u int ma ntbaħtx?”
Araw,
f’jum is-sawm tagħkom tagħmlu li tridu,
u
tgħakksu lill-ħaddiem
tagħkom.
Araw,
issumu bil-kustjonijiet u
l-ġlied
u
tidorbu bil-ponn bla ħaqq.
Jekk
issumu kif qegħdin issumu issa,
leħinkom
ma jinstamax fl-għoli.
Jaqaw
jien jogħġobni sawm bħal dan,
jum
biex bniedem jgħakkes lilu nnifsu?
Biex
ibaxxi rasu bħas-simar,
u
jimtedd fuq ix-xkora u r-rmied?
Tgħidlu
int dan sawm,
jum
jogħġob lill-Mulej?
Jaqaw
mhux dan is-sawm li jiena rrid,
jiġifieri,
li tħoll l-irbit tal-ħażen,
u
tqaċċat ix-xkiel tal-madmad,
li
tibgħat ħielsa l-maħqurin,
u
tkisser kull madmad?
Mhux
li taqsam ħobżok
ma’ min hu bil-ġuħ,
u
ddaħħal f’darek lill-imsejken bla saqaf?
Mhux
li tlibbes lil min tara għarwien,
u
n-nies ta’ darek ma tinsihomx?
Imbagħad
ifiġġ bħaż-żerniq
id-dawl tiegħek,
u
malajr tagħlaqlek il-ġerħa tiegħek.
Quddiemek
timxi l-ġustizzja tiegħek,
u
l-glorja tal-Mulej timxi warajk.
Jekk
biss issejjaħlu, iwieġeb il-Mulej;
jekk
tgħajjatlu, jgħidlek:
“Hawn jien”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 50 (51), 3-4.5-6a.18-19
R/. (19b): Qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla
Ikollok
ħniena minni, o Alla, fi tjubitek;
fil-kobor tal-ħniena
tiegħek ħassar ħtijieti.
Aħsilni
kollni mill-ħtija tiegħi;
naddafni
mid-dnub tiegħi. R/.
Għax
jien nagħrafhom ħtijieti;
id-dnub
tiegħi dejjem quddiemi.
Kontrik
biss jiena dnibt,
u
dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt. R/.
Għax lilek ma jogħġbokx is-sagrifiċċju;
noffrilek
vittmi maħruqa, u ma tilqagħhomx.
Is-sagrifiċċju tiegħi, o Alla, hu l-qalb niedma;
qalb
maqsuma u sogħbiena ma
twarrabhiex, o Alla. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara Għamos
5, 14
Glorja
u tifħir lilek, Kristu!
Fittxu
l-ġid, u mhux id-deni, jekk tridu
tgħixu,
u
l-Mulej ikun magħkom.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Meta l-għarus jeħduhulhom
minn magħhom,
imbagħad isumu.
Mt 9, 14-15
Qari
mill-Evanġelju skont
San Mattew
F’dak
iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. Qalilhom Ġesù:
“Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus
ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus
jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu