Id-DisaĠimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

It-Tlieta

 

Qari I

Bqajt marid b’għajnejja.

Tob 2, 9-14

 

Qari mill-Ktieb ta’ Tobit

 

Dak il-lejl ta’ Għid il-Ħamsin, wara li dfint il-mejjet, jien Tobit, inħsilt u mort fil-bitħa tad-dar u mteddejt taħt il-ħajt b’wiċċi mikxuf minħabba s-sħana. Ma ġinix f’rasi li kien hemm l-għasafar fil-ħajt ta’ fuqi, u l-ħmieġ sħun tagħhom waqafuq għajnejja, u ġiebli l-bjada fuqhom. U jien mort għand it-tobba biex ifejquni, iżda aktar ma kienu jdewwuni, il-bjada aktar kienet tikber, sakemm għamejt għalkollox. U bqajt marid b’għajnejja għal erbasnin. U ħuti kollha għelew għalija. Aħikar dam idur bija għal sentejn sakemm ma telaqx għal Elimajs.

 

Dik il-ħabta Anna, marti, kienet taħdem xi xogħlijiet tan-nisa, u kienet tibgħathom għand sjiedhom, u huma kienu jħallsuha. Darba minnhom fis-seba’ tax-xahar ta’ Distru qatgħet in-nisġa u bagħtitha lis-sidien, u dawn tawha l-ħlas kollu, u miegħu tawha wkoll gidi għall-mejda.

 

Malli daħlet id-dar il-gidi beda jgħajjat. Sejjaħtilha u staqsejtha: “Dan il-gidi mnejn ġie? Mhux misruq, hux? Erġaagħtih lil sjiedu. Ma nistgħu nieklu xejn misruq”. Imbagħad hi qaltli: “Tawhuli rigal mal-ħlas”. Jien m’emminthiex u għedtilha tieħdu lura għand sjiedu, u jien stħajt flokha għax għamlet dan. U hi wieġbet: “Fejn huma l-karitajiet tiegħek? Fejn huma l-opri tajba tiegħek? Jidher sew minn dak li ġie fuqek!”

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Irroddu ħajr lil Alla

 

Salm Responsorjali

Salm 111 (112), 1-2.7bċ-8.9

 

R/. (ara 7ċ): Qalbu qawwija min jittama fil-Mulej

 

Hieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej,

li jitgħaxxaq ħafna bil-kmandamenti tiegħu!

Setgħan fuq l-art ikun nislu;

nisel it-tajbin ikun imbierek. R/.

 

Xejn ma jibżaminn aħbar ħażina;

qalbu qawwija bit-tama tal-Mulej.

Qalbu qawwija, m’għandux mniex jibża’,

sa ma jara mxejjen l-għadu tiegħu. R/.

 

Iqassam u jagħti lill-foqra;

għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu;

rasu merfugħa bil-ġieħ. R/.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

ara Efes 1, 17-18

 

Hallelujah. R/. Hallelujah

Alla ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Missier tal-glorja,

jdawlilkom l-għajnejn ta’ qalbkom

biex tagħrfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħkom.

R/. Hallelujah

 

Evanġelju

Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla.

Mk 12, 13-17

 

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

 

F’dak iż-żmien, bagħtu għand Ġesù xi Fariżej u Erodjani biex jonsbuh f’xi kelma. Ġew u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi. Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari? Għandna jew ma għandniex inħallsuha?. Imma hu ntebaħ bil-wiċċ b’ieħor tagħhom, u qalilhom: “Għaliex tridu tinbxuni? Newluli dinar ħa narah”. Newlulu dinar, u hu staqsiehom: “Ta’ min huma dan il-wiċċ u din il-kitba?”. Qalulu: “Ta’ Ċesari”. Qalilhom imbagħad Ġesù: “Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla”. U stagħġbu ħafna bih.

 

Il-Kelma tal-Mulej

R/. Tifħir lilek Kristu