It-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Is-Sibt
Qari I
Agħżlu sebat irġiel mimlijin bl-Ispirtu s-Santu.
Atti 6, 1-7
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dawk
il-jiem l-għadd tad-dixxipli kien qiegħed
jiżdied; għalhekk sar
xi tgergir mil-Lhud Griegi kontra l-Lhud, għax dehrilhom li ma kienx hemm min jieħu ħsieb ir-romol tagħhom fil-ministeru ta’ kuljum.
Għalhekk
it-Tnax sejħu l-ġemgħa tad-dixxipli u qalulhom: “Mhux sewwa
li aħna nħallu l-kelma ta’ Alla biex naqdu fl-imwejjed.
Mela,
l-aħwa, ħudu ħsieb u agħżlu minn
fostkom sebat irġiel li għandhom isem
tajjeb u li huma mimlijin bl-Ispirtu u bl-għerf, u nħallu din il-ħidma
f’idejhom. U aħna nagħtu ruħna għat-talb u għall-ministeru tal-Kelma”.
Dan il-kliem għoġob lill-ġemgħa
kollha; u għażlu lil Stiefnu, bniedem
mimli bil-fidi u bl-Ispirtu s-Santu, lil Filippu, lil
Prokoru, lil Nikanor,
lil Timon, lil Parmena, u lil Nikola, prosèlita minn Antijokja. Lil dawn ressquhom quddiem l-appostli, li talbu u qiegħdu idejhom
fuqhom. U l-kelma
ta’ Alla kienet tixtered dejjem aktar; l-għadd
tad-dixxipli kien
jiżdied ħafna f’Ġerusalemm, u kotra kbira ta’ qassisin kienu joqogħdu għall-fidi.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 32 (33), 1-2.4-5.18-19
R/. (22): Ħa tkun, Mulej, it-tieba tiegħek fuqna
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Għannu,
ġusti, bil-ferħ lill-Mulej;
jixirqilhom
ifaħħruh in-nies sewwa.
Faħħru
l-Mulej bid-daqq taċ-ċetra;
għannulu
fuq l-arpa b’għaxar kordi. R/.
Għax
sewwa hi l-kelma tal-Mulej,
kollox
bil-fedeltà huwa għamel.
Hu jħobb id-dritt u s-sewwa;
bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art. R/.
Ara,
għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu
minnu,
fuq
dawk li jittamaw fit-tieba tiegħu,
Biex
jeħilsilhom mill-mewt ħajjithom,
u
jaħjihom fi żmien
il-ġuħ. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Hallelujah. R/. Hallelujah
Il-Mulej qam mill-qabar:
Hu li ħalaq id-dinja,
fl-imħabba
tiegħu salva lill-bnedmin.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar.
Ġw 6, 16-21
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Xħin
sar filgħaxija,
id-dixxipli ta’ Ġ esù
niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa
u ġibdu għax-xatt
l-ieħor tal-baħar,
lejn Kafarnahum.Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi.
Mela
wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew
tletin stadju, raw lil
Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu.
Imma
hu
qalilhom: “Jiena hu, la tibżgħux”. Għalhekk
riedu jtellgħuh fuq id-dgħajsa, iżda minnufih id-dgħajsa messet
l-art fejn kienu sejrin.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu