Il-Wieħed u Tletin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Is-Sibt

 

Qari I

Sellmu lil xulxin b’bewsa qaddisa.

Rum 16, 3-9.16.22-27

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

 

Għeżież, selluli għal Priska u Akwila, li ħadmu miegħi fi Kristu Ġesù, għax huma wkoll issugraw ħajjithom għalija biex isalvawni; u mhux jien biss għandi għax nirringrazzjahom iżda wkoll il-knejjes kollha tal-Ġentili; inselli wkoll għall-knisja li tiltaqaf’darhom.

 

Sellu għal Epenetu, il-maħbub tiegħi, l-ewwel frott għal Kristu fl-Asja. Sellu għal Marija, li tħabtet ħafna għalikom. Sellu għal Androniku u Ġunja, qraba tiegħi u priġunieri miegħi, magħrufa fost l-appostli, u li emmnu fi Kristu qabli. Sellu għal Amplijatu, il-maħbub tiegħi fil-Mulej. Sellu għal Urbanu li ħadem magħna fi Kristu, u Staki l-maħbub tiegħi.

 

Sellmu lil xulxin b’bewsa qaddisa. Il-knejjes kollha ta’ Kristu jsellmulkom.

 

Insellmilkom jiena Terzju, li ktibt din l-ittra, fil-Mulej. Isellmilkom Gaju li laqamhux biss lili, imma l-knisja kollha. Isellmilkom Erastu, l-amministratur tal-belt, u Kwartu ħuna.

 

Lil Alla li għandu l-qawwa li jwettaqkom

fl-Evanġelju li nħabbar jien, jien u nxandar lil Ġesù Kristu,

skont ir-rivelazzjoni tal-misteru

li kien moħbi fis-skiet tal-eternità;

lil dan Alla li issa rrivelalna dan il-misteru,

u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti,

skont l-ordni tiegħu, Alla ta’ dejjem,

biex iwassalhom għall-ubbidjenza tal-fidi;

lil dan Alla, waħdu fl-għerf,

il-glorja għal dejjem ta’ dejjem b’Ġesù Kristu. Ammen.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 144 (145), 2-3.4-5.10-11

 

R/. (1b): Mulej, inbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem

 

Kuljum irrid inbierkek,

u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem.

Kbir il-Mulej, ta’ min ifaħħru bil-bosta,

bla tarf il-kobor tiegħu. R/.

 

Nisel lil nisel isebbaħ għemilek,

u s-setgħa tiegħek ixandru.

Il-ġmiel u l-kobor tas-sebħ tiegħek iħabbru,

u fuq l-għeġubijiet tiegħek jitħaddtu. R/.

 

Kulma għamilt iroddlok ħajr, Mulej;

iberkuk il-ħbieb tiegħek kollha.

11Is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru,

fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

2 Kor 8, 9

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Ġesù Kristu għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom,

sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru?

Lq 16, 9-15

 

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

 

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: Agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom?

 

Ebda qaddej ma jistajaqdi żewġ sidien, għax jew ikun jobgħod lil wieħed minnhom u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus”.

 

Il-Fariżej, li kellhom ir-regħba għall-flus, meta semgħuh jgħid dan kollu qabdu jiddieħku bih. Iżda hu qalilhom: “Intom dawk li tagħmluha ta’ nies sewwa f’għajnejn il-bnedmin. Imma Alla qalbkom jafha. Għax dak li f’għajnejn il-bnedmin hu kbir, quddiem Alla hu mistkerrah”.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu