Ħamis ix-Xirka
Il-Quddiesa tal-Griżma
Qari I
Il-Mulej ikkonsagrani b’żejt ta’ ferħ.
Is 61,
1-3a.6a.8b.9
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija
L-Ispirtu ta’ Sidi l-Mulej fuqi,
għax il-Mulej ikkonsagrani,
biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
bagħatni ndewwi l-qalb miksura;
biex inħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,
u lill-ħabsin
il-ftuħ tal-ħabs;
biex inniedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej,
u jum il-vendetta ta’ Alla tagħna;
biex infarraġ lill-imnikktin;
biex inferraħ lil dawk li jibku f’Sijon,
nagħtihom kuruna flok irmied,
żejt tal-ferħ flok
l-ilbies tal-vistu,
l-għana tal-foħrija flok
ruħ mitluqa.
Lilkom isejħulkom
il-qassisin tal-Mulej,
qaddejja ta’ Alla tagħna
isemmukom.
Jien bis-sewwa
nħallashom,
u nagħmel
magħhom patt għal dejjem.
Nisilhom ikun magħruf fost il-ġnus,
u wliedhom qalb il-popli.
Kull min jarahom jagħrafhom
li huma nisel imbierek mill-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 88 (89), 21-22.25.27
R/. (2a): It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni
Sibt lil
David, qaddej tiegħi,
biż-żejt imqaddes tiegħi
dliktu;
tkun idi dejjem miegħu,
u nsaħħu
wkoll bi driegħi. R/.
Miegħu jkunu
l-fedeltà u t-tjieba tiegħi;
b’ismi tissaħħaħ il-qawwa
tiegħu.
Hu jsejjaħli: “Int missieri u Alla tiegħi,
fortizza u salvazzjoni tiegħi!”
R/.
Qari II
Kristu għamilna
saltna, qassisin għal Alla tiegħu u Missieru.
Apok 1, 5-8
Qari mill-Ktieb tal-Apokalissi ta’ San Ġwann Appostlu
Grazzja lilkom
u sliem mingħand Ġesù Kristu, ix-xhud fidil, il-kbir fost il-mejtin,
il-prinċep tas-slaten
tad-dinja. Lil Dak li ħabbna, u li ħallna minn dnubietna, bis-saħħa
ta’ demmu, u li għamilna
saltna, qassisin għal Alla tiegħu u Missieru, lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem.
Ammen. Arawh ġej fis-sħab
u l-għajnejn kollha jarawh, ukoll dawk li kienu nifduh; u r-razez kollha tal-art jibdew iħabbtu fuq sidirhom
minħabba fih. Iva. Ammen! Jiena huwa l-Alfa u l-Omega, jgħid
il-Mulej Alla, li hu, u li kien, u li għad irid
jiġi, Dak li jista’ kollox.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Is 61, 1
Glorja u tifħir
lilek, Kristu!
L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
bagħatni nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani.
Lq 4, 16-21
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien,
Ġesù ġie f’Nazaret, fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom,
kif kien imdorri jagħmel
nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:
“L-Ispirtu
tal-Mulej fuqi,
għax hu kkonsagrani.
Bagħatni nħabbar
il-ħelsien lill-imjassrin,
inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,
irrodd il-ħelsien lill-maħqurin
u nxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej”.
Imbagħad raġa’
għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej
u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd
fis-sinagoga kienu msammra fuqu. U beda jgħidilhom: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Ħamis ix-Xirka
Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qari I
Preċetti dwar l-ikla tal-Għid.
Eż 12, 1-8.11-14
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu
Il-Mulej kellem lil
Mosè u lil Aron fl-art tal-Eġittu, u qalilhom: “Dan ix-xahar ikun għalikom l-ewwel fost ix-xhur,
ikunilkom l-ewwel xahar tas-sena.
Kellem lill-ġemgħa
kollha ta’ Iżrael, u għidilhom: “Fl-għaxra ta’ dan
ix-xahar kull wieħed minnkom jieħu ħaruf kull familja, wieħed kull dar. Jekk il-familja
tkun żgħira wisq biex tikluh kollu, wieħed
jieħu l-ħaruf flimkien mal-ġar tiegħu, l-eqreb lejn daru, skont in-numru
tan-nies; skont kemm kull wieħed
jiflaħ jiekol, hekk tqisuh il-ħaruf.
Il-ħaruf ikun bla difett, raġel,
ta’ dik is-sena. Tistgħu tieħdu min-nagħaġ jew
mill-mogħoż. Intom
iżżommuh sal-erbatax
ta’ dax-xahar, meta
l-ġemgħa kollha
ta’ dar Iżrael toqtlu bejn inżul ix-xemx
u d-dlam. Imbagħad jieħdu mid-demm tiegħu, u jroxxuh fuq il-ġnub
u l-blata tal-bibien tad-djar fejn ikunu
se jikluh. F’dik il-lejla għandhom
jieklu l-laħam mixwi, b’ħobż bla ħmira, u b’ħaxix morr. U tikluh hekk: qaddejkom imħażżma,
bil-qorq f’riġlejkom u l-ħatar
f‘idejkom; u tikluh bl-għaġla. Din hi l-mogħdija
tal-Mulej! Għax dak il-lejl jiena ngħaddi mill-art tal-Eġittu u nidrob lil kull min hu l-ewwel fost l-imwelldin fl-art tal-Eġittu, bnedmin u bhejjem, u nagħmel ħaqq
mill-allat kollha tal-Eġittu: Jien, Jaħweh!
Id-demm ikun bħala
sinjal tagħkom fuq id-djar fejn
tkunu, u jien xħin nara
d-demm nibqa’ għaddej, u ebda marda ma tiġi teqridkom meta jien nidrob l-art tal-Eġittu. Dak il-jum ikun għalikom
jum ta’ tifkira, u intom
tħarsuh bħala festa tal-Mulej; iżżommu din l-osservanza bħala liġi għaż-żminijiet kollha
li ġejjin”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 115 (116),
12-13.15-16bċ.17-18
R/. Il-kalċi mbierek huwa xirka mad-demm ta’ Kristu
Xi rrodd lill-Mulej
għall-ġid kollu li għamel
miegħi?
Ngħolli l-kalċi
tas-salvazzjoni,
u isem il-Mulej insejjaħ. R/.
Għażiża f’għajnejn il-Mulej
hi l-mewt tal-ħbieb tiegħu.
Jien qaddej tiegħek, bin il-qaddejja tiegħek.
Int ħallejtli
l-irbit tiegħi. R/.
Lilek noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr,
u isem il-Mulej insejjaħ.
Intemm lill-Mulej
il-wegħdiet tiegħi,
quddiem il-poplu tiegħu kollu. R/.
Qari II
Kull meta tieklu u tixorbu, ixxandru l-mewt tal-Mulej.
1 Kor 11,
23-26
Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin
Ħuti, jien
irċevejt mingħand
il-Mulej it-tagħlim li
għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-Mulej Ġesù, fil-lejl li fih kien
ittradut, ħa l-ħobż u wara li radd il-ħajr
qasmu u qal: “Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi”.
Hekk ukoll għamel bil-kalċi, wara li kiel,
qal: “Dan il-kalċi hu l-patt il-ġdid b’demmi;
agħmlu dan kull meta tixorbu, b’tifkira tiegħi”.
Mela kull meta tieklu dan
il-ħobż u tixorbu
dan il-kalċi, intom ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara Ġw 13, 34
Glorja u tifħir
lilek, Kristu!
Nagħtikom kmandament
ġdid,
jgħid il-Mulej:
li tħobbu lil xulxin, bħalma
ħabbejtkom jien.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Ħabbhom għall-aħħar.
Ġw 13, 1-15
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Qabel il-festa
tal-Għid, billi kien jaf Ġesù
li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn
din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu
li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar.
Kienu qegħdingħall-ikel.
Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu
f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu
kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand
Alla. Qam minn fuq
il-mejda, neħħa
l-mantar minn fuqu, ħa fardal
u rabtu ma’ qaddu. Imbagħad
ferra’ l-ilma fil-lenbija, u beda
jaħsel saqajn id-dixxipli
u jixxuttahomlhom bil-fardal
li kellu ma’ qaddu.
Mela wasal fuq Xmun Pietru,
u dan qallu: “Int, Mulej, taħsilli saqajja?”. Ġesù
wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu
aktar ’il
quddiem”. Qallu Pietru: “Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!” Wieġbu
Ġesù: “Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x’taqsam
miegħi”. Qallu Xmun Pietru: “Mulej,
mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll”.
Qallu Ġesù: “Min hu maħsul, ma għandux
għalfejn jinħasel
kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma
mhux ilkoll”. Għax hu kien
jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal: “M’intomx ilkoll indaf”.
Wara li ħaslilhom
saqajhom, libes il-mantar u raġa’ qagħad fuq il-mejda; u qalilhom:
“Tafu x’għamiltilkom? Intom issejħuli l-Imgħallem
u l-Mulej, u tgħidu sewwa, għax hekk jien. Mela
jekk jien, li jien il-Mulej u
l-Imgħallem ħsiltilkom
saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. 15Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien
magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu