10 ta’ Awwissu
San
Lawrenz, Djaknu u Martri
Festa
Qari I
2 Kor 9: 6-10
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin
Ħuti: Jien dan ingħid: min jiżra’ ftit, jaħsad ftit; u min
jiżra’ ħafna, jaħsad ħafna. Kull wieħed għandu
jagħti skont ma jidhirlu hu minn rajh, mhux fuq il-qalb jew bilfors;
għax Alla jħobb li min jagħti bil-ferħ. Alla mbagħad
għandu l-ħila jfawwarkom b’kull xorta ta’ barka, hekk li dejjem u
f’kollox ikollkom kulma hu biżżejjed għalikom, u
jibqgħalkom ukoll għal kull opra tajba. Bħalma hu miktub, ‘Huwa
qassam bil-kotra u ta lill-foqra il-ġustizzja tiegħu tibqa’ għal
dejjem.’ Dak li lil min jiżra’ jagħtih iż-żerriegħa u
l-ħobż għall-ikel, jagħti u jkattar iż-żerriegħa
lilkom ukoll, u jżid il-frott tal-ġustizzja tagħkom.
Il-Kelma
tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
111: 1-2.5-9
R/. Hieni l-bniedem li jħenn u jislef!
Hieni
l-bniedem li jibża’ mill-Mulej,
li
jitgħaxxaq sħiħ bil-kmandamenti tiegħu!
Kbir fuq
l-art ikun in-nisel tiegħu;
in-nisel
tat-tajbin ikun imbierek. R/.
Hieni
l-bniedem li jħenn u jislef,
li
jmexxi ħwejġu bir-reqqa.
Għax
il-ġust qatt ma jintemm,
it-tifkira
tiegħu tibqa’ għal dejjem. R/.
Xejn ma
jibża’ minn aħbar ħażina,
qalbu
qawwija bit-tama fil-Mulej.
Qalbu
sħiħa, ma jibżax,
sa ma
jara mxejjen il-għadu tiegħu. R/.
Iqassam
u jagħti lill-foqra;
il-ġustizzja
tiegħu tibqa’ għal dejjem,
is-saħħa
tiegħu tikber fil-ġieħ. R/.
Akklamazzjoni għall-Evanġelju
ara Ġw 8:26
R/. Hallelujah
Min jimxi warajja ma jimxix
fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-ħajja, jgħid il-Mulej.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Ġw 12: 24-26
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma
taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel
ħafna frott. Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod
’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja
ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u
fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, lilu Missieri
jweġġaħ.”
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.