L-Għaxar Ġimgħa taż-Żmien
ta’ Matul is-Sena
L-Erbgħa
Qari I
Tana l-ħila
li nkunu ministri tal-patt il-ġdid, il-patt mhux tal-ittra
imma tal-Ispirtu.
2 Kor 3, 4-11
Qari mit-Tieni
Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin
Ħuti,
tant aħna għandna qalbna qawwija quddiem Alla permezz ta’ Kristu!
Mhux li aħna minna nfusna għandna
l-ħila naħsbu li
xi ħaġa ġejja
minna nfusna; il-ħila tagħna ġejja mingħand Alla, li tana l-ħila
li nkunu ministri tal-patt il-ġdid, il-patt mhux tal-ittra imma tal-Ispirtu; għax l-ittra toqtol, imma l-Ispirtu jagħti l-ħajja.
Issa
jekk il-ministeru tal-mewt imnaqqax fil-ġebel kien hekk imdawwal bil-glorja li wlied Iżrael ma setgħux iżommu għajnejhom f’wiċċ
Mosè minħabba fid-dija ta’ wiċċu – u din
ma kinitx għal dejjem
– kemm aktar ikun imdawwal
bil-glorja l-ministeru tal-Ispirtu?
Jekk
il-ministeru tal-kundanna kien imdawwal bil-glorja,
kemm
aktar
jiddi bil-glorja l-ministeru tal-ġustifikazzjoni!
Anzi, minn daqshekk,
dak li darba kellu l-glorja ma kellu glorja xejn
ħdejn il-kobor
bla qjies tal-glorja ta’ issa.
Jekk
kien imdawwal bil-glorja l-ministeru li kellu jgħaddi, kemm aktar hu mdawwal bil-glorja
dak li għandu jibqa’.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 98 (99), 5.6.7.8.9
R/. (ara
9ċ): Int qaddis, Mulej, Alla tagħna
Għollu
bit-tifħir lill-Mulej,
Alla tagħna,
inxteħtu
quddiem mirfes riġlejh,
għax
hu qaddis! R/.
Mosè
u Aron fost il-qassisin tiegħu,
u
Samwel fost dawk li jsejħu ismu,
kienu
jsejħu l-Mulej, u hu jweġibhom. R/.
F’kolonna
ta’ sħab kien jitkellem magħhom;
kienu
jħarsu l-preċetti
u
l-liġi li tahom. R/.
Mulej,
Alla tagħna, inti smajthom;
int
Alla li tagħder kont għalihom;
iżda
tħallast tal-imġiba
ħażina tagħhom.
R/.
Għollu
bit-tifħir lill-Mulej,
Alla tagħna,
u
nxteħtu quddiem l-għolja mqaddsa tiegħu;
għax
qaddis hu l-Mulej, Alla tagħna!
R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Salm 24 (25) 4b.5a
Hallelujah. R/. Hallelujah
Il-mogħdijiet tiegħek għallimni, Mulej;
mexxini
fis-sewwa tiegħek u għallimni.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Mt 5, 17-19
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn
taħsbu li ġejt inwaqqa’
l-Liġi jew
il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda
biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew
ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.
Jekk
mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar
minn dawn il-kmandamenti
u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ
l-iżgħar fis-Saltna
tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom,
dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu