Il-Ħames Ġimgħa taż-Żmien
ta’ Matul is-Sena
Is-Sibt
Qari I
Il-Mulej Alla keċċieh ’il
barra mill-ġnien tal-Għeden biex jaħdem l-art.
Ġen 3, 9-24
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi
Il-Mulej Alla sejjaħ lil Adam u staqsieh: “Fejn int?”.
U dak wieġeb: “Smajt ħossok fil-ġnien u bżajt għax jien għeri, u nħbejt”. U staqsieh: “Min qallek li int għeri? Jaqaw kilt mis-siġra li jien ordnajtlek li ma tikolx minnha?”.
U wieġeb Adam: “Il-mara
li inti tajtni għal miegħi, hi tatni mis-siġra, u jiena kilt”. U
l-Mulej Alla qal lill-mara: “X’inhu dan li għamilt?”. U l-mara wieġbet:
“Is-serp qarraq bija, u jien kilt”.
U l-Mulej Alla qal lis-serp:
“Talli għamilt dan,
misħut
int fost il-bhejjem kollha
u
fost l-annimali selvaġġi.
Għal
żaqqek titkaxkar,
u
t-trab tal-art tiekol il-jiem kollha ta’ ħajtek.
U jien inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara,
bejn
nislek u nisilha,
u
hu jisħaqlek rasek
u
int tisħaqlu għarqubu”.
U lill-mara qalilha:
“Inkattarlek sewwa wġigħ it-tqala tiegħek,
u
bl-uġigħ tiled it-tfal;
lejn
żewġek tiġbdek
xewqtek,
u
jaħkem fuqek hu”.
U lil Adam qallu:
“Talli inti smajt minn kelmet
martek,
u
kilt mis-siġra li ordnajtlek
ma tikolx minnha u għedtlek:
‘La tikolx minnha’,
misħuta
l-art minħabba fik!
Bit-taħbit tiekol minnha,
il-jiem
kollha ta’ ħajtek.
Xewk
u għolliq tnibbitlek,
u
int tiekol il-ħaxix selvaġġ.
Bl-għaraq
ta’ ġbinek tiekol ħobżok,
sakemm
terġa’ lura lejn l-art,
għax
minnha int meħud.
Għax
trab int, u fit-trab terġa’ tmur!”
U Adam semma lil martu Eva għax
hi kienet omm il-ħajjin kollha. U l-Mulej Alla għamel
lil Adam u ’l martu ħwejjeġ tal-ġild u
libbishomlhom.
U qal il-Mulej
Alla: “Ara issa l-bniedem sar bħal wieħed
minna, jagħraf it-tajjeb u l-ħażin; u issa xi jkun jekk
imur imidd idejh u jieħu wkoll mis-siġra tal-ħajja, u jiekol, u jibqa’ ħaj għal dejjem!”.
Għalhekk
il-Mulej Alla keċċieh ’il
barra mill-ġnien tal-Għeden biex jaħdem l-art li minnha kien ittieħed. U ħareġ lill-bniedem, u qiegħed il-kerubini n-naħa tal-Lvant tal-ġnien tal-Għeden, u
s-sejf tan-nar iżiġġ, biex iħarsu t-triq għas-siġra tal-ħajja.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 89 (90), 2.3-4.5-6.12-13
R/. (1): Mulej, int kont għalina
kenn
minn nisel għal nisel
Qabel
ma twieldu l-muntanji,
qabel
ma tnisslu l-art u d-dinja,
minn
dejjem ta’ dejjem int, o Alla! R/.
Int
traġġa’ l-bnedmin
lejn it-trab,
u
tgħidilhom: “Erġgħu
lura, intom bnedmin”.
Elf sena huma għalik bħal jum ta’ lbieraħ li għadda,
jew
bħal sahra tal-lejl. R/.
Int
taħsadhom, u jsiru bħal ħolma.
Huma bħall-ħaxix
li jinbet filgħodu;
filgħodu
jwarrad u jħaddar,
filgħaxija
jidbiel u jinxef. R/.
Għalhekk
għallimna ngħoddu
jiem ħajjitna,
sabiex
aħna nimxu bil-għaqal.
Dur
lejna, Mulej! Kemm se ddum?
Ħenn
għall-qaddejja tiegħek!
R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Mt 4, 4b
Hallelujah. R/. Hallelujah
Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,
iżda
b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Kielu u xebgħu.
Mk 8, 1-10
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dawk
il-jiem, peress li reġgħet inġabret kotra kbira u ma kellhomx x’jieklu, Ġesù sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom miegħi tlitt ijiem, u ma għandhom xejn x’jieklu. Jekk inħallihom imorru sajmin lejn djarhom,
żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod”.
Id-dixxipli tiegħu weġbuh: “F’deżert bħal dan minn fejn
jista’ wieħed ixabba’ lil dawn in-nies kollha bil-ħobż?”. Hu staqsiehom: “Xi kemm għandkom ħobż?”. Qalulu: “Sebgħa”.
Imbagħad
qal lin-nies kollha jinxteħtu bilqiegħda fl-art, ħa s-seba’ ħobżiet, radd il-ħajr, qasamhom u tahom lid-dixxipli tiegħu biex inewluhom lin-nies, u huma newluhomlhom. U kellhom ukoll xi ftit ħut żgħir;
berikhom, u ried li jitnewlu dawn ukoll. U kielu u xebgħu; u ġabru l-bċejjeċ li
kien fadal: sebat iqfief! U kien hemm madwar
l-erbat elef ruħ! 10Imbagħad bagħathom.
U minnufih tala’ fuq dgħajsa flimkien mad-dixxipli tiegħu u mar lejn l-inħawi ta’ Dalmanuta.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu