8
ta’ Settembru
It-Twelid
tal-Imqaddsa Verġni Marija
Solennita’
Qari I
Mikea 5: 1-4a
Jew
Rum 10: 9-18
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Mikea
Dan jgħid il-Mulej: Int, Betlehem Efrata,
ċkejkna biex tkun fost il-familji ta’ Ġuda, minnek għad
joħroġli dak li jkun ħakem f’Israel; hu għandu l-bidu
tiegħu mill-qedem, sa minn dejjem.
Għalhekk il-Mulej
jitlaqhom sa ma teħles dik li hi fl-uġigħ tal-ħlas;
imbagħad il-bqija ta’ ħutu jerġgħu lura fost ulied Israel,
u hu joqgħod jirgħa l-merħla tiegħu bil-qawwa tal-Mulej,
fis-sebħ ta’ isem il-Mulej, Alla tiegħu. U huma jgħammru,
għax issa tkun kbira setegħtu sat-trufijiet tal-art. U dan ikun
is-sliem!
Il-Kelma
tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil
Alla.
Salm Responsorjali
Salm 12: 6
R/. Nifraħ b’ferħ
kbir fil-Mulej!
Jien fit-tjieba tiegħek, Mulej, ittamajt;
tifraħ qalbi fis-salvazzjoni tiegħek. R/.
Ngħanni lill-Mulej,
għax għamilli l-ġid:
ngħanni lill-isem
tal-Mulej, il-Għoli. R/.
Qari II
Rum 8: 28-30
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu li-Rumani
Ħuti:
Aħna
nafu li Alla,
ma’
dawk li jħobbuh,
ma’
dawk li huma msejjħin skond il-provvidenza tiegħu,
f’kollox
jaħdem id f’id għall-ġid tagħhom.
Għax
lil dawk li hu għarafhom mill-bidu,
ippredestinahom
ukoll
biex
jieħdu s-sura fuq ix-xbieha ta’ Ibnu,
ħalli
dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa;
lil
dawk li ppredestinahom,
sejħilhom
ukoll;
lil
dawk li sejħilhom,
iġġustifikahom
ukoll;
lil
dawk imbagħad li ġġustifikahom,
igglorifikahom
ukoll.
Il-Kelma
tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil
Alla.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
R/. Hallelujah.
Hienja int, Verġni mqaddsa Marija, u tassew
jistħoqqlok kull tifħir:
minnek twieled Kristu Alla tagħna, ix-Xemx
tal-ġustizzja.
R/. Hallelujah.
Evanġelju
Mt 1: 1-16. 18-23
Qari
mill-Evanġelju skont San Mattew.
Ktieb in-nisel ta’
Ġesù Kristu, Bin David, bin Abraham. Abraham nissel ’l Iżakk,
Iżakk nissel ’il Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġuda u ’l
ħutu, Ġuda nissel ’l Aram, Aram nissel ’il Għaminadab,
Għaminadab nissel ’il Naħson, Naħson nissel ’il Salmon, Salmon
nissel ’il Bogħoż, minn Raħab, Bogħoż nissel ’il
Għobed, minn Rut, Għobed nissel ’il Ġesse.
Ġesse nissel lis-sultan David, David nissel ’il
Salamun, mill-mara ta’ Urija, Salamun nissel ’il Robogħam, Robogħam
nissel ’l Abija, Abija nissel ’l Asa, Asa nissel ’il Ġosafat, Ġosafat
nissel ’il Ġoram, Ġoram nissel ’il Għużżija,
Għużżija nissel ’il Ġoatam, Ġoatam nissel ’l
Aħaż, Aħaż nissel ’il Ħeżekija,
Ħeżekija nissel ’il Manasse, Manasse nissel ’l Amon, Amon nissel ’il
Ġosija, Ġosija nissel ’il Ġekonija u ’l ħutu; kien
żmien l-eżilju f’Babel.
Wara l-eżilju f’Babel, Ġekonija nissel ’il
Salatjel, Salatjel nissel ’il Żorobabel, Żorobabel nissel ’l Abihud,
Abihud nissel ’l Eljakim, Eljakim nissel ’l Ażor, Ażor nissel ’il
Sadok, Sadok nissel ’l Akim, Akim nissel ’l Elihud, Elihud nissel ’l
Elgħażar, Elgħażar nissel ’il Mattan, Mattan nissel ’il
Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’
Marija, li minnha twieled Ġesù, li jsejħulu Kristu.
It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: Ommu Marija,
wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu
flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.
Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u li ma riedx
ixandarha quddiem kulħadd, għamel f’rasu li jibgħatha
bil-moħbi tan-nies. Wara li qatagħha li jagħmel hekk, deherlu
anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, la
tibżax tilqa’ għandek lil Marija b’martek, għax dak li tnissel
fiha ġie bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Hi jkollha iben, u inti
ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom”.
Dan kollu ġara biex iseħħ li kien qal
il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: ‘Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El’, li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’.
Il-Kelma
tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.