L-Għaxar Ġimgħa taż-Żmien
ta’ Matul is-Sena
Il-Ħamis
Qari I
Alla idda fi qlubna biex jagħtina
d-dawl tal-għarfien tal-glorja ta’ Alla.
2 Kor 3, 15 – 4, 1.3-6
Qari mit-Tieni
Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin
Ħuti,
sal-lum stess, kull meta wlied
Iżrael jaqraw il-Liġi ta’ Mosè hemm
velu fuq qalbhom;
dan
il-velu jitneħħa
meta jerġgħu lura
lejn
il-Mulej. Għax
il-Mulej huwa l-Ispirtu, u fejn hemm l-Ispirtu tal-Mulej hemm il-ħelsien.
Aħna lkoll, li b’wiċċna mikxuf nirriflettu bħal f’mera
l-glorja tal-Mulej, qegħdin ninbidlu fl-istess xbieha minn
glorja għal glorja
skont ma jagħtina l-Mulej, li hu Spirtu.
Ladarba
għall-ħniena ta’ Alla
aħna għandna dan il-ministeru, ma naqtgħux
qalbna. Jekk
imbagħad l-Evanġelju
tagħna jibqa’ mistur għal dawk li jintilfu; dawk li l-alla ta’ din id-dinja dallmilhom il-moħħ tagħhom nieqes mill-fidi,
biex ma jarawx jiddi d-dawl tal-Evanġelju
glorjuż ta’ Kristu, li hu
xbieha ta’ Alla.
Għax
aħna ’l Ġesù l-Mulej qegħdin inxandru, u mhux lilna nfusna; aħna
m’aħniex ħlief qaddejja tagħkom minħabba f’Ġesù Kristu. Dan
Alla
li qal: “Ħa jiddi d-dawl mid-dlam”, dak hu
li idda fi qlubna biex jagħtina d-dawl tal-għarfien tal-glorja ta’ Alla, li tiddi f’wiċċ Kristu.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14
R/. (ara
10b): Jgħammar is-sebħ
ta’ Alla f’artna
Ħa
nisma’ xi jgħid Alla;
il-Mulej
is-sliem ixandar.
Qrib
hi tassew is-salvazzjoni tiegħu
għal
dawk li jibżgħu minnu,
biex
jgħammar is-sebħ f’artna. R/.
It-tieba u l-fedeltà jiltaqgħu,
il-ġustizzja
u s-sliem jitbewsu.
Il-fedeltà mill-art tinbet,
u
l-ġustizzja mis-sema tixref. R/.
Il-Mulej ukoll jagħti l-ġid tiegħu,
u
artna tagħti l-frott tagħha.
Il-ġustizzja quddiemu timxi,
u
s-sliem fuq il-passi tiegħu. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 13, 34
Hallelujah. R/. Hallelujah
Nagħtikom
kmandament ġdid, jgħid il-Mulej;
bħalma
ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu
intom lil xulxin.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Il-kundanna tistħoqq
ukoll lil min jinkorla għal ħuh.
Mt 5, 20-26
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom
li, jekk il-ħajja
tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej,
ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu
xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol
ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna
tistħoqq
ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad
xi ħadd lil ħuh
jgħidlu: “Ġifa”, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu:
“Iblah”, ikun ħaqqu n-nar tal-infern.
Mela
jekk tkun qiegħed ittalla’ l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar
li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk
quddiem l-artal u mur l-ewwel
irranġa ma’ ħuk,
u mbagħad
ejja talla’ l-offerta tiegħek.
Lil min ikun se jtellgħek il-qorti ħudu bil-kelma t-tajba mill-aktar fis
waqt li tkun għadek miegħu fit-triq, li ma jmurx
jagħtik f’idejn l-imħallef,
u l-imħallef f’idejn
l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs.
Tassew
ngħidlek, minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast l-aħħar tliet ħabbiet!”
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu