2 ta’ Novembru
L-Għid tal-Imwiet
Tifkira Solenni
Qari I
Ġob 19:1.23-27a
Qari mill-Ktieb ta’ Ġob
Ġob wieġeb u qal: “Mhux li kien
jiġi maħżuż
fi ktieb, jew b’xafra tal-ħadid u ċ-ċomb għal dejjem fil-blat jitnaqqax!
Jien naf li d-difensur tiegħi ħaj, u fl-aħħar fuq it-trab iqum.
U wara li jintemm ġildi, mingħajr laħmi nara
’l Alla, li jien narah maġenbi.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu
ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 26
R/. (ara 6): Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin!
Il-Mulej hu
d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi;
minn min għandi nibża’?
Il-Mulej hu
l-kenn tiegħi;
quddiem min għandi nitwerwer? R/.
Ħaġa waħda
tlabt lill-Mulej, lilha nfittex:
li ngħammar f’dar il-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajti,
biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej
u nbakkar fit-tempju tiegħu. R/.
Isma’, Mulej, il-leħen
tiegħi:
meta ngħajjat,
ħenn għalija u weġibni.
Jien infittex
’il wiċċek,
Mulej;
la taħbix wiċċek minni. R/.
Nemmen li għad nara
t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin.
Ittama fil-Mulej, żomm sħiħ u qawwi qalbek,
ittama fil-Mulej. R/.
Qari II
Rum 19:1.23-27a
Qari mill-Ittra ta’ San
Pawl Appostlu lir-Rumani
Ħuti:
It-tama ma tqarraqx bina, għaliex l-imħabba ta’ Alla ssawbet fina
permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti
lilna.
Meta kien
il-waqt, u aħna konna għadna bla saħħa, Kristu miet għal
dawk li kienu bla Alla. Wieħed
bilkemm imut għal bniedem ġust, għad li wieħed għandu mnejn jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed tajjeb. Iżda Alla wera mħabbtu
lejna meta Kristu miet għalina,
aħna ġġustifikati
b’demmu, insalvaw permezz tiegħu mill-korla ta’ Alla! Jekk meta konna
għadna għedewwa
ta’ Alla tħabbibna miegħu bis-saħħa tal-mewt ta’ Ibnu, kemm aktar issa,
li aħna ħbieb miegħu, insalvaw permezz tal-ħajja tiegħu!
Mhux hekk biss, imma niftaħru
wkoll f’Alla b’Sidna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu issa ksibna l-ħbiberija ma’ Alla.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu
ħajr lil Alla
Akklamazzjoni qabel
l-Evanġelju
Ġw 6: 39
Hallelujah. R/.
Hallelujah
Ir-rieda ta’ Missieri hija din:
li jiena ma nitlef xejn minn
dak kollu li tani,
iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Ġw 6:37-40
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies:
“Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il
barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel
mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni. Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn
dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Għax ir-rieda ta’ Missieri hija din: li kull min jara l-Iben u jemmen fih
ikollu l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir
lilek Kristu