8 ta’ Ottubru
L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta
Festa
Qari I
Slat 8: 22-23. 27-30
Qari
mill-Ktieb tas-Slaten
F’dak iż-żmien: Salamun, wieqaf quddiem l-altar tal-Mulej,
bil-ġemgħa kollha ta’ Israel quddiemu, fetaħ dirgħajh lejn
is-sema u qal: “Mulej, Alla ta’ Israel, ma hemmx Alla ieħor bħalek,
la ’l fuq fis-sema u lanqas hawn isfel fl-art, int li żżomm
sħaħ il-patt u l-imħabba mal-qaddejja tiegħek li jimxu
quddiemek b’qalbhom kollha.
Imma
tassew li Alla sa jgħammar fuq l-art? Ara, la s-sema u lanqas l-ogħla
smewwiet ma jesgħuk, u wisq inqas din id-dar li bnejt jien! Agħti
widen għat-talba tal-qaddej tiegħek u għat-tħannin
tiegħu, Mulej, Alla tiegħi: ismagħha l-għajta u t-talba li
l-qaddej tiegħek qiegħed jagħmel quddiemek illum. Lejl u nhar
ħa jkunu għajnejk miftuħa fuq din id-dar, fuq il-post li
għalih int għidt, ‘Ismi jkun hemm,’ biex tisma’ t-talba li l-qaddej
tiegħek qiegħed jagħmillek f’dan il-post. Isma’, mela, it-talb
umli tal-qaddej tiegħek u tal-poplu tiegħek Israel meta jitolbuk
f’dan il-post; ismagħha int, minn fejn tgħammar, mis-sema, agħti
widen u aħfer.”
Il-Kelma
tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 83: 3-5, 10-11
R/. Kemm hi
għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti!
Tixxennaq
u tinfena ruħi
għat-tempju
tal-Mulej:
ngħanni
ferħan b’ruħi u ġismi
lil Alla
l-Ħaj. R/.
Sal-għasfur
isib fejn jgħammar,
u
l-ħuttafa ssib il-bejta ħdejn l-altari tiegħek:
hemm hi
tqiegħed iż-żgħar tagħha,
Mulej
tal-eżerċti, Sultan u Alla tiegħi! R/.
Henjin
dawk li jgħammru f’darek;
huma
jfaħħruk għal dejjem.
Ħares,
o Alla, tarka tagħna,
ħares
lejn is-Sultan, il-Midluk tiegħek. R/.
Għax
jum wieħed fit-tempju tiegħek
aħjar
minn elf jum f’post ieħor;
aħjar
noqgħod fuq il-għatba ta’ dar Alla tiegħi!
Milli
ngħammar fit-tined tal-ħżiena. R/.
Akklamazzjoni għall-Evanġelju
ara Lq 11: 9-10
R/. Hallelujah
Il-Mulej jgħid:
Fid-dar tiegħi min jitlob,
jaqla’;
min ifittex, isib;
u min iħabbat jiftħulu.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Lq 19:1-10
Qari mill-Evanġelju skont San
Luqa
F’dak
iż-żmien: Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej
mit-triqat tagħha. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien
wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani.
Kellu
xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba fil-folla, billi
kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u tela’ ma’ tina
selvaġġa, għax minn dik in-naħa kien sa jgħaddi.
Ġesù, kif wasal hemm, ħares ’il fuq u qallu: “Żakkew, isa,
inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli niġi
għandek.” Dak niżel bla telf ta’ żmien, u kollu ferħan
laqgħu għandu. In-nies, meta rawh, ilkoll bdew igemgmu bejniethom u
jgħidu li għand wieħed midneb daħal jistrieħ.
Imma,
Żakkew, wieqaf, qal lill-Mulej: “Ara, Mulej, nofs ġidi sa
nagħtih lill-foqra, u jekk jien sraqt xi ħaġa ’l xi ħadd b’rapporti
foloz, irroddhielu għal erba’ darbiet iżjed.” Qallu Ġesù: “Illum
’il din id-dar ġietha s-salvazzjoni, għax hu wkoll bin Abraham.
Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.”
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.