It-Tlieta u
Għoxrin Ġimgħa
taż-Żmien ta’ Matul
is-Sena
It-Tlieta
Qari I
Alla takom il-ħajja flimkien ma’ Kristu: ħafrilna dnubietna kollha.
Kol 2, 6-15
Qari
mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Kolossin
Ħuti,
intom ilqajtu lil Kristu Ġesù
l-Mulej; għixu mela magħqudin miegħu; niżżlu għeruqkom fih, u ibnu l-ħajja tagħkom fuqu; issaħħu fil-fidi, kif tgħallimtu, u mtlew bil-gratitudni. Qisu li ħadd ma ijassarkom b’filosofija u kliem qarrieq u fieragħ skont dak li hu ġej
mill-bnedmin, skont il-prinċipji tad-dinja u mhux ta’ Kristu. Fih hemm tgħammar
il-milja sħiħa
tad-divinità fil-ġisem;
u intom, magħqudin kif intom miegħu,
għandkom sehem mill-milja tiegħu, hu li hu r-Ras
tal-Prinċipati u tas-Setgħat
kollha. Fih intom kontu ċirkonċiżi,
mhux biċ-ċirkonċiżjoni
b’idejn il-bnedmin, imma biċ-ċirkonċiżjoni
ta’ Kristu, li biha intom inżajtu mill-ġisem tad-dnub; indfintu miegħu
bil-magħmudija u rxuxtajtu
miegħu permezz tal-fidi tagħkom fil-qawwa ta’ Alla li qajmu mill-imwiet. Kontu mejta minħabba
dnubietkom u għax ma kellkomx iċ-ċirkonċiżjoni
f’ġisimkom; imma issa Alla takom
il-ħajja flimkien ma’ Kristu: ħafrilna dnubietna kollha. Ħassar il-kont tad-dejn li kellna bl-obbligi li kien hemm kontrina; neħħieh min-nofs u sammru mas-salib. Neżża’ l-Prinċipati
u s-Setgħat, u għamel
wirja minnhom quddiem id-dinja, u karkarhom warajh fit-trijonf tiegħu bi Kristu.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 144 (145), 1-2.8-9.10-11
R/. (9a): Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej
Ħa
nkabbrek, Alla tiegħi, sultan,
u nbierek ismek għal
dejjem ta’ dejjem.
Kuljum
irrid inbierkek,
u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem. R/.
Twajjeb
u ħanin il-Mulej,
idum
biex jagħdab u kollu tieba.
Twajjeb
ma’ kulħadd il-Mulej,
tjubitu
fuq kulma għamel. R/.
Kulma
għamilt iroddlok ħajr, Mulej;
iberkuk
il-ħbieb tiegħek kollha.
Is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru,
fuq
is-setgħa tiegħek
jitkellmu. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara Ġw
15, 16
Hallelujah. R/. Hallelujah
Jien
għażilt lilkom, jgħid il-Mulej,
u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa’.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmiehom appostli.
Lq 6, 12-19
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
Mela
darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil
Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ,
Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.
Imbagħad
niżel magħhom u waqaf f’wita, flimkien
ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull
naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon. Dawn kienu marru biex jisimgħuh
u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Min kien imħabbat mill-ispirti mniġġsa kien ifiq; u l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ
qawwa li tfejjaq lil kulħadd.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu