L-Ottava tal-Għid
It-Tnejn
Qari I
Lil dan Ġesù, Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna lkoll xhieda.
Atti 2, 14.22-33
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
Nhar
Għid il-Ħamsin, Pietru, flimkien mal-Ħdax, qam u qal lil-Lhud b’leħen għoli: “Nies tal-Lhudija, u intom ilkoll li toqogħdu f’Ġerusalemm,
kunu afu dan u isimgħu sewwa x’se ngħidilkom
jien.
Ġesù
ta’ Nazaret kien bniedem li Alla takom prova tiegħu
permezz tal-mirakli
u l-għeġubijiet u s-sinjali
li għamel bih fostkom, kif intom stess
tafu. Lil dan Ġesù, Alla telaqhulkom f’idejkom skont l-għerf u l-pjan
li fassal minn
qabel, u intom neħħejtuh billi sallabtuh permezz ta’ nies
ħżiena; imma Alla qajmu mill-imwiet billi ħall
l-irbit tal-mewt,
għaliex ma setax ikun li l-mewt iżżommu taħt is-setgħa
tagħha. Għax
David jgħid fuqu :
“Żammejt lill-Mulej dejjem quddiemi,
għax
hu fuq il-lemin
tiegħi, biex qatt ma nitħarrek.
Għalhekk
ferħet qalbi
u
mtela bl-hena lsieni ;
u
ġismi wkoll jistrieħ fit-tama,
għax
inti ma titlaqx fl-imwiet lil ruħi,
u
ma tħallix il-Qaddis tiegħek jara t-taħsir.
Inti għarraftni t-triq tal-ħajja,
timlieni
bil-ferħ meta nkun quddiemek”.
Ħuti,
ħalluni ngħidhielkom
kif inħossha fuq il-patrijarka David; hu miet u kien midfun u l-qabar tiegħu għadu magħna sal-lum stess. Issa
hu kien profeta,
u kien jaf li Alla ħaliflu b’ġurament li kellu jqiegħed
fuq it-tron tiegħu bniedem ġej minn
nislu. David ra minn qabel
u ħabbar il-qawmien tal-Messija, u qal:
“La kien mitluq fl-imwiet
u
lanqas ġismu ma ra t-taħsir”.
Lil dan Ġesù, Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna lkoll
xhieda. Għalhekk,
issa li Alla għollieh bil-leminija tiegħu, huwa rċieva
mingħand
il-Missier l-Ispirtu s-Santu li kien imwiegħed,
u sawbu fuqna,
kif qegħdin taraw u tisimgħu”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11
R/. (1): Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Ħarisni,
o Alla, għax fik jien nistkenn.
Jien
għedt lill-Mulej: “Int Sidi,
m’għandix
ġid ieħor ħliefek”.
Mulej,
inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi,
inti
żżomm f’idejk xortija. R/.
Inbierek
lill-Mulej li tani l-fehma;
imqar
billejl qalbi tgħallimni.
Inżomm
il-Mulej dejjem quddiemi,
għax
bih f’leminti qatt ma nitħarrek. R/.
Hekk
tifraħ qalbi u tithenna ruħi,
u
ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.
Għax int ma titlaqnix fl-imwiet,
ma
tħallix il-maħbub
tiegħek jara l-qabar. R/.
Int
tgħallimni t-triq tal-ħajja;
hemm
il-milja tal-ferħ quddiemek,
hemm
l-għaxqa għal dejjem f’lemintek. R/.
Sekwenza (fakultativa)
Ħa
jgħollu l-insara b’tifħirhom
il-Vittma
tal-Għid:
għax
feda l-Ħaruf in-nagħaġ tiegħu
mill-jasar tal-mewt;
Ġesù
raġa’ ħabbeb il-midneb
ma’
Alla l-Missier.
F’taqbida
tal-għaġeb mal-Ħajja
inqerdet
il-Mewt;
u
qam Sid il-ħajja mill-qabar,
isaltan
rebbieħ.
“Għidilna, Marija, ħabbrilna:
fit-triq lil
min rajt?”
“Jien rajt
qabar Kristu li rxoxta
fis-sebħ
tal-qawmien;
rajt
l-Anġli li ġew jagħtu xhieda,
il-faxxa,
il-liżar.
Irxoxta
mill-mewt Kristu Sidi,
li
fih ittamajt!
Mar hu l-Galilija qabilkom:
hemmhekk
se tarawh”.
O, nemmnu li llum Kristu rxoxta
tassew
mill-imwiet!
Int
mela, Sultan, ħenn għalina,
O Kristu rebbieħ.
Ammen!
Hallelujah!
Victimae paschali
laudes
immolent christiani.
Agnus redemit
oves:
Christus innocens
Patri reconciliavit
peccatores.
Mors et vita
duello conflixere
mirando:
dux vitae mortuus,
regnat vivus.
Dic nobis,
Maria,
quid vidisti
in via?
Sepulcrum Christi viventis:
et gloriam vidi resurgentis.
Angelicos testes,
sudarium et vestes.
Surrexit Christus
spes mea:
praecedet suos
in Galilaeam.
Scimus Christum
surrexisse a mortuis
vere:
tu nobis,
victor Rex,
miserere.
Amen. Alleluia.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Salm 117 (118), 24
Hallelujah. R/. Hallelujah
Dan hu l-jum li għamel il-Mulej;
ħa
nifirħu u nithennew fih!
R/. Hallelujah
Evanġelju
Morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija;
lili jarawni hemmhekk.
Mt 28, 8-15
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak
iż-żmien, in-nisa
telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’
u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara,
iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma resqu
lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù
qalilhom: “Tibżgħu
xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu
lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”.
Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand il-qassisin
il-kbar
u tawhom l-aħbar ta’ kulma kien ġara.
Dawn inġabru flimkien
max-xjuħ, ftiehmu bejniethom, u taw lis-suldati kemxa flus
ġmielha
u qalulhom: “Għidu hekk: “Ġew id-dixxipli tiegħu billejl
u serquh waqt li konna reqdin”.
U jekk il-gvernatur jisma’ b’dan, aħna
nġagħluh jemmen,
u lilkom neħilsukom minn kull inkwiet”. Dawk
ħadu l-flus u għamlu
kif qalulhom. U din il-biċċa xterdet hekk
fost il-Lhud sal-ġurnata tal-lum.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu