It-Tnejn u Għoxrin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Il-Ġimgħa
Qari I
Kollox bih u għalih kien maħluq.
Kol 1, 15-20
Qari
mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Kolossin
Ġesù
Kristu hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx,
il-kbir
fost il-ħlejjaq kollha;
għax
fih kien maħluq kollox,
fis-sema
u fl-art,
dak
kollu li jidher u dak kollu li ma jidhirx,
Troni
u Ħakmiet,
Prinċipati
u Setgħat.
Kollox
bih u għalih kien maħluq,
hu
li hu qabel kollox,
u kollox fih qiegħed
iżomm.
Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja.
Hu li hu l-bidu,
il-kbir
li qam mill-imwiet,
sabiex
ikun hu l-ewwel f’kollox.
Hekk
Alla għoġbu
li tgħammar fih il-milja kollha;
bih
Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu;
bid-demm
tiegħu, imxerred fuq is-salib,
ġieb
is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 99 (100), 2.3.4.5
R/. (2ċ): Idħlu
quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
Għajtu
bil-ferħ lill-Mulej, nies kollha tal-art,
aqdu
bil-ferħ lill-Mulej,
idħlu
quddiemu b’għana ferrieħi. R/.
Kunu
afu li Jaħweh hu Alla,
hu
ħalaqna, u aħna tiegħu,
aħna
l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu. R/.
Idħlu
b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu,
bit-tifħir
fil-btieħi tat-tempju tiegħu;
roddulu
ħajr u bierku ismu! R/.
Għax
twajjeb il-Mulej,
għal
dejjem it-tieba tiegħu;
minn
żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 8, 12
Hallelujah. R/. Hallelujah
Jiena
d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej;
min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Meta l-għarus jeħduhulhom
minn magħhom,
imbagħad isumu dakinhar.
Lq 5, 33-39
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
F’dak
iż-żmien, il-Fariżej
u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù:
“Id-dixxipli ta’ Ġwanni
sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek
jieklu u jixorbu!”. U Ġesù qalilhom:
“Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb
tal-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus
jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar”.
Qalilhom
ukoll parabbola: “Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida
biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux biss
ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima. Anqas ma jqiegħdu l-inbid il-ġdid f’damiġġani
qodma tal-ġild, għax inkella l-inbid il-ġdid jifqa’ d-damiġġani, u jixtered hu u jintilfu d-damiġġani. Iżda nbid ġdid iqegħduh f’damiġġani
ġodda. U ħadd ma jkun irid mill-inbid ġdid wara li jkun xorob
mill-qadim, għax jgħidlek: “Il-qadim tajjeb!””.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu