|
"Jiena
nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur."
Ġw:
15:14-17, 23-27.
|
|
|
Q
Qari |
Id-Difensur.
Ġesu qal lid-dixxipli:
"Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi. U jiena nitlob
lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa'
magħkom għal dejjem, l-Ispirtu tal-verità, li d-dinja ma
tistax tirċevih, għax hija la tarah u lanqas tagħrfu. Iżda
intom tagħrfuh, għaliex jgħammar magħkom, u huwa fikom ….
"Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u
aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx
kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu m'hijiex tiegħi, imma
tal-Missier li bagħatni.
"Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma d-Difensur,
l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f'ismi, jgħallimkom
kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
"Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand
il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa
jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu
miegħi sa mill-bidu."
|