It-Tlettax-il Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

Il-Ħamis

 

Qari I

Is-sagrifiċċju ta’ Abraham, missierna fil-fidi.

Ġen 22, 1-19

 

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi

 

F’dak iż-żmien, Alla ried iġarrab lil Abraham u qallu: “Abraham!”. U hu wieġbu: “Hawn jien!”. U qallu: “Aqbad lil ibnek il-waħdieni, li inti tħobb, lil Iżakk; u mur lejn l-art ta’ Morija, u hemm offrih b’sagrifiċċju tal-ħruq fuq waħda mill-għoljiet li jien se ngħidlek”.

 

U Abraham bakkar mas-sebħ, xedd il-ħmar tiegħu, ħa tnejn millqaddejja tiegħu, u lil Iżakk. Qatta’ l-ħatab għas-sagrifiċċju tal-ħruq, u qam, u telaq lejn il-post li qallu bih Alla. Fit-tielet jum Abraham rafagħajnejh, u lemaħ il-post mill-bogħod. U Abraham qal lill-qaddejja tiegħu: “Oqogħdu hawn bil-ħmar, u jien u ż-żagħżugħ immorru sa hemm, u nagħtu qima u nerġgħu lura ħdejkom”. U Abraham qabad il-ħatab għas-sagrifiċċju, għabbieh fuq Iżakk ibnu, ħa f’idejh in-nar u s-sikkina, u telqu t-tnejn flimkien.

 

U Iżakk qal lil Abraham missieru: “Missier!” Dak wieġbu: “Hawn jien, ibni”. U Iżakk wieġbu: “Hawn huma n-nar u l-ħatab, fejn hu l-ħaruf għas-sagrifiċċju tal-ħruq?”. U Abraham wieġbu: “Alla jaħseb hu għall-ħaruf għas-sagrifiċċju, ibni”. U baqgħu sejrin it-tnejn flimkien.

 

U waslu fil-post li kien semmielu Alla; u hemm Abraham bena l-artal u firex il-ħatab fuqu, u rabat lil ibnu Iżakk u qiegħdu fuq l-artal, fuq il-ħatab. U Abraham medd idu u qabad is-sikkina biex joqtol lil ibnu.

 

U sejjaħlu l-anġlu tal-Mulej mis-smewwiet u qallu: “Abraham, Abraham!”. U dan wieġbu: “Hawn jien!” U qallu l-anġlu: “La tmiddx idek fuq iż-żagħżugħ u tagħmillu ebda ħsara; għax issa naf li inti tibżaminn Alla, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni”.

 

U Abraham rafagħajnejh, ta ħarsa madwaru, u ra muntun warajh maqbud minn qrunu fil-friegħi. U Abraham mar u qabad il-muntun, u offrieh b’sagrifiċċju tal-ħruq minflok ibnu.

 

U Abraham semma dak il-post: “Jahweh-jire, jiġifieri, il-Mulej jipprovdi”, kif għadu jingħad sal-lum: “Fuq il-muntanja Jahweh-jire, il-Mulej jipprovdi”.

 

U għat-tieni darba l-anġlu tal-Mulej sejjaħ lil Abraham mis-smewwiet u qallu: “Naħlef fuq ruħioraklu tal-Mulejladarba int għamilt ħaġa bħal din, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni, jien imbierkek żgur u nkattarlek sewwa lil nislek bħall-kwiekeb tas-sema u bħar-ramel f’xatt il-baħar; u nislek għad jiret bwieb l-għedewwa tiegħu. U jitbierku b’nislek il-ġnus kollha tal-art talli smajt minn kelmti”.

 

U Abraham raġalura ħdejn il-qaddejja tiegħu, u qabdu u telqu flimkien lejn Birsaba. U Abraham baqajgħammar f’Birsaba.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 116 (117), 1-2.3-4.5-6.8-9

 

R/. (9): Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin

 

Inħobb il-Mulej,

għax samaleħen it-tħannin tiegħi;

għaliex hu tani widen

fil-jum li fih sejjaħtlu. R/.

 

Il-ħbula tal-mewt dawruni,

l-irbit tal-Imwiet ħakimni;

fin-niket u l-hemm sibt ruħi.

Imma isem il-Mulej sejjaħt:

Mulej, nitolbok, salvani!” R/.

 

Ħanin il-Mulej, u ġust;

twajjeb hu Alla tagħna.

Iħares id-dgħajfa l-Mulej;

jien kont magħkus, u hu ħelisni. R/.

 

Għax mill-mewt ħelisli ’l ħajti,

lil għajnejja mid-dmugħ

u ’l riġlejja mit-tfixkil.

Jien nimxi quddiem il-Mulej

f’art il-ħajjin. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

2 Kor 5, 19

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu,

u fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin.

Mt 9, 1-8

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

 

F’dak iż-żmien, Ġesù talaf’dgħajsa, qasam il-baħar u baqasejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura”.

 

Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi”. Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? Għax x’inhu l-eħfef, tgħid: “Dnubietek maħfura”, jew tgħid: “Qum u imxi?”. Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art”, qal lill-mifluġ: “Qum, aqbad il-friex u mur lejn darek”. Dak qam u telaq lejn daru.

 

In-nies, meta raw dan, beżgħu u qabdu jfaħħru lil Alla li ta setgħa bħal din lill-bnedmin.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu