It-Tielet Ġimgħa tar-Randan
Is-Sibt
Qari I
Għaliex jiena tieba rrid, mhux sagrifiċċju.
Ħos 6, 1-6
Qari mill-Ktieb tal-Profeta
Ħosegħa
“Imxi,
ħa nerġgħu lura għand il-Mulej,
għax huwa tertaqna, imma se
jdewwina,
hu sawwat, imma se jinfaxxalna
l-ġrieħi.
Wara jumejn jerġa’ jagħtina
l-ħajja,
imbagħad fit-tielet jum
jerġa’ jqajjimna,
sabiex quddiemu ngħixu.
Nagħrfu l-Mulej, u nfittxu
nagħrfuh iżjed,
daqs kemm hu żgur is-sebħ,
hekk il-ħruġ tiegħu;
hu jiġi bħalma tiġi
x-xita fuqna,
bħax-xita mwaħħra illi
ssaqqi l-art”.
U x’naqbad nagħmel jien bik,
Efrajm?
X’se naqbad nagħmel bik,
Ġuda?
It-tieba tagħkom qisha s-sħab
tal-għodwa,
tixbah lin-nida li tinxtorob kmieni.
Għalhekk inġarthom jiena
bil-profeti,
u bi kliem fommi qtilthom,
u l-ħaqq tiegħi
joħroġ qisu dawl.
Għaliex jiena tieba rrid, mhux
sagrifiċċju;
li tagħrfu ’l Alla rrid, u mhux
vittmi maħruqa.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm
Responsorjali
Salm 50 (51), 3-4.18-19.20-21ab
R/. (Ħos 6,6): Jiena tieba rrid,
mhux sagrifiċċju
Ikollok ħniena minni, o Alla, fi
tjubitek;
fil-kobor tal-ħniena tiegħek
ħassar ħtijieti.
Aħsilni kollni mill-ħtija
tiegħi;
naddafni mid-dnub tiegħi. R/.
Għax lilek ma jogħġbokx
is-sagrifiċċju;
noffrilek vittmi maħruqa, u ma
tilqagħhomx.
Is-sagrifiċċju tiegħi, o
Alla, hu l-qalb niedma;
qalb maqsuma u sogħbiena ma
twarrabhiex, o Alla. R/.
Agħmel il-ġid lil Sijon fi
tjubitek;
erġa’ ibni l-ħitan ta’
Ġerusalemm.
Imbagħad tilqa’ bil-qalb vittmi
xierqa,
sagrifiċċji ta’ vittmi
maħruqa u mitmuma. R/.
Akklamazzjoni
qabel l-Evanġelju
ara Salm 94 (95), 8ab
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Illum la twebbsux qalbkom,
iżda isimgħu leħen
il-Mulej.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Il-pubblikan, u mhux il-fariżew, niżel id-dar
iġġustifikat.
Lq 18, 9-14
Qari mill-Evanġelju skont San
Luqa
F’dak iż-żmien, kien hemm
uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u
kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt
irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju
biex jitolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu: “O Alla, niżżik
ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja,
jew ukoll bħal dan il-pubblikan. Jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa u nħallas
l-għexur ta’ kulma ndaħħal”. Iżda l-pubblikan, bilwieqfa fil-bogħod anqas biss ried jerfa’
għajnejh lejn is-sema, imma beda jħabbat fuq sidru u jgħid: “O Alla,
ħenn għalija, għax jien midneb!”.
Ngħidilkom jien li dan, u mhux
l-ieħor, niżel id-dar iġġustifikat. Għax kull min
jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu