It-Tlieta u Tletin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

It-Tlieta

 

Qari I

Inħalli liż-żgħażagħ eżempju sabiħ ta’ kif għandhom imutu qalbiena għall-ġieħ tal-liġijiet qaddisa.

2 Mak 6, 18-31

 

Qari mit-Tieni Ktieb tal-Makkabin

 

F’dak iż-żmien, Elgħażar, wieħed mill-ewlenin fost l-iskribi, bniedem imdaħħal fiż-żmien, raġel iġiblek suġġizzjoni, kienu qegħdin iġagħluh jiftaħ ħalqu bilfors biex jiekol il-laħam tal-majjal.

 

Iżda hu għażel mewt ta’ ġieħ minflok ħajja ta’ għajb; beżaq il-laħam u minn rajh resaq lejn il-kavallett kif għandhom jagħmlu dawk li għandhom il-kuraġġ li jiċċaħħdu minn dak li ma jiswiex wieħed iduq, imqar għall-imħabba naturali ta’ ħajtu.

 

Dawk li kienu mqabbdin li jagħmlu din l-ikla tas-sagrifiċċju kontra l-Liġi, billi kien ilhom żmien twil jafuh, warrbuh fil-ġenb u bdew iħajruh iġib hu stess laħam li jkun jistajittiekel u jħejjih hu stess, imbagħad jagħmel tabirruħu qiegħed jiekol mil-laħam tas-sagrifiċċju skont l-ordni tas-sultan; jekk jagħmel hekk jeħles mill-mewt u jkun ittrattat tajjeb minħabba l-ħbiberija tagħhom minn żmien twil.

 

Imma hu ħa deċiżjoni nobbli tixraq lis-snin tiegħu, lid-dinjità kbira ta’ xjuħitu u l-bjuda ta’ xagħru, u lis-safa ta’ ħajtu sa minn tfulitu, imma fuq kollox deċiżjoni li kienet taqbel mal-liġi qaddisa mogħtija minn Alla stess. Bla telf ta’ żmien stqarr x’kien, u qalilhom li jistgħu jibagħtuh lejn art l-imwiet.

 

Ma jixraqxqalilhomlis-snin tagħna li nimxu wiċċ b’ieħor, biex imbagħad ħafna miż-żgħażagħ jaħsbu li Elgħażar, ta’ disgħin sena, qaleb għal mal-barrani. U huma mbagħad, minħabba l-wiċċ b’ieħor tiegħi u l-ġibda għal daqsxejn ta’ ftit ħajja oħra, jintilfu u jien niġbed fuq xjuħiti l-għajb u s-saħta. Imqar jekk għalissa neħles mill-kastig tal-bnedmin, ma nistax naħrabhom minn idejn Dak li jistakollox, sew jekk nibqaħaj sew jekk immut. Jekk issa, ta’ raġel li jien, nagħti ħajti, inkun qiegħed nuri li jien denn ta’ xjuħiti, u nħalli liż-żgħażagħ eżempju sabiħ ta’ kif għandhom minn rajhom imutu qalbiena għall-ġieħ tal-liġijiet qaddisa”.

 

U dawk li ftit qabel kienu tħassruh, issa ħraxu miegħu, għax dan id-diskors tiegħu dehrilhom li kien ġenn. Meta mbagħad wasal biex imut taħt is-swat tniehed u qal: “Il-Mulej, li għandu għerf qaddis, jaf li jiena stajt neħles mill-mewt, u li qiegħed inġarrab taħt is-swat uġigħ tal-biżaf’ġismi, imma f’ruħi qiegħed insofrih bil-qalb minħabba l-biżatiegħu”.

 

Hekk b’dan il-mod għadda minn din il-ħajja u ħalla b’mewtu, mhux biss liż-żgħażagħ, imma wkoll lill-kotra l-kbira ta’ ġensu, eżempju ta’ qlubija u tifkira ta’ qawwa.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 3, 2-3.4-5.6-7

 

R/. (6b): Il-Mulej hu dak li jżommni

 

Kemm kotru, Mulej, l-għedewwa tiegħi!

Ħafna huma dawk li qamu għalija;

ħafna huma dawk li jgħidu fuqi:

M’hemmx salvazzjoni għalih f’Alla!” R/.

 

Imm’int, Mulej, tarka madwari,

inti l-ġieħ tiegħi, int terfagħli rasi.

Jien b’leħen għoli l-Mulej insejjaħ;

hu jweġibni mill-għolja mqaddsa tiegħu. R/.

 

Immur nimtedd u norqod, u nqum,

għax il-Mulej iżommni.

Ma nibżax minn poplu sħiħ

li jinġemamadwari kontrija. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

1 Ġw 4, 10b

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Alla ħabbna u bagħat lil Ibnu

biex ikun ta’ tpattija għal dnubietna.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.

Lq 19, 1-10

 

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

 

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi.

 

Ġesù, kif wasal hemm, ħaresil fuq u qallu: “Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli noqgħod għandek”. Dak niżel bla telf ta’ żmien, u kollu ferħan laqgħu għandu. In-nies, meta rawh, ilkoll bdew igemgmu bejniethom u jgħidu li għand wieħed midneb daħal jistrieħ.

 

Imma Żakkew, wieqaf, qal lill-Mulej: “Ara, Mulej, nofs ġidi se nagħtih lill-foqra, u jekk jien qarraqt b’xi ħadd irroddlu għal erba darbiet iżjed”.

 

Qallu Ġesù: “F’din id-dar illum daħlet is-salvazzjoni, għax dan ir-raġel ukoll huwa bin Abraham. Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu