L-Ottava tal-Għid
Is-Sibt
Qari I
Aħna ma nistgħux
ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.
Atti 4, 13-21
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, il-kapijiet
tal-Lhud u x-xjuħ u l-kittieba, meta raw il-kuraġġ
li bih Pietru u Ġwanni kienu tkellmu, baqgħu mistagħġba bihom,
għax kienu jafu kemm dawn kienu nies sempliċi
u bla
tagħlim,
u fehmu sewwa li kienu nies ta’ madwar Ġesù; imma meta
raw ir-raġel li kien imfejjaq, wieqaf hemm ħdejhom,
ma kellhom ħila jwieġbu
xejn.
Imbagħad
ġagħluhom joħorġu
barra mis-Sinedriju, qagħdu
jitħaddtu
bejniethom u bdew jgħidu: “X’se
nagħmlu bihom dawn in-nies?
Għax in-nies kollha ta’ Ġerusalemm jafu li dan il-miraklu sar
permezz tagħhom; u dan aħna ma nistgħux niċħduh. Imma, biex dan ma jixteridx aktar fost il-poplu,
ejjew nhedduhom biex ma
jsemmu
dan l-isem ma’ ħadd iżjed”.
Għalhekk
reġgħu sejħulhom,
u ordnawlhom biex b’ebda mod ma jitkellmu
jew jgħallmu
fl-isem ta’ Ġesù. Imma Pietru u Ġwanni weġbuhom:
“Għidulna intom jekk hux sewwa
quddiem Alla li aħna
nisimgħu
aktar minnkom milli minn
Alla; għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux
fuq dak li rajna u smajna”.
Imbagħad
reġgħu hedduhom u
telquhom, għaliex minħabba l-poplu ma għarfux kif jaqbdu jikkastigawhom, għax kulħadd kien qiegħed jagħti glorja lil Alla għal
dak li ġara.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 117 (118), 1 u 14-15.16ab-18.19-21
R/. (21a): Niżżik
ħajr, Mulej, talli weġibtni
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Faħħru
l-Mulej, għaliex hu tajjeb,
għax
għal dejjem it-tieba tiegħu!
Qawwa
tiegħi u għana
tiegħi l-Mulej;
hu
kien għalija s-salvazzjoni tiegħi.
Għajjat
ta’ ferħ u rebħ fl-għerejjex tat-tajbin:
il-leminija
tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!
R/.
Il-leminija tal-Mulej ’il
fuq merfugħa,
il-leminija
tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila.
Ma mmutx, imma nibqa’ ngħix,
u
nħabbar l-għemejjel
tal-Mulej.
Ħaqarni
tassew il-Mulej,
iżda
ma telaqnix għall-mewt.
R/.
Iftħuli
l-bibien tal-ġustizzja;
ħa
nidħol minnhom u rrodd ħajr lill-Mulej.
Dan hu bieb il-Mulej;
il-ġusti
jidħlu minnu.
Niżżik
ħajr talli weġibtni
u
kont għalija s-salvazzjoni tiegħi. R/.
Sekwenza (fakultativa)
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Salm 117 (118), 24
Hallelujah. R/. Hallelujah
Dan hu l-jum li għamel il-Mulej;
ħa
nifirħu u nithennew fih!
R/. Hallelujah
Evanġelju
Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju.
Mk 16, 9-15
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
Wara
li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù
deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku.
Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj
u li ratu, ma emmnuhiex. Wara
dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom
huma u sejrin
bil-mixi lejn ir-raba’. U huma reġgħu lura u taw l-aħbar
lill-oħrajn,
imma anqas lil dawn ma emmnuhom.
Fl-aħħar
wera ruħu lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq
il-mejda, u ċanfarhom
talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa
li ma emmnux
lil dawk li kienu rawh wara
li qam mill-mewt. U qalilhom:
“Morru fid-dinja kollha, xandru
l-Evanġelju lill-ħolqien
kollu”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu