It-Tieni Ġimgħa tal-Għid
L-Erbgħa
Qari I
Dawk l-irġiel
li intom xħettu fil-ħabs qegħdin fit-tempju jgħallmu ’l-poplu.
Atti 5, 17-26
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, qam il-qassis il-kbir u sħabu kollha mill-partit
tas-Sadduċej,
u, mimlija bl-għejra meddew idejhom fuq l-appostli u xeħtuhom
fil-ħabs pubbliku. Iżda
billejl anġlu tal-Mulej fetaħ il-bibien tal-ħabs, ħariġhom barra u qalilhom:
“Morru
fit-tempju, u xandru lill-poplu kulma għandu
x’jaqsam
ma’ din il-ħajja”. Huma semgħu
minnu, u filgħodu kmieni
daħlu
fit-tempju u bdew jgħallmu. Imbagħad ġie l-qassis il-kbir
flimkien
ma’ sħabu, sejjaħ
laqgħa tas-Sinedriju, il-Kunsill kollu tax-xjuħ
ta’ Iżrael, u bagħat
iġib l-appostli mill-ħabs. Il-qaddejja marru,
u ma sabuhomx fil-ħabs;
u reġgħu lura bl-aħbar u qalulhom: “Il-ħabs
sibnieh imsakkar tajjeb, u l-għassiesa kienu ħdejn il-bibien.
Iżda
xħin ftaħna, ma sibna lil ħadd
hemm ġew”.
Għal
din l-aħbar il-kmandant
tat-tempju u l-qassisin il-kbar
baqgħu
mħassbin fuqhom u fuq x’sata’ ġara.
Imbagħad ġie xi ħadd
jgħidilhom: “Dawk li intom xħettu fil-ħabs qegħdin fit-tempju
jgħallmu
’l-poplu”. Il-kmandant tat-tempju mar għalihom mal-qaddejja u ġiebhom miegħu,
iżda mhux bil-forza, għax kienu jibżgħu li l-poplu jħaġġarhom.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 33 (34), 2-3.4-5.6-7.8-9
R/. (7a): Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Kull ħin inbierek il-Mulej;
tifħiru
dejjem fuq fommi.
Bil-Mulej
tiftaħar ruħi;
jisimgħu
l-fqajrin u jifirħu.
R/.
Xandru
l-kobor tal-Mulej miegħi;
ħa
ngħollu ismu flimkien.
Jien
fittixt il-Mulej, u weġibni,
minn
kull biża’ tiegħi ħelisni. R/.
Ħarsu
lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom,
u
ma jkollkomx għax tistħu.
Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu,
u
mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu. R/.
L-anġlu tal-Mulej jgħasses
madwar
dawk li jibżgħu minnu, u jeħlishom.
Ippruvaw
u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej;
hieni
l-bniedem li jistkenn fih. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 3, 16
Hallelujah. R/. Hallelujah
Alla
hekk ħabb lid-dinja
li
ta lil Ibnu l-waħdieni,
biex
kull min jemmen fih ma jintilifx,
iżda
jkollu l-ħajja ta’ dejjem.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Alla bagħat
lil Ibnu fid-dinja biex id-dinja
ssalva permezz tiegħu.
Ġw 3, 16-21
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lil Nikodemu:
“Alla
hekk ħabb lid-dinja li
ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda
jkollu
l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja
ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx
huwa
ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla.
U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, imma l-bnedmin ħabbew
id-dlam aktar mid-dawl, għax l-għemil tagħhom kien ħażin. Għax
kull min jagħmel il-ħażen jobgħod
id-dawl, u ma jersaqx
lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx. Imma min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl, biex
juri li hemm Alla f’għemilu”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu