Is-Sebgħa u Għoxrin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
L-Erbgħa
Qari I
Inti ġietek ħasra
mis-siġra tar-riġnu,
u mela jiena ma kellix tiġini ħasra minn
Ninwč?
Ġona 4, 1-11
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġona
Il-maħfra ta’ Alla
lin-nies ta’ Ninwč xejn m’għoġbot lil Ġona, u nkorla. U talab
lill-Mulej u qal: “Jaħasra, Mulej, mhux dan kien kliemi meta
kont għadni f’pajjiżi? Kien għalhekk li jien għall-ewwel ħrabt lejn Tarsis,
għax kont naf li int Alla
ħanin u tagħder, tqil biex tinkorla, kollok
tieba u jisgħob bik għad-deni. U issa, Mulej, ħudli ħajti, nitolbok, għax għalija aħjar immut milli nibqa’ ħaj!”. U qal il-Mulej: “Dan sewwa għalik li tinkorla?”.
Imbagħad Ġona ħareġ
mill-belt u qagħad in-naħa
tal-Lvant tal-belt; tella’ għalih
għarix hemmhekk, u qagħad taħtu, għad-dell, biex jara x’kien se jiġri
mill-belt. U l-Mulej
Alla ordna li titla’ siġra tar-riġnu għal Ġona, biex ikollu d-dell fuq rasu u teħilsu
mill-ħsara. Ġona feraħ wisq bis-siġra.
Imma kif sebaħ l-għada, Alla bagħat dudu li mess is-siġra u din nixfet. Ġara mbagħad li, kif telgħet ix-xemx, il-Mulej bagħat riħ jaħraq mil-Lvant, ix-xemx qabdet tisreġ
fuq ras Ġona,
hekk li dan ħassu ħażin u xtaq li jmut, u qal: “Għalija
aħjar immut milli nibqa’ ħaj”.
U qal Alla lil Ġona: “Dan sewwa għalik li tinkorla għas-siġra?”. Iżda hu wieġeb:
“Iva, sewwa li nkurlajt sal-mewt!”. Imbagħad qallu l-Mulej: “Inti ġietek ħasra mis-siġra tar-riġnu, li la tħabatt għaliha u lanqas kabbartha int, u li f’lejl wieħed ġiet u f’lejl wieħed marret! Mela jiena ma kellix
tiġini ħasra minn Ninwč, il-belt il-kbira
fejn hemm aktar minn mija
u għoxrin elf ruħ
li ma jafux jagħżlu bejn il-lemin u x-xellug tagħhom, u fejn hemm ukoll ħafna bhejjem?”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 85 (86), 3-4.5-6.9-10
R/. (15b): Il-Mulej kollu
tieba u fedeltŕ
Ħenn għalija, Sidi,
għax lilek ngħajjat il-ħin kollu.
Ferraħ ruħ il-qaddej tiegħek,
għax lejk, Sidi, jien
nerfa’ ruħi. R/.
Għax int, Sidi, twajjeb
u taħfer,
kollok tieba għal kull min isejjaħlek.
Agħti widen, Mulej, għat-talba tiegħi,
isma’ l-leħen tal-ilfiq tiegħi. R/.
Il-ġnus kollha,
li għamilt,
jiġu jinxteħtu quddiemek,
u jsebbħu ismek, Sidi.
Għax kbir int, u għemejjel
tal-għaġeb tagħmel;
int waħdek Alla! R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Rum 8, 15bċ
Hallelujah. R/. Hallelujah
Intom irċevejtu l-Ispirtu li jagħmel minnkom ulied adottivi;
u li bih aħna nistgħu
ngħajtu: “Abbŕ! Missier!”
R/. Hallelujah
Evanġelju
Mulej, għallimna
nitolbu.
Lq 11, 1-4
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
Darba Ġesů kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa
mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu
qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem
lid-dixxipli tiegħu”.
U qalilhom: “Meta titolbu,
għidu:
Missier,
jitqaddes ismek,
tiġi Saltnatek.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum.
U aħfrilna dnubietna,
għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati
għalina,
u la ddaħħalniex fit-tiġrib”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu