L-Għaxar Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

It-Tlieta

 

Qari I

Ġesù Kristu ma kienx iva” u “le”; fih kien hemm l-”ivaweħidha.

2 Kor 1, 8-22

 

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin

 

Ħuti, tassew, daqskemm tassew hu fidil Alla, li l-kelma tagħna lilkom ma kinitxiva” u “le”. L-Iben ta’ Alla, Ġesù Kristu, li xandarnielkom aħna, jiena u Silvanu u Timotju, ma kienxiva” u “le”; fih kien hemm l-“ivaweħidha.

 

Għax fih il-wegħdiet ta’ Alla kollha saruiva”. Hu għalhekk li aħna, permezz tiegħu, ngħidu l-“Ammengħall-glorja ta’ Alla.

 

Alla hu li jwettaq kemm lilkom u kemm lilna fi Kristu, li kkonsagrana għalih innifsu; hu li ssiġillana wkoll bis-siġill tiegħu, u tana b’rahan l-Ispirtu fi qlubna.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 118 (119), 129.130.131.132. 133.135

 

R/. (135a): Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek, Mulej

 

Tal-għaġeb huma l-preċetti tiegħek,

għalhekk tħarishom qalbi.

It-tifsir ta’ kelmtek jagħti d-dawl,

ifiehem lil min ma jafx. R/.

 

Niftaħ fommi u nieħu r-ruħ,

għax nixxennaq għall-kmandamenti tiegħek.

Dur lejja u ħenn għalija,

kif dejjem tagħmel ma’ min iħobb ’l ismek. R/.

 

Żomm sħiħ il-mixi tiegħi skont il-wegħda tiegħek,

u ebda deni ma jaħkem fuqi.

Ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek,

għallimni l-kmandamenti tiegħek. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Mt 5, 16

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin,

biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom

u jagħtu glorja lil Missierkom.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Intom id-dawl tad-dinja.

Mt 5, 13-16

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

 

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġajieħu t-togħma? Ma jibqatajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt is-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu