L-Erbgħa
u Għoxrin Ġimgħa
taż-Żmien ta’ Matul
is-Sena
Is-Sibt
Qari I
Żomm ruħek bla tebgħa sa
jum id-dehra ta’ Sidna Ġesù Kristu.
1 Tim 6, 13-16
Qari
mill-Ewwel Ittra ta’ San
Pawl Appostlu lil Timotju
Għażiż,
inwissik quddiem Alla li jagħti l-ħajja lill-ħlejjaq kollha, u quddiem Kristu Ġesù li xehed u għamel l-istqarrija sabiħa quddiem Ponzju Pilatu. Inwissik biex tħares l-istruzzjonijiet li rċevejt u
żżomm ruħek bla tebgħa u bla ħtija sa jum
id-dehra ta’ Sidna Ġesù Kristu, li għad juriha f’waqtha.
Dak li hu l-hieni u waħdu
setgħani,
is-Sultan
tas-slaten u s-Sid tas-sidien,
li hu biss ma jmut
qatt
u jgħammar f’dawl li ħadd ma jista’ jersaq lejh,
hu
li ebda bniedem qatt ma rah u anqas qatt jista’ jarah.
Lilu
ġieħ u setgħa
għal dejjem! Ammen.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 99 (100), 2.3.4.5
R/. (2ċ): Idħlu
quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
Għajtu
bil-ferħ lill-Mulej, nies kollha tal-art,
aqdu
bil-ferħ lill-Mulej,
idħlu
quddiemu b’għana ferrieħi. R/.
Kunu
afu li Jaħweh hu Alla,
hu
ħalaqna, u aħna tiegħu,
aħna
l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu. R/.
Idħlu
b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu,
bit-tifħir
fil-btieħi tat-tempju tiegħu;
roddulu
ħajr u bierku ismu! R/.
Għax
twajjeb il-Mulej,
għal
dejjem it-tieba tiegħu;
minn
żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara Lq
8, 15
Hallelujah. R/. Hallelujah
Henjin
dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla b’qalb tajba u sinċiera,
jgħożżuha,
u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Iż-żerrigħat li jaqgħu f’art tajba huma dawk
li jisimgħu l-Kelma u jgħożżuha, u jagħmlu
l-frott billi jżommu sħiħ.
Lq 8, 4-15
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
F’dak
iż-żmien, inġemgħet
kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin
lejn Ġesù minn kull
belt, u hu qalilhom din il-parabbola: “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa
li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat
waqgħulu mal-mogħdija
u ntrifsu, u l-għasafar
tal-ajru naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx. Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom
u ħonoqhom. Oħrajn
waqgħu f’art tajba, u nibtu u għamlu l-frott kull waħda mija”. Kif qal
dan, rafa’ leħnu u qal: “Min għandu widnejn biex jisma’, ħa
jisma’!”.
Id-dixxipli tiegħu staqsewh x’kienet dik il-parabbola.
U hu qalilhom: “Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna ta’ Alla, iżda lill-bqija bil-parabboli, biex iħarsu u ma jarawx, u jisimgħu u ma jifhmux.
Il-parabbola, mela, hija din: iż-żerriegħa hi l-kelma
ta’ Alla. Dawk ta’ matul il-mogħdija huma dawk li jisimgħu,
imbagħad jiġi x-Xitan u jaħtfilhom il-Kelma minn
qalbhom, li ma jmorrux jemmnu u jsalvaw. Dawk ta’ fuq il-blat
huma dawk li, meta jisimgħu l-Kelma, jilqgħuha bil-ferħ, iżda billi ma jkollhomx għeruq jemmnu għal ftit taż-żmien, u meta jiġi
fuqhom it-tiġrib jitilqu. Dawk li jaqgħu qalb ix-xewk huma dawk
li jisimgħu, iżda
aktar ’il
quddiem l-inkwiet żejjed u l-għana u l-pjaċiri tal-ħajja joħonquhom u l-frott tagħhom ma jsirx. Imma dawk li jaqgħu
f’art tajba huma dawk li jisimgħu
l-Kelma b’qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha, u jagħmlu
l-frott billi jżommu sħiħ”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu