|
L-Ispirtu Ħallieq.
Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art u kienet l-art taħwid u
baħħ; u d-dlam kien fuq wiċċ l-abbissi u fuq wiċċ l-ibħra
kien jittajjar l-Ispirtu ta' Alla.
U qal Alla: “Ħa jkun id-dawl.” U d-dawl sar. U ra
Alla d-dawl li kien tajjeb. U Alla fired id-dawl mid-dlam.
U d-dawl Alla semmieh jum, u d-dlam sejjaħlu lejl. U
dalam u sebaħ - L-ewwel jum. ...
U ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u, ara, kollox kien
tajjeb ħafna. U dalam u sebaħ - Is-sitt jum.
U hekk intemmu s-sema u l-art bit-tagħmir kollu tagħhom.
|