L-Erbgħa
tal-Irmied
Qari I
Ċarrtu qalbkom, u
mhux ilbieskom
Ġoel 2, 12-18
Qari
mill-Ktieb tal-Profeta Ġoel
Dan jgħid il-Mulej:
“Erġgħu
duru lejja bi qlubkom kollha,
bis-sawm,
bil-biki u bl-ilfiq.
Ċarrtu
qalbkom, u mhux ilbieskom,
u
erġgħu duru lejn il-Mulej, Alla tagħkom,
għax
hu twajjeb u ħanin,
tqil
biex jinkorla, u kollu tieba;
u
jisgħobbih għall-ħażen”.
Min jaf jerġax jibdielu u jisgħobbih,
u
jħalli barka wrajh,
offerta
tal-ikel u tax-xorb lill-Mulej, Alla tagħkom?
Doqqu
t-tromba f’Sijon!
Ordnaw
sawma, sejħu laqgħa mqaddsa;
iġbru
l-poplu,
qaddsu
l-ġemgħa
għajtu
x-xjuħ,
iġbru
t-tfal, u t-trabi tal-ħalib!
Ħa
joħroġ l-għarus
minn ġo
kamartu
u
l-għarusa mill-kmajra tagħha!
Bejn
il-portiku u bejn l-altar ħa jibku
l-qassisin,
qaddejja tal-Mulej!
U ħa jgħidu: “Ħenn għall-poplu tiegħek, Mulej,
u
la tħallix il-wirt tiegħek jaqa’ għaż-żebliħ,
u
jiġi fi lsien il-ġnus!”
L-għala għandu jingħad fost il-popli:
“Fejn hu
Alla tagħhom?”
U l-Mulej ġietu għejra għall-art tiegħu,
għader
il-poplu tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 50 (51), 3-4.5-6a.12-13.14 u 17
R/. (ara
3a): O Alla, ħenn għalina għax dnibna!
Ikollok
ħniena minni, o Alla, fi tjubitek;
fil-kobor tal-ħniena
tiegħek ħassar ħtijieti.
Aħsilni
kollni mill-ħtija tiegħi;
naddafni
mid-dnub tiegħi. R/.
Għax
jien nagħrafhom ħtijieti;
id-dnub
tiegħi dejjem quddiemi.
Kontrik
biss jiena dnibt,
u
dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt. R/.
Oħloq
fija qalb safja, o Alla,
u
spirtu qawwi ġedded fija.
La twarrabnix minn quddiemek;
tneħħix
minni l-ispirtu qaddis tiegħek. R/.
Roddli
l-hena tas-salvazzjoni tiegħek,
u
bi spirtu qalbieni wettaqni.
Iftaħli
xufftejja, Sidi,
u
fommi jxandar it-tifħir tiegħek. R/.
Qari II
Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu. Araw, issa hu ż-żmien tajjeb.
2 Kor 5, 20 – 6, 2
Qari
mit-Tieni Ittra ta’ San
Pawl Apostlu lill-Korintin
Ħuti,
aħna
nagħmluha ta’ ambaxxaturi
ta’ Kristu bħallikieku
Alla stess qiegħed
isejjaħ permezz tagħna. Nitolbu fuq li nitolbu f’ġieħ Kristu: Ħallu
lil Alla jħabbibkom miegħu. Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub,
Alla għamlu dnub għalina sabiex aħna nsiru fih ġustizzja
ta’ Alla. Ladarba
qegħdin naħdmu flimkien ma’ Alla, aħna mela nħeġġukom
biex ma tirċevux il-grazzja tiegħu għal xejn. Għax
hu jgħid:
“Fiż-żmien it-tajjeb smajtek,
f’jum
is-salvazzjoni għentek”.
Araw,
issa hu ż-żmien tajjeb; araw, issa hu
jum is-salvazzjoni!
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara Salm 94
(95), 8ab
Glorja
u tifħir lilek, Kristu!
Illum
la twebbsux qalbkom
iżda
isimgħu leħen il-Mulej!
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Missierek, li jara dak li hu moħbi,
iroddlok hu.
Mt 6, 1-6.16-18
Qari
mill-Evanġelju skont
San Mattew
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom
ma tagħmluhx għal
wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax
inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.
Mela
meta tagħmel karità, tmurx iddoqq
it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom.
Tassew, ngħidilkom, li
l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta
tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel
il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu
moħbi, iroddlok hu.
U meta titolbu,
tkunux bħal dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwieqfa fis-sinagogi u f’salib it-toroq, biex
jidhru quddiem in-nies. Tassew, ngħidilkom,
li l-ħlas tagħhom ġa
ħaduh. Iżda int, meta titlob,
idħol fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa, agħlaq
il-bieb warajk, u itlob lil Missierek
li hu fil-moħbi; u Missierek, li
jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.
Meta ssumu, tqarrsux wiċċkom, bħalma jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor,
għax dawn ikerrhu wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru li huma sajmin.
Tassew, ngħidilkom, li
l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tkun sajjem, idlek
xagħrek u aħsel wiċċek, biex mhux quddiem in-nies tidher li tkun sajjem, imma
quddiem Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu
fil-moħbi, iroddlok hu”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu