Il-Ħames Ġimgħa taż-Żmien
ta’ Matul is-Sena
Il-Ġimgħa
Qari I
Issiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.
Ġen 3, 1-8
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi
Is-serp kien l-aktar wieħed
li jilħaqlu fost l-annimali selvaġġi kollha, li kien għamel il-Mulej Alla. U qal lill-mara:
“Tassew li Alla qalilkom: “La tiklux mis-siġar kollha tal-ġnien?”.
U l-mara wieġbet lis-serp: “Mill-frott tas-siġar fil-ġnien nistgħu nieklu. Imma mill-frott li hemm f’nofs
il-ġnien, Alla qalilna: ‘La tiklux minnu, u lanqas ma għandkom tmissuh, inkella tmutu’”.
U s-serp qal lill-mara: “Le, żgur ma tmutux. Imma Alla jaf
li dakinhar li tieklu minnu jinfetħu
għajnejkom
u ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin”.
U l-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel u tiġbdek fil-għajn, u s-siġra tħajrek biex tikseb id-dehen; u ħadet
mill-frott u kielet. Imbagħad tat ukoll lil żewġha, li kien magħha, u kiel. U nfetħu
għajnejhom it-tnejn u ntebħu li kienu għerja, u ħietu weraq tat-tin, u għamlu iħżma.
U semgħu ħoss il-Mulej Alla jitlajja fil-ġnien għaż-żiffa
tal-jum, u nħbew Adam
u martu minn
wiċċ il-Mulej Alla qalb is-siġar
tal-ġnien.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 31 (32), 1-2.5.6.7
R/. (1a): Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura
Hieni
l-bniedem li ħtijietu maħfura,
li
għandu d-dnub tiegħu mistur!
Hieni
l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu
l-Mulej,
u
ma għandu ebda qerq f’qalbu! R/.
Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek,
u
l-ħażen tiegħi
ma ħbejthulekx.
Jien
għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti”.
U int ħfirtli
l-ħażen tad-dnub tiegħi. R/.
Għalhekk
kull min hu twajjeb
lilek
jitlob fi żmien in-niket.
Jekk
ifuru ilmijiet kotrana,
lilu
qatt ma jilħquh. R/.
Int
kenn għalija, mit-taħbit tħarisni,
iddawwarni
u tferraħni
bil-ħelsien
tiegħek. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara Atti 16, 14b
Hallelujah. R/. Hallelujah
Iftħilna
qalbna Mulej,
biex
nifhmu l-kelma ta’ Ibnek.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Jagħti s-smigħ
lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.
Mk 7, 31-37
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak
iż-żmien, Ġesù
raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn
il-baħar tal-Galilija,
fl-inħawi tad-Dekapoli.
U ġabulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ġesù
ħarġu għalih
waħdu minn
qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema, tniehed
tnehida, u qallu: “Effata” jiġifieri: “Infetaħ!”. U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħallu u qabad jitkellem sewwa.
Ġesù
wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh.
U mimlijin bil-għaġeb,
bdew jgħidu: “Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin!”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu