L-Ottava tal-Għid
It-Tlieta
Qari I
Indmu, u jitgħammed
kull wieħed minnkom fl-isem ta’ Ġesù Kristu.
Atti 2, 36-41
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
Nhar
Għid il-Ħamsin, Pietru qal lin-nies
tal-Lhudija: “Ħa
jkun jaf fiż-żgur
il-poplu kollu ta’ Iżrael li lil dan Ġesù, li intom sallabtuh, Alla
għamlu Mulej u Messija”.
Dan il-kliem li semgħu laqtilhom qalbhom, u qalu lil Pietru u lill-appostli
l-oħra: “L-aħwa, x’għandna nagħmlu aħna?”. U Pietru weġibhom:
“Indmu, u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta’ Ġesù
Kristu għall-maħfra
ta’ dnubietkom; u intom tirċievu d-don tal-Ispirtu
s-Santu. Għax il-wegħda qiegħda għalikom u għal uliedkom
u għal dawk kollha li huma fil-bogħod, dawk kollha li
l-Mulej Alla tagħna sejħilhom”. U b’ħafna kliem ieħor tahom xhieda u wissiehom
billi qalilhom: “Salvaw lilkom infuskom
minn dan in-nisel
ħażin”. Għalhekk
dawk li laqgħu kliemu tgħammdu u dakinhar ingħaqdu mad-dixxipli
madwar tlitt elef ruħ.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 32 (33), 4-5.18-19.20 u 22
R/. (5b): Bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Sewwa
hi l-kelma tal-Mulej,
kollox
bil-fedeltà huwa għamel.
Hu jħobb id-dritt u s-sewwa;
bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art. R/.
Ara,
għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu
minnu,
fuq
dawk li jittamaw fit-tieba tiegħu,
Biex
jeħilsilhom mill-mewt ħajjithom,
u
jaħjihom fi żmien
il-ġuħ. R/.
Ruħna
tixxennaq għall-Mulej,
hu
l-għajnuna u t-tarka tagħna.
Ħa
tkun, Mulej, it-tieba tiegħek fuqna,
kif
fik hi t-tama tagħna.
R/.
Sekwenza (fakultativa)
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Salm 117 (118), 24
Hallelujah. R/. Hallelujah
Dan hu l-jum li għamel il-Mulej;
ħa
nifirħu u nithennew fih!
R/. Hallelujah
Evanġelju
Rajt lill-Mulej
u tani dil-bxara.
Ġw 20, 11-18
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, Marija baqgħet ’il
barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda
tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda,
wieħed in-naħa
tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda
tibki?”. Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi,
u ma nafux fejn qegħduh”.
Kif
qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf,
iżda ma ntebħitx li kien
Ġesù. Ġesù qalilha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħda
tfittex?”. Hi ħasbet li kien il-ġardinar, u qaltlu: “Sinjur, jekk ħadtu
int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura”.
Ġesù
sejħilha: “Marjam!” Hi
daret u qaltlu bil-Lhudi: “Rabbuni!” jiġifieri
Mgħallem. Ġesù qalilha: “La tmissnix, għax għadni ma tlajtx
għand il-Missier; imma mur għand
ħuti u għidilhom
li se nitla’ għand
Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom”. Marija
ta’ Magdala marret għand id-dixxipli u tathom l-aħbar: “Rajt lill-Mulej!” u qaltilhom x’qalilha.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu