Il-Wieħed
u Tletin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Il-Ġimgħa
Qari I
Jien ministru ta’ Kristu Ġesù fost il-pagani, biex nagħmel mill-ġnus offerta mqaddsa.
Rum 15, 14-21
Qari
mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lir-Rumani
Għeżież,
jien żgur minnkom ħuti, li intom ilkoll mimlija
bit-tieba u bl-għerf kollu, kapaċi twiddbu lil xulxin.
Imma jien għamilt il-qalb u ktibtilkom
biex infakkarkom f’xi ħwejjeġ. Dan għamiltu bil-grazzja li tani
Alla li nkun ministru ta’ Kristu Ġesù fost il-pagani, ikkonsagrat biex
naħdem għall-Evanġelju
ta’ Alla u nagħmel
mill-ġnus offerta mqaddsa
mill-Ispirtu s-Santu u li togħġob lil Alla.
Għalhekk
jien għandi biex nitkabbar fi Kristu Ġesù fis-servizz tiegħi għal Alla. Ma nissogra nsemmi xejn, jekk mhux
dak li għamel Kristu
permezz tiegħi biex inwassal il-pagani
għall-ubbidjenza bil-kelma
u bl-għemil, bil-qawwa
tas-sinjali u l-mirakli, bil-qawwa tal-Ispirtu ta’ Alla.
Hekk
permezz tiegħi seħħ ix-xandir tal-Evanġelju ta’ Kristu minn Ġerusalemm
u l-inħawi ta’ madwarha
sal-Illirja. Ix-xewqa tiegħi hi li
nxandar l-Evanġelju fejn qatt ma ssemma
Kristu, sabiex ma nkunx bnejt fuq sisien li jkun
qiegħed ħaddieħor;
kif inhu miktub: “Biex dawk
li qatt ma kellhom l-aħbar jaraw; u dawk li qatt ma semgħu bih jifhmuh”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 97 (98), 1,2-3ab.3ċd-4
R/. (ara
2b): F’għajnejn il-ġnus
wera l-ġustizzja tiegħu
Għannu
lill-Mulej għanja ġdida,
għax
għamel ħwejjeġ
tal-għaġeb.
Ġibitlu
r-rebħa l-leminija tiegħu,
u d-driegħ imqaddes tiegħu. R/.
Għarraf
il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu,
f’għajnejn
il-ġnus wera l-ġustizzja tiegħu.
Ftakar
fit-tieba u l-fedeltà tiegħu
mal-poplu
ta’ Iżrael. R/.
L-art kollha, minn tarf
għall-ieħor,
rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.
Għajtu
bil-ferħ lill-Mulej fl-art kollha,
infexxu
fil-hena, ifirħu u għannu! R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
1 Ġw 2, 5
Hallelujah. R/. Hallelujah
Min iżomm il-kelma ta’ Ġesù Kristu,
fih
hemm tassew l-imħabba ta’ Alla fil-milja tagħha.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal
aktar minn ulied id-dawl ma’ min hu tal-qatgħa tagħhom.
Lq 16, 1-8
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani
li kellu amministratur, u lil dan xlewh
lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu
ġidu. Għalhekk
is-sid sejjaħlu u qallu: “Dan x’inhu li qiegħed
nisma’ fuqek? Agħtini kont tal-amministrazzjoni tiegħek, għax
ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi”.
L-amministratur bejnu u bejn ruħu
qal: “Issa x’sejjer nagħmel, ladarba
sidi se jneħħini
mill-amministrazzjoni? Immur
nagħżaq? Ma niflaħx.
Nittallab? Nistħi. Naf x’nagħmel, ħalli meta nitwarrab minn fuq
din l-amministrazzjoni, insib
lil ħaddieħor li jilqagħni għandu”.
U wieħed wieħed bagħat għal dawk li kellhom jagħtu lil sidu. “Kemm għandek
tagħtih lil sidi?”. staqsa lill-ewwel wieħed. “Mitt
barmil żejt”, wieġbu dak. “Oħroġ il-karti tiegħek”, qallu l-amministratur:
“oqgħod bilqiegħda
malajr u ikteb ħamsin”. Lil
ieħor staqsieh: “U int, kemm għandek
tagħti?”. “Mitt xkora qamħ”, wieġbu. Qallu: “Oħroġ il-karti tiegħek u ikteb tmenin”.
U s-sid faħħru lil dak l-amministratur ħażin talli ħadem b’rasu. Għax ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal
aktar minn ulied id-dawl ma’ min hu
tal-qatgħa tagħhom”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu