


 |

Joseph Ratzinger twieled f’Marktl am Inn nhar Sibt il-Għid,
fis- 16 ta’ April 1927 u kien mgħammed dak in-nhar stess. Missieru
li kien pulizija, kien ġej minn familja ta’ bdiewa mill-Bavarja.
Ommu kienet minn Rimsting u qabel iżżewġet kienet taħdem bħala
koka. Iċ-ċkejken Joseph għadda tfulitu u l-adoloxxenza
tiegħu fi Traunstein, villaġġ żgħir maġenb il-fruntiera ma’
l-Awstrija.
Żgħożitu xejn
ma kienet waħda faċli. Il-fidi u l-edukazzjoni li rċieva d-dar
ħejjewh għall-esperjenza ħarxa li kellu jgħaddi minnha matul is-snin
li pajjiżu kien maħkum mir-reġim Nażista. Kellu jara huwa
stess kif in-Nażi kienu sawtu lill-kappillan kif kien ħiereġ
iqaddes.
Kien propju
matul dan iż-żmien li skopra il-ġmiel u l-verità tal-fidi fi
Kristu. Il-pedament ta’ dan kollu kienet bla dubju
l-formazzjoni li ħa mill-membri l-oħra tal-familja tiegħu li kienu
xhieda ta’ tjubija u tama, li kellhom għeruqhom fir-rabta konvinta
tagħhom mal-Knisja. |


|

Bejn l-1946 u
l-1951 huwa studja il-filosofija u t-teoloġija u fid-19 ta’ Ġunju
1951 huwa kien ordnat saċerdot. Sena war beda jgħallem u
fl-1953 huwa irċieva dottorat fit-teoloġija bit-teżi tiegħu dwar
“It-Teoloġija ta’ l-Istorja f’San Bonaventura.”
Bejn 1959 u
1969 huwa għallem f’Bonn, f’ Münster u f’ Tübingen. Kien
preżenti għall-Konċilju Vatikan II fejn ta kontribut importanti
bħala espert tal-Kardinal Joseph Frings, Arċisqof ta’ Cologne.
Fl-1972,
flimkiena ma’ teoloġi kbar oħra, fosthom Hans Urs von Balthasar u
Henri de Lubac, huwa beda ir-rivista teoloġika influwenti ħafna,
“Communio”
Fost il-pubblikazzjonijiet il-kitbiet tiegħu
publikati dak iż-żmien insibu “Introduzzjoni ghal
Kristjanezimu”, ġabra ta lezzjonijiet fuq il-fidi apostolika,
ippubblikat fl-1968 u “Domma u Rivelazzjoni”, antoloġija ta’ kitbiet, priedki u riflessjonijiet
ippubblikat fl-1973. |



|

F'Marzu 1977,
il-Papa Pawlu VI ħatru
Arċisqof
ta' Munich u Freising u kien ikkonsagrat fit-28 ta Mejju ta'
l-istess sena. Fid-Djoċesi
tal-Bavarja kien ilu ma jkun ikkonsagrat qassis djoċesan
bħala rgħaj pastorali għal madwar 80 sena. Imbagħad xahar wara, fis-27 ta'
Ġunju,
il-Papa Pawlu VI għamlu
Kardinal.
Fil-25 ta
Novembru 1981 huwa kien nominat mill-Papa
Ġwanni
Pawlu II bħala Prefett
tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, President tal-Kummissjoni
Biblika Pontifiċja u
President tal-Kummissjoni Internazzjonali Teoloġika. Relatur
tal-5 Assembleja
Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet fil-1980
u President Delegat tas-6 Assembleja Sinodali fl-1983.
|


 |

Fis-6 ta Novembru 1998 huwa kien elett
Viċi-Dekan tal-Kulleġġ tal-Kardinali u
fit-30 ta Novembru 2002, approva l-elezzjoni tiegħu, bħala Dekan tal-Kulleġġ
tal-Kardinali.
Wara sitt snin xoghol bhala President
tal-Kummissjoni ghall-Preparazzjoni tal-Katekizmu tal-Knisja
Kattolika, (1986-1992) huwa pprezenta l-Katekizmu l-Gdid lill-Papa
Gwanni Pawlu II.
Fl-1999 huwa rraprezenta lill-Papa
fic-celebrazzjonijiet li sar fit-12 l-anniversarju mit-twaqqif
tad-djocesi ta'Paderborn fil-Germanja.
Kien moghti diversi dottorati Honoris
Causa minn diversi universitajiet madwar id-dinja. Kien ukoll mahtur
membru onorarju fl-Akkademja tax-Xjenza Pontificja sa mit-13 ta
Novembru 2000.
Kien ukoll wieħed mill-eqreb
kollaboraturi tal-Papa Ġwanni Pawlu II u kien ikollu laqgħat
frekwenti u regolari miegħu dwar diversi ħwejjeġ li jirrigwardaw
il-Knisja Universali.
|


 |

Wara kważi
siegħa, ħareġ quddiem il-folla, li mliet kull rokna tal-pjazza,
il-Kardinal Cilen Jorge Arturo medina Estives li qal il-kliem tant
mistenni "Annuntio vobis gaudium magnum. Habemus Papam:
Eminentissimum ac Reverendissimum Dominum, Dominum Josephum; Sanctae
Romanae Ecclesiae Cardinalem Ratzinger qui sibi nomen imposuit
Benedictum XVI."
B'hekk tħabbar
lid-dinja li l-Kardinal Ratzinger kien elett bħala l-265 Papa u li
kien għażel l-isem ta Benedittu XVI. Il-Knisja Kattolka kien
ilu ma jkollha Papa Ġermaniż għal madwar 950 sena.
Il-Papa ħareġ
u sellem lill-folla mimlija entużjażmuu qabel ta il-barka Urbi et
Orbi, għamel dan id-diskors qasir.
Għeżież ħuti.
Wara l-Papa l-Kbir, Ġwanni Pawlu II, il-Kardinali eleġġew lili,
sempliċi ħaddiem umli fl-għalqa tad-dwieli ta Alla.
Jikkunslani l-fatt li l-Mulej jaf jaħdem u jaġixxi, anke b'għodda
insuffiċenti. Nafda lili nnifsi lit-talb tagħkom. Fil-ferħ ta Kristu
Rxoxt, fiduċjużi mill-għajnuna dejjiema tiegħu, nimxu 'l quddiem,
biċ-ċertezza li Alla jgħinna. U Marija, l-omm maħbuba tiegħu,
tieqaf magħna. Grazzi.
Ara wkoll ktieb bi stampi u
tagħrif dwar il-Papa Benedittu XVI fi tmiem il-Pontifikat tiegħu ...
> | |