Sejħa - Uffiċċju - Tifħir - Nofs il-Jum - Għasar - Kompieta
IL-ĦAMIS
TAL-I
ĠIMGĦA
MATUL IS-SENA
Salmodija
tal-Ħamis ta’ l-1 ġimgħa
V/. Mulej, iftaħli xufftejja.
R/. U fommi jxandar
it-tifħir tiegħek.
Salm
94 (95)
Ant. Il-Mulej hu Alla
tagħna: ejjew nadurawh.
Ejjew, ħa nfaħħru
bl-hena l-Mulej,
ħa ngħajjtu
bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b'għana ta' radd il-ħajr,
ngħannulu b'għajat ta' ferħ.
Ant. Il-Mulej hu Alla
tagħna: ejjew nadurawh.
Għax
Alla kbir hu l-Mulej,
sultan kbir fuq l-allat
kollha.
F'idejh huma qigħan l-art,
tiegħu huma
qċaċet l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar,
għax hu għamlu;
tiegħu l-art, għax b'idejh saret.
Ant. Il-Mulej hu Alla
tagħna: ejjew nadurawh.
Ejjew inqimuh u ninxteħtu
quddiemu,
għarkubbtejna
quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
u aħna l-poplu
tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu.
Ant. Il-Mulej hu Alla
tagħna: ejjew nadurawh.
M'hux li kontu llum tisimgħu
leħnu!
"La twebbsux qalbkom
bħal f'Meriba,
bħal dakinhar f'Massa, fid-deżert,
meta ġarrbuni u
ttantawni missirijietkom,
għalkemm raw dak li jien
għamilt.
Ant. Il-Mulej hu Alla
tagħna: ejjew nadurawh.
Għal erbgħin sena domt
nistmellu dan in-nisel;
u jien għedt: 'Qalbu
mħassra dan il-poplu,
u triqati ma
jagħrfux.'
Għalhekk ħlift
fl-għadab tiegħi:
Ma jidħlux
fil-mistrieħ tiegħi!"
Ant. Il-Mulej hu Alla
tagħna: ejjew nadurawh.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u
dejjem,
U
jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Ant. Il-Mulej hu Alla
tagħna: ejjew nadurawh.
V/. O Alla, ejja eħlisni.
R/. Mulej, fittex għinni.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u
dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’
dejjem. Ammen. Hallelujah.
INNU
I. Billejl jew kmieni ma’
sbiħ il-jum
L-ilwien sbieħ insatru kollha
taħt ġwenħajn il-lejl sewdieni;
hekk fid-dlam tad-dnub inbela’
ħtija tagħna l-ġmiel ta’ ruħna.
Kristu mħallef ġust ta’ qlubna,
eqred minna l-ħażen kollu,
imla r-ruħ mifdija minnek
b’dawl is-sebħ tal-grazzja tiegħek.
Kun ix-xemx li tagħti l-ħajja
tas-smewwiet lil art twelidna;
biegħed minnha l-għawġ u l-ħsara
biex tisseddaq fit-triq tiegħek.
Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,
Sultan twajjeb, jintradd lilek,
lill-Missier, u lill-Ispirtu
Difensur u Faraġ tagħna.
Ammen.
II. Matul il-jum
Agħti widen għat-talb tagħna,
Kristu, Sid ta’ tjieba w ħniena:
tħalli qatt is-sħab tal-ħażen
ta’ din l-art jgħattilna l-fidi.
Jaħrab fis kull ħsieb mhux xieraq
minn ġo moħħna, u ‘l ħadd ma nonqsu;
għaqda w sliem isaltnu fostna
jekk bil-ġid inħallsu d-deni.
Tkun nadifa w safja qalbna
mit-tkabbir, mill-qerq u l-korla;
b’ħeġġa mqaddsa negħlbu x-xeħħa,
li hi l-għerq tal-ħażen kollu.
Tkun bla wċuħ l-imħabba tagħna
lejn xulxin, għax ilkoll aħwa;
ngħixu dejjem f’rabta sħiħa,
bil-fiduċja u fehma safja.
Ġieħ u sebħ għal dejjem, Kristu,
Sultan twajjeb, jintradd lilek,
lill-Missier, u lill-Ispirtu
Difensur u Faraġ tagħna.
Ammen.
SALMODIJA
Ant. 1: Il-kelma
tal-Mulej hi tarka għal kull min jistkenn fih.
Salm
17 (18):31-51
IV
Dritta hi t-triq ta' Alla; *
safja hi l-kelma tal-Mulej.
Tarka huwa Alla *
għal kull min jistkenn fih.
Għax min hu Alla ħlief Jaħweh? *
Min hu blata ħlief Alla tagħna?
Hu Alla, li ħażżimni bil-qawwa; *
fetaħli triq dritta quddiemi.
Bħal taċ-ċriev jagħmilli
riġlejja, *
fuq l-għoljiet fis-sod iqegħedni.
Idejja jħarriġli għat-taqbida; *
ark tal-bronż jiġbdu dirgħajja.
Glorja.
Ant. 1: Il-kelma
tal-Mulej hi tarka għal kull min jistkenn fih.
Ant. 2: Il-leminija tiegħek,
Mulej, għenitni.
V
Int tajtni t-tarka tas-salvazzjoni tiegħek, *
lemintek għenitni, l-għajnuna
tiegħek kabbritni.
Int wessajtli t-triq quddiemi, *
u ma tfixklux riġlejja.
Neħodha għal wara l-għedewwa u nilħaqhom, *
ma nerġax lura qabel neqridhom.
Nagħtihom daqqa, ma jqumux iżjed minnha; *
jaqgħu mirbuħa taħt
riġlejja.
Int tħażżimni bil-qawwa għat-taqbida,
*
taħti titfa' 'l dawk li jqumu
għalija.
Iġġiegħel l-għedewwa jaħarbu
quddiemi; *
jien neqred 'il dawk li jobogħduni.
Jgħajjtu għall-għajnuna, u ħadd ma jgħinhom;
*
lill-Mulej isejjħu, u ma
jweġibhomx.
Bħat-trab itir mar-riħ nagħmilhom, *
bħat-tajn tat-triqat ngħaffeġ fuqhom.
Int teħlisni
fuq il-ġnus inti tqegħedni; *
u poplu, li ma nafux, jaqdini.
Malli jisimgħu bija, joqogħdu għalija; *
il-barranin jinxteħtu sa l-art quddiemi.
Il-barranin jaqgħu mifnija, *
joħorġu mwerwra mill-fortizza
tagħhom.
Glorja.
Ant. 2: Il-leminija tiegħek, Mulej, għenitni.
Ant.
3: Ikun
imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi!
VI
Ħaj il-Mulej! Mbierek hu, il-blata tiegħi! *
Ikun imfaħħar Alla
tas-salvazzjoni tiegħi!
Alla, li għenni biex tħallast
mill-għedewwa, *
li qegħedli l-ġnus taħt
riġlejja!
Int teħlisni mill-għedewwa tiegħi, †
tqegħedni fuq min jaħbat għalija, *
teħlisni min-nies tad-dnewwa.
Għalhekk infaħħrek fost il-ġnus, Mulej, *
u ngħanni t-tifħir ta' ismek.
Hu jkabbar ir-rebħ lis-sultan tiegħu, †
juri mħabbtu mal-midluk tiegħu; *
ma' David u nislu għal dejjem.
Glorja.
Ant. 3: Ikun
imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi!
V/. Mulej, iftaħli għajnejja.
R/. Biex nara l-għeġubijiet
tal-liġi tiegħek.
LEZZJONI 1
Qari mill-Ktieb
ta’ Bin Sirak Sir 42:15-43:13
It-tifħir ta’ Alla
fil-ħolqien
Irrid infakkar x’għamel il-Mulej,
irrid insemmi x’rajt jien.
Bil-kelma tal-Mulej saru l-opri tiegħu,
u l-ħolqien joqgħod għar-rieda
tiegħu.
Ix-xemx bid-dija tagħha tiddi fuq kollox,
u kull ma għamel il-Mulej
hu mimli bil-glorja tiegħu.
Il-Mulej anqas lill-qaddisin tiegħu
ma ta ħila li jitkellmu
fuq l-għeġubijiet tiegħu kollha,
li l-Mulej u s-Sid ta’ kollox qawwa u wettaq
biex il-ħolqien jibqa’ sħiħ fil-glorja
tiegħu.
Hu jifli l-qiegħ ta’ l-art u l-qalb,
jagħraf is-sigrieti kollha tagħhom.
Għax Alla l-Għoli jaf kull ma jista’ jkun
magħruf,
u jifhem is-sinjali taż-żminijiet.
U jxandar l-imgħoddi u li ġej
u jikxef il-ħwejjeġ mistura.
Ebda ħsieb ma jaħrablu,
ebda kelma ma hi moħbija għalih.
Hu qassam b’ordni sabiħ l-għeġubijiet ta’
għerfu,
għax hu minn dejjem u għal dejjem;
xejn ma jista’ jiżdiedlu jew jitnaqqaslu,
u ma jeħtieġ il-parir ta’ ħadd.
L-opri kollha tiegħu fihom għaxqa,
u dak li wieħed jara hu biss xrara waħda.
Ilkoll kemm huma jgħixu u jibqgħu għal
dejjem,
lesti għal kull ma jenħtieġ, u jisimgħu
minnu.
Kollha magħmula biż-żewġ, waħda
għal ma’ l-oħra,
u xejn ma għamel nieqes.
Kull ħaġa tixhed it-tajjeb ta’ l-oħra:
min jixba’ jħares lejn ġmielhom?
Is-sbuħija
tas-smewwiet hi l-firxa safja tagħhom;
id-dehra tas-sema hi wirja ta’ ġmiel.
Ix-xemx, hi u tielgħa,
ixxandar kemm hi ta’ l-għaġeb:
għemil ta’ Alla l-Għoli.
F’nofsinhar hi tikwi wiċċ l-art;
is-sħana tagħha min jiflah għaliha?
Min ikebbes il-forn jaħdem fi sħana qalila;
imma x-xemx taħraq tliet darbiet aktar
l-għoljiet.
Hi tarmi ilsna tan-nar;
bid-dija tagħha tgħammex l-għajnejn.
Kbir il-Mulej li għamilha;
għall-kelma tiegħu hi tiġri fil-mixja
tagħha.
Għamel
ukoll il-qamar biex jiddi f’waqtu,
sinjal dejjiemi biex juri ż-żminijiet.
Mill-qamar jidhru jiem il-festi;
dawlu jonqos wara li jaqdi dmiru.
Mill-qamar ix-xhur jieħdu isimhom;
ta’ l-għaġeb kif jitbiddel
fiż-żminijiet tiegħu.
Hu jmexxi l-eżerċti tal-kwiekeb fl-għoli,
hu jiddi fil-firxa tas-smewwiet.
Ġmiel
il-kwiekeb isebbaħ is-sema,
sebħhom jiddi fis-smewwiet tal-Mulej.
Bl-ordni ta’ Alla qaddis joqogħdu f’posthom;
ma jorqdu qatt f’ħin l-għassa tagħhom.
Ħares
lejn il-qawsalla, u faħħar ‘il min għamilha;
kemm hi sabiħa fit-tlellix tagħha!
Iddur mas-smewwiet bil-ħnejja
msebbħa tagħha, mifruxa ma’ tulhom b’idejn Alla l-Għoli.
RESPONSORJU Apok 4:11; ara Est 13:10-11
R/. Jistħoqqlok,
Mulej Alla tagħna, li tirċievi l-glorja u l-ġieħ u
s-setgħa, * Għax int ħlaqt il-ħlejjaq kollha, u huma kienu
u nħolqu bir-rieda tiegħek.
V/. Inti ħlaqt is-sema u l-art u dak kollu
li hu taħt is-sema, inti s-Sid ta’ kollox. * Għax int ħlaqt
il-ħlejjaq kollha u huma kienu u
nħolqu bir-rieda tiegħek.
LEZZJONI II
Qari mid-Diskors kontra
l-pagani ta’ l-isqof San Atanasju
Il-Verb tal-Missier iżejjen
kollox u jmexxi kollox, kollox hu fih
Il-Missier ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Missier l-aktar qaddis, li hu ‘l
fuq minn kull ħaġa maħluqa, imexxi u jġib ‘il quddiem
il-ħolqien kollu, skond ma jidhirlu li hu l-aħjar
għas-salvazzjoni tagħna, bl-Għerf u l-Kelma tiegħu,
Ġesù Kristu Sidna, is-Salvatur tagħna. Il-ħolqien hu kollu kemm
hu sewwa ħafna, kif ġie maħluq u kif narawh aħna, għax
Alla hekk ried li jkun; dan ħadd ma jista’ jiċħdu. Kieku kull ma
nħalaq sar addoċċ u d-dinja nħalqet b’kumbinazzjoni,
wieħed kien ikollu raġun biex ma jemminx dak li qegħdin ngħidu.
Iżda d-dinja nħalqet bl-għaqal u l-għerf u d-dehen, u
ġiet imżejjna bi ġmiel li ma bħalu; għalhekk
wieħed ikollu jgħid li d-dinja ma ħalaqha u ma żejjinha
ħadd ħlief il-Verb ta’ Alla.
Hu l-Verb ta’ Alla, jiġifieri l-istess Alla l-ħaj li għamel
kollox u li hu waħdu tajjeb; il-Verb ta’ Alla, li hu biss u waħdu u
tassew il-Verb tal-Missier, li m’hux l-istess ħaġa bħal kull
ħaġa maħluqa imma hu dak li jdawwal u jmexxi bil-provvidenza
tiegħu kull ma hu maħluq. Hu l-Verb kollu tjieba tal-Missier, li hu
waħdu tajjeb hu rranġa l-ħolqien kollu skond ordni xieraq,
laqqa’ ma’ xulxin il-ħwejjeġ kollha li ma kinux jaqblu bejniethom u
hekk għaqqad flimkien il-ħolqien kollu f’armonija li ma bħalha.
Hu l-Iben il-waħdieni ta’ Alla, kollu tjieba, imnissel mill-Missier qisu
minn għajn ta’ tjieba bla qjies; hu jżejjen kollox u jmexxi kollox, u
kollox hu fih.
Alla, li bil-Verb etern tiegħu ħalaq kollox u kull ħaġa
maħluqa taha n-natura proprja tagħha, ma riedx iħalli
l-ħlejjaq tiegħu jintemmu fix-xejn, minħabba t-taqlib u t-tibdil
tan-natura tagħhom stess. Fit-tjieba tiegħu ried imexxi u jżomm
kull ħaġa maħluqa bil-Verb tiegħu, li hu bħalu Alla,
biex il-ħlejjaq kollha jibqgħu sħaħ u ma jintemmux,
imħarsin kif inhuma mill-provvidenza mdawwla tal-Verb ta’ Alla.
Il-ħolqien kollu għalhekk għandu sehem mill-Verb ta’ Alla, li hu
tassew ġej mill-Missier: minnu l-ħolqien jikseb l-għajnuna biex
jibqa’sħiħ u ma jintemmx fix-xejn – ħaġa li kienet
tiġri kieku ma kienx hemm il-ħarsien tal-Verb li hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir
fost il-ħlejjaq kollha, għax bih u fih kollox iżomm, dak
kollu li jidher u dak li ma jidhirx, u hu r-Ras tal-Knisja: dan kollu
jgħallmuna l-qaddejja tal-verità fil-Kotba mqaddsa.
Mela l-Verb qaddis tal-Missier, il-Verb ta’ Alla li jista’ kollox, jinsab
fil-ħlejjaq kollha, juri fihom il-qawwa tiegħu, idawwal kull ma
jidher u kull ma jidhirx, u kollox iżomm u jiġbor fih; xejn ma hu
nieqes mill-qawwa tiegħu iżda hu jaħji u jżomm
sħiħa kull ħaġa għaliha u l-ħolqien kollu
flimkien.
RESPONSORJU
ara Prov 8:22-30
R/. Mill-bidu,
qabel ma nbdiet l-art, meta kien għad m’hemmx l-ibħra l-kbar, meta
kien għad m’hemmx għejun inixxu l-ilma, * Qabel ma tqiegħdu
l-muntanji, qabel l-għoljiet jien twelidt.
V/. Meta l-Mulej
ħejja s-smewwiet, hemm kont jien maġenbu. * Qabel ma tqiegħdu
l-muntanji, qabel l-għoljiet jien twelidt.
TALBA
Fil-ħniena tiegħek, Mulej,
agħti widen għat-talb umli tagħna: agħmel li naraw sewwa
x’għandna nagħmlu u li jseħħilna nkompluh sa
l-aħħar. B’Ibnek
Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’
l-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Inbierku
l-Mulej.
R/. Inroddu ħajr lil Alla.
V/. O Alla,
ejja eħlisni.
R/. Mulej,
fittex għinni.
Glorja.
Kif kien mill-bidu. Hallelujah.
INNU
Tielgħa x-xemx, f’nirien ta’ ħmura:
tistedinna lkoll biex nindmu,
u tfakkarna f’kemm mistħija,
naqgħu, jekk fid-dawl nidinbu.
Ejja nwarrbu minna l-għama
li żmien twil ilu jfixkilna,
u ħariġna bosta drabi
mit-triq t’Alla ‘l bogħod mis-sewwa.
Jalla d-dawl fis-sliem iżommna,
biex inħarsu fommna w qalbna
ħielsa minn kull qerq u ħjiena,
minn kull tebgħa w dell ta’ ħtija.
Hekk il-jum ngħadduh fit-tajjeb,
ma jkun qatt fid-dlam ilsienna
jew idejna jew għajnejna,
imma l-ġisem kollu jiddi.
Il-Mulej, mill-għoli tiegħu,
ta’ kuljum iħares lejna;
u, minn tlugħ ix-xemx sa nżulha,
hu jqis kollox, kull ma nagħmlu.
Glorja lill-Missier, lill-Iben,
lill-Ispirtu s-Santu. Alla:
bħalma msebbaħ kien mill-bidu,
hekk jissebbaħ issa w dejjem.
Ammen.
SALMODIJA
Ant. 1: Qum, arpa u ċetra! Ħa nqajjem
sbiħ il-jum!
Salm 56 (57)
Ħenn għalija, o Alla, ħenn għalija, *
għax fik jiena nsib il-kenn tiegħi;
għad-dell ta' ġwenħajk nistkenn, *
sakemm jgħaddi l-hemm
Insejjaħ lil Alla l-Għoli, *
lil Alla, li jieħu ħsiebi.
Jibgħat mis-sema u jsalvani; †
jitfa' l-għajb fuq min
jgħaffiġni; *
jibgħat Alla t-tjieba u l-fedeltà
tiegħu.
Ninsab mimdud qalb l-iljuni, *
li jaħtfu lill-bnedmin;
snienhom lanez u vleġeġ, *
u lsienhom sejf misnun.
Ogħla 'l fuq mis-smewwiet, o Alla! *
Uri l-glorja tiegħek fuq l-art kollha!
Xibka ħejjewli fil-mogħdija; *
għal ftit ma waqajtx fiha.
Ħofra ħaffruli quddiemi, *
iżda huma waqgħu fiha.
Sħiħa qalbi, o Alla, sħiħa qalbi; *
ħa ngħanni u ninseġ
għanja:
"Qum, ruħ tiegħi, qum, arpa u ċetra! *
Ħa nqajjem sbiħ il-jum!"
Infaħħrek, Sidi, fost il-popli, *
ngħannilek fost il-ġnus;
għax m'ogħla s-smewwiet it-tjieba tiegħek,
*
sas-sħab il-fedeltà tiegħek.
Ogħla 'l fuq mis-smewwiet, o Alla! *
Uri l-glorja tiegħek fuq l-art
kollha!
Glorja.
Ant. 1: Qum,
arpa u ċetra! Ħa nqajjem sbiħ il-jum!
Ant. 2: Il-Mulej jgħid: Il-poplu tiegħi
bil-ġid inxebbgħu.
Kantiku Ġer 31:10-14
Isimgħu, ġnus, kelmet il-Mulej, *
xandruha 'l bogħod fil-gżejjer:
għidu: 'Dak li xerred lil Iżrael jiġbru, *
u jħarsu kif ragħaj iħares
il-merħla tiegħu.”
Għax il-Mulej feda lil Ġakobb, *
ħelsu
Għad jiġu u jgħannu fuq l-għolja ta' Sijon, *
u wiċċhom jiddi minħabba t-tjieba tal-Mulej;
minħabba l-qamħ, u l-inbid ġdid u ż-żejt,
*
u l-imrieħel tan-nagħaġ u l-baqar;
u huma jsiru bħal ġnien imsoqqi tajjeb, *
ma jkunux iżjed mifnija.
"Mbagħad jiżfnu x-xbejbiet bil-ferħ, *
jifirħu ż-żgħażagħ u x-xjuħ;
u jiena nbiddel il-vistu tagħhom f'hena, *
infarraġhom u nferraħhom wara l-hemm tagħhom.
Il-qassisin nimliehom bl-abbundanza, *
u l-poplu tiegħi bil-ġid
inxebbgħu".
Glorja.
Ant. 2: Il-Mulej jgħid: Il-poplu tiegħi
bil-ġid inxebbgħu.
Ant. 3: Il-Mulej hu kbir, u jistħoqqlu
t-tifħir f’Sijon.
Salm 47 (48)
Kbir il-Mulej, ta' min ifaħħru ħafna *
fil-belt ta' Alla tagħna.
L-għolja qaddisa tiegħu, għolja
mill-isbaħ, *
l-għaxqa ta' l-art kollha.
L-għolja ta' Sijon fil-qalba tat-tramuntana; *
hi l-belt tas-sultan il-kbir.
Alla fil-fortizzi tagħha *
wera ruħu bħal sur qawwi.
Ara, is-slaten ingħaqdu, *
mxew ilkoll flimkien;
kif rawha, baqgħu mistagħġba, *
tfixklu u ħarbu.
Hemm qabdithom rogħda kbira, *
u wġigħ bħal dak tal-ħlas.
Bir-riħ tal-lvant int tfarrak *
l-iġfna ta' Tarsis.
Kif smajna, hekk rajna f'belt il-Mulej ta' l-eżerċti, †
fil-belt ta' Alla tagħna. *
Alla jżommha sħiħa għal
dejjem!
Naħsbu, o Alla, fuq it-tjieba tiegħek *
f'nofs it-tempju tiegħek.
Bħal ismek, o Alla, hekk tifħirek, †
sa truf l-art jasal. *
Il-leminija tiegħek bis-sewwa mimlija.
Tithenna l-għolja ta' Sijon, †
jifirħu l-bliet ta' Ġuda, *
minħabba l-ġudizzji tiegħek.
Duru ma' Sijon, duru dawra magħha, *
araw kemmil torri għandha.
Ħarsu sewwa lejn is-swar tagħha, †
duru bir-reqqa l-fortizzi tagħha, *
biex ixxandru lin-nisel ta' wrajkom:
Dan hu Alla! †
Alla tagħna għal dejjem ta' dejjem;
*
hu jmexxina għal dejjem!
Glorja.
Ant. 3: Il-Mulej hu kbir, u jistħoqqlu
t-tifħir f’Sijon.
LEZZJONI QASIRA Iż 66:1-2
Dan jgħid il-Mulej: Is-smewwiet it-tron
tiegħi, fuq l-art inserraħ riġlejja. X’inhi d-dar li
tistgħu tibnuli? Jew fejn jista’ jkun il-post tal-mistrieħ
tiegħi? Dawn kollha idejja għamluhom, u huma kollha tiegħi:
kelma tal-Mulej. Fuq min nixħet għajnejja? Fuq il-fqir u l-bniedem
ta’ qalbu miksura, u fuq min jibża’ mill-kelma tiegħi.
RESPONSORJU QASIR
R/. B’qalbi
kollha ngħajjatlek: * Weġibni, Mulej. B’qalbi.
V/. Irrid
inħares il-kmandamenti tiegħek. * Weġibni, Mulej. Glorja.
B’qalbi.
Ant. tal-kantiku ta’
Żakkarija:
Naqdu lill-Mulej bil-qdusija, u
jeħlisna mill-għedewwa tagħna.
Imbierek il-Mulej,
Alla ta’ Iżrael, *
għaliex
ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina
qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David,
qaddej tiegħu,
bħalma kien
wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm
il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana
mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn
dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri
ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar
fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li
ħalef lil Abraham missierna, *
li
jagħtina
li, meħlusin
minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla
biża’
tul ħajjitna
kollha, *
bil-ġustizzja
u l-qdusija quddiemu.
U inti, tfajjel,
tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax
tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf
lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra
ta’ dnubiethom,
ħierġa
mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li
jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil
dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *
ħa jmexxi l-passi tagħna
fit-triq tas-sliem.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, *
u lill-Ispirtu s-Santu,
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *
u jibqa’ għal dejjem ta’
dejjem. Ammen.
Naqdu lill-Mulej bil-qdusija, u jeħlisna
mill-għedewwa tagħna.
PREĊI
Inroddu
ħajr lil Sidna Ġesù Kristu, li ħalliena naraw id-dawl ta’ din
il-ġurnata, u minn qalbna ngħidulu:
Mulej,
berikna u qaddisna.
Int offrejt lilek
innifsek vittma għal dnubietna:
- noffrulek
lilna nfusna, b’dak kollu li ħsiebna nagħmlu llum.
Int qiegħed
thenni lil għajnejna bid-dawl ta’ jum ġdid:
- kun
il-kewkba ta’ filgħodu li ddawwal lil qalbna.
Int ħanin u
kollok mogħdrija magħna:
- agħtina
grazzja li llum aħna wkoll inġibu ruħna hekk mal-proxxmu.
Fakkarna
mas-sebħ fi tjubitek, Mulej:
- ikun
il-ferħ tiegħek il-qawwa tagħna tul il-jum.
Missierna
Talba
O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, miċ-ċokon
tagħna noffru talb umli lill-kobor tiegħek, fil-għodu,
f’nofsinhar u fil-għaxija; keċċi d-dlamijiet tad-dnub minn
qalbna, u imlihielna bid-dawl veru, li hu Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li
miegħek jgħix u jsaltan, flimkien ma’ l-Ispirtu
s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Għeluq
Il-Mulej iberikna,
iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Ammen.
V/. O Alla,
ejja eħlisni.
R/. Mulej,
fittex għinni.
Glorja.
Kif kien mill-bidu. Hallelujah.
Fid-Disgħa
ta’ filgħodu
INNU
Spirtu s-Santu, li int Alla
wieħed
mal-Missier u l-Iben,
ejja xxerred
ġewwa fina,
ħalli bik
ilkoll timliena.
Bi kliem
fommna, b’qalbna w ruħna,
nerfgħu
lejk it-tifħir tagħna;
int kebbisna
b’nar imħabbtek,
u nxerduh
fl-oħrajn madwarna.
Kun id-dawl
li jtina l-għarfa
tal-Missier u
l-Iben tiegħu:
żomm
qawwija l-fidi tagħna
fik,
l-Ispirtu li ġej minnhom. Ammen.
F’Nofsinhar
INNU
Mexxej qawwi,
Alla veru,
Inti kollox
tqassam sewwa:
jisbaħ
jum, tagħnih bid-dija;
f’nofsu
żżejnu b’dawl iħaġġeġ.
Iżda
itfi l-għadab fina,
taffi
s-sħana ta’ kull deni,
agħti
s-saħħa ‘l min hu dgħajjef,
ġib
is-sliem tassew fi qlubna.
Isma’ talbna,
Missier twajjeb,
w int,
Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem
hi saltnatkom
ma’ l-Ispirtu
Faraġ tagħna. Ammen.
Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar
INNU
Alla, int, li
fik innifsek
m’hemmx
tibdil lill-ħlejjaq trieġi:
lil kull
siegħa tal-ġurnata
tqis id-dawl
li jkun imissha.
Ibagħtilna
lejla tajba,
fejn
il-ħajja qatt ma tonqos,
imma tersaq
lejn il-glorja,
li tkun
ħlas ta’ mewt qaddisa.
Isma’ talbna,
Missier twajjeb,
w int,
Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem
hi saltnatkom
ma’ l-Ispirtu
Faraġ tagħna. Ammen.
Ant.1. Iftaħli għajnejja, biex nara
l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek.
Salm 118 (119): 17-24
III (Gimel)
Kun twajjeb mal-qaddej tiegħek, *
agħtini li ngħix u nħares
il-kelma tiegħek.
Iftaħli għajnejja, *
biex nara l-għeġubijiet
tal-liġi tiegħek.
Barrani jien fuq l-art; *
taħbix minni l-kmandamenti tiegħek.
Tinfena qalbi l-ħin kollu *
bix-xewqa tad-digrieti tiegħek.
Il-kburin inti ċċanfarhom; *
misħut min jitbiegħed mill-kmandamenti tiegħek.
Neħħi
għax jiena nħares il-preċetti
tiegħek.
Mqar jekk il-kbarat joqogħdu jqassu fuqi, *
fuq il-kmandamenti tiegħek jibqa'
jaħseb
il-qaddej tiegħek.
Il-preċetti tiegħek huma l-għaxqa
tiegħi, *
huma jagħtuni l-parir tajjeb.
Glorja.
Ant.1. Iftaħli
għajnejja, biex nara l-għeġubijiet tal-liġi tiegħek.
Ant.2. Mexxini
fis-sewwa tiegħek, Mulej.
Salm 24 (25)
I
Lejk jien nerfa' ruħi, *
Mulej, Alla tiegħi.
Fik jien nittama, ma jkollix għax nitħawwad; *
ma jifirħux l-għedewwa tiegħi
minħabba fija.
Kull min jittama fik ma jkollux għax jitħawwad;
*
jitħawwad min malajr jonqsok mill-kelma.
Triqatek, Mulej, għarrafni, *
il-mogħdijiet tiegħek għallimni.
Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni, †
għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.
*
Għalik nixxennaq il-jum kollu.
Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, *
għax huma
Tiftakarx fil-ħtijiet u d-dnubiet ta'
żgħożiti: †
inti tajjeb, Mulej; *
ftakar fija skond it-tjieba tiegħek.
Tajjeb u sewwa l-Mulej; *
għalhekk juri triqtu lill-ħatja.
Imexxi l-imsejkna fis-sewwa, *
jgħallem lill-fqajrin it-triq tiegħu.
Il-mogħdijiet tal-Mulej kollhom tjieba u fedeltà *
għal min iħares il-patt u l-liġijiet tiegħu.
Minħabba l-isem tiegħek, Mulej, *
aħfirli ħżuniti, kbira kemm hi kbira.
Glorja.
Ant.2. Mexxini
fis-sewwa tiegħek, Mulej.
Ant.3. Dur lejja u
eħlisni, Mulej, għax jiena fqajjar u waħdi.
II
Min hu dak li għandu l-biża' tal-Mulej? *
Lilu hu juri t-triq li għandu
jagħżel.
Fil-ġid hu jgħammar, *
uliedu jiksbu l-art.
Midħla l-Mulej ta' dawk li jibżgħu minnu, *
lilhom jgħarraf il-patt tiegħu.
Għajnejja dejjem fil-Mulej, *
għax hu mix-xbiek jaqlagħli
riġlejja.
Dur lejja u kun twajjeb miegħi, *
għax jiena fqajjar u waħdi.
Serraħli qalbi mid-dwejjaq, *
minn-niket tiegħi eħlisni.
Ara n-niket u d-dwejjaq tiegħi, *
u aħfirli ħtijieti kollha.
Ara kemm kotru l-għedewwa tiegħi, *
x'mibegħda qawwija għandhom għalija.
Ħarisli ħajti u eħlisni; *
la nistkenn fik, m'għandix għax ninfixel.
Is-sewwa u d-dritt iħarsuni, *
għax jien fik ittamajt.
Eħles, o Alla, lil Iżrael, *
mid-dwejjaq tiegħu kollha!
Glorja.
Ant.3. Dur lejja u eħlisni, Mulej, għax
jiena fqajjar u waħdi.
Fid-Disgħa
ta’ filgħodu
LEZZJONI QASIRA
Għam 4:13
Araw, dak li jsawwar il-muntanji u
jaħlaq ir-riħ, dak li juri l-pjan tiegħu lill-bniedem, li
jagħmel iż-żerniq u d-dlam, u jterraq fuq l-għoljiet ta’
l-art, il-Mulej, Alla ta’ l-eżerċti, hu ismu!
V/. Bierku,
għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej.
R/. Faħħruh
u għolluh għal dejjem.
Talba
O Alla, f’din is-siegħa tal-ġurnata inti
bgħatt l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli huma u jitolbu;
fiċ-ċokon tagħna nitolbuk biex, fit-tjieba tiegħek,
tagħti lilna wkoll sehem minn din il-grazzja. Bi Kristu
Sidna. Ammen.
F’Nofsinhar
LEZZJONI QASIRA Għam 5:8
Dak li jsawwar it-trajja u l-imħalel
tal-kwiekeb, li jibdel id-dlam fi sbiħ il-jum, u l-jum f’lejl mudlam, li
l-ilmijiet isejjħilhom baħar u jxerridhom ma’ wiċċ l-art,
il-Mulej hu ismu!
V/. Ġmiel u
sebħ huma quddiemu.
R/. Qawwa u
sbuħija fis-santwarju tiegħu.
Talba
O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, li għalik ma
hemm xejn mudlam jew fid-dell, ixħet fuqna d-dija tad-dawl tiegħek biex
nitgħallmu sewwa l-liġi u l-kmandamenti tiegħek, u nibqgħu
dejjem miexja fi triqtek b’qalb kbira u fidila. Bi Kristu
Sidna. Ammen.
Fit-Tlieta ta’ wara nofsinhar
LEZZJONI QASIRA
Għam 9:6
Dak li jibni fis-smewwiet l-għamajjar
għolja tiegħu, li qiegħed fuq l-art is-sisien tad-dawra kollha
tas-sema, li l-ilmijiet isejjħilhom baħar u jxerridhom ma’
wiċċ l-art, il-Mulej hu ismu!
V/. Is-smewwiet ixandru l-glorja ta’ Alla.
R/. Għemil idejh tħabbar
il-firxa tas-sema.
Talba
Agħmel, Mulej, li aħna nimtlew b’dak is-sabar
li Ibnek il-waħdieni wriena f’ħajtu, biex meta jżurna
t-tiġrib, u l-għawġ nibqgħu sħaħ sa
l-aħħar. Bi Kristu Sidna. Ammen.
Inbierku l-Mulej
R/. Inroddu ħajr lil Alla.
V/. O Alla,
ejja eħlisni.
R/. Mulej,
fittex għinni.
Glorja.
Kif kien mill-bidu. Hallelujah.
INNU
Alla
l-qawwi, kif il-ħlejjaq
tnisslu
b’kelmtek fi ħdan l-ilma,
int qassamthom,
xi wħud fl-ajru,
iżd’oħrajn
fl-imwieġ ħallejthom.
Tajt lil dawn
ix-xmajjar, l-ibħra;
mas-smewwiet lil
dawk xerridthom;
biex sew fuq sew
taħt jiżegħdu,
għalkemm
jafu bidu wieħed.
Nitolbuk, Mulej,
biex aħna,
li
bil-mewġ tad-demm tnaddafna,
ma naqgħux
fit-tajn tal-ħtija,
ma nerfgħux
tal-mewt it-toqol.
Tħalliniex
bid-dnub nitgħaffġu
jew
nintrefgħu bina nfusna,
biex la nsiru
frak quddiemek
lanqas
nieħdu xi tisbita.
Isma’
talbna, Missier twajjeb,
w int,
Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’
dejjem hi saltnatkom
ma’
l-Ispirtu Faraġ tagħna. Ammen.
SALMODIJA
Ant. 1: Jien sejjaħtlek, u int fejjaqtni,
Mulej; infaħħrek għal dejjem.
Salm 29 (30)
Ngħollik, Mulej, għax erfajtni, *
u ma ferraħtx l-għedewwa
tiegħi bija.
Mulej, Alla tiegħi, jien sejjaħtlek; *
sejjaħtlek, u int fejjaqtni.
Mulej, tellajtli mill-mewt 'il ruħi, *
ħlistni minn fost dawk li jinżlu
fil-ħofra.
Għannu lill-Mulej, ħbieb tiegħu, *
faħħru l-isem imqaddes tiegħu.
Għax ftit iddum is-saħna tiegħu, *
iżda għomor sħiħ l-imħabba tiegħu.
Fil-għaxija jidħol il-biki, *
fil-għodu jidwi l-għajat ta'
ferħ.
Mela jien għedt fl-aħjar tiegħi: *
"Żgur li qatt ma
niċċaqlaq! "
Mulej, bil-pjaċir tiegħek *
fuq muntanja qawwija qegħedtni;
mbagħad ħbejt wiċċek minni, *
u jien tħawwadt għalkollox.
Lilek sejjaħt, Mulej; *
lil Sidi tlabt il-ħniena.
X'tieħu int jekk inkun mejjet, *
jekk jiena ninżel fil-qabar?
Se jfaħħrek forsi t-trab? *
Se jxandar il-fedeltà tiegħek?
Ismagħni, Mulej, u ħenn għalija; *
kun, Mulej, l-għajnuna tiegħi.
Int bdilt fi żfin l-għali tiegħi, *
neżżajtni min-niket, bil-ferħ
ħażżimtni.
Għalhekk ruħi tgħannilek bla heda; *
Mulej, Alla tiegħi, nfaħħrek
għal dejjem!
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, *
u
lill-Ispirtu s-Santu.
Kif
kien mill-bidu, issa u dejjem, *
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Ant. 1: Jien sejjaħtlek, u int fejjaqtni, Mulej;
infaħħrek għal dejjem.
Ant. 2: Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma
jgħoddlu l-Mulej.
Salm 31 (32)
Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura, *
li għandu d-dnub tiegħu mistur!
Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu
l-Mulej, *
u ma għandu ebda qerq f'qalbu!
Jien bqajt sieket, u nfena ġismi, *
jiena u nokrob il-jum kollu.
Għax lejl u nhar it-toqol ta' idek fuqi; *
saħħti nfniet bħal bis-sħana tas-sajf.
Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek, *
u l-ħażen tiegħi ma ħbejtulekx.
Jien għedt: "Quddiem il-Mulej nistqarr
ħtijieti." *
U int ħfirtli l-ħażen ta’ dnubi.
Għalhekk kull min hu twajjeb
lilek jitlob fi żmien in-niket. *
Jekk ifuru ilmijiet
kotrana,
lilu qatt ma
jilħquh.
Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni, *
iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek.
Ngħallmek u nurik it-triq li għandek tieħu; *
inwissik, u nżomm għajnejja fuqek.
Tkunux bla sens bħaż-żiemel u l-bagħal, †
li bil-lġiem u r-riedni
trażżanhom, *
biex jirnexxilek tiġbidhom lejk.
Ħafna huma t-tbatijiet tal-ħżiena; *
iżda min jittama fil-Mulej
jitħaddan bil-ħniena.
Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej; *
għajjtu bil-ferħ, intom ilkoll ta' qalbkom safja.
Glorja.
Ant. 2: Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma
jgħoddlu l-Mulej.
Ant. 3: Il-Mulej Alla tah is-setgħa, l-ġieħ
u s-saltna, u l-ġnus kollha jaqduh.
Kantiku Apok 11:17-18 ; 12:10b-12a
Niżżuk ħajr,
Mulej, Alla li tista' kollox, †
li int u
li kont, *
talli
ħadt il-qawwa l-kbira tiegħek u bdejt issaltan.
Il-ġnus imtlew bil-korla, †
Imma
ġiet il-korla tiegħek *
u wasal
iż-żmien li jsir ħaqq mill-mejtin
u jingħata l-ħlas mistħoqq, *
lill-qaddejja
tiegħek il-profeti,
lill-qaddisin u 'l dawk li jibżgħu minn
ismek, *
kemm
iż-żgħar u kemm il-kbar.
Issa ġiet
is-salvazzjoni u l-qawwa,
u s-Saltna
ta' Alla tagħna, *
u
s-setgħa tal-Messija tiegħu,
għax twaddab 'il barra dak li jixli 'l
ħutna, *
li lejl u
nhar jixlihom quddiem Alla tagħna.
U huma ħarġu rebbieħa fuqu
bis-saħħa
ta’ demm il-Ħaruf *
u
bis-saħħa tax-xhieda li taw,
u xejn ma għożżew
ħajjithom, *
hekk li
ħadu saħansitra l-mewt.
Għalhekk ifirħu, smewwiet, *
u intom li
tgħammru fihom.
Glorja.
Ant. 3: Il-Mulej Alla tah is-setgħa,
l-ġieħ u s-saltna, u l-ġnus kollha jaqduh.
LEZZJONI
QASIRA 1 Piet 1:6-9
Ifirħu, ukoll jekk issa, għal ftit żmien ieħor,
jeħtieġ tgħaddu minn-niket ta’ ħafna provi. Hekk
is-sinċerità tal-fidi tagħkom – li tiswa wisq aktar mid-deheb ippruvat
bin-nar u li jintemm – tgħaddi mill-prova u fl-aħħar ikun
jistħoqqilha t-tifħir u l-glorja u l-ġieħ meta jidher
Ġesù Kristu. Intom lilu ma rajtuhx, imma tħobbuh; u waqt li issa
temmnu fih, għalkemm ma tarawhx, tifirħu b’ferħ li ma jitfissirx
u ma jitqiesx, u hekk tiksbu l-għan tal-fidi tagħkom, is-salvazzjoni
ta’ ruħkom.
RESPONSORJU QASIR
R/. Il-Mulej temagħna
* B’qamħ mill-aħjar. Il-Mulej.
V/. Xebbagħna
bl-għasel mill-blat. * B’qamħ mill-aħjar. Glorja. Il-Mulej.
Ant. tal-kantiku
ta’ Marija:
Il-Mulej
niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom u għolla
ċ-ċkejknin.
Ruħi tfaħħar il-kobor
tal-Mulej, *
u l-ispirtu tiegħi jifraħ
f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
*
Iva,
kull nisel jibda jsejjaħli
hienja.
Għax
is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena
tiegħu tinfirex f’kull żmien *
fuq dawk li
jibżgħu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’
driegħu, *
xerred lil
dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ,
*
u
l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.
Ħa ħsieb
Iżrael, qaddej tiegħu, *
għax
ftakar fil-ħniena tiegħu
- bħalma
wiegħed lil missirijietna - *
b’riżq
Abraham u nislu għal dejjem.
Glorja.
Il-Mulej
niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom u għolla
ċ-ċkejknin.
PREĊI
Alla hu
l-għajnuna tagħna; it-tama kollha tagħna qiegħda fih.
Infaħħruh, u b’qima kbira ngħidulu:
Mulej,
ħares lejn uliedek.
Mulej Alla
tagħna, int għamilt patt għal dejjem mal-poplu tiegħek:
- agħtina grazzja li
niftakru dejjem fl-għemejjel kbar tiegħek.
Agħmel li s-saċerdoti
kollha tiegħek ikunu perfetti fl-imħabba:
- żomm il-fidili
tiegħek dejjem magħquda lkoll fi spirtu wieħed bir-rabta
tas-sliem.
Kun fostna biex is-soċjetà
tal-bnedmin fuq l-art nibnuha flimkien miegħek:
- tħallix li aħna
l-bennejja nkunu tħabatna għal xejn.
Ibgħat ħafna
ħaddiema għall-ħsad tiegħek:
- wassal il-kelma tiegħek
lill-ġnus kollha biex ikabbru ismek.
Ilqa’ lil qrabatna u
l-benefatturi tagħna mejtin fost il-qaddisin tiegħek:
- agħtina li ngħixu
bil-qdusija biex nistgħu nissieħbu magħhom.
Missierna
Talba
O Alla, int qegħedt id-dawl fis-sema biex idawwlu
l-lejl, u wara d-dlam tferraħ kullimkien bid-dija tax-xemx; agħmel li
ma niltaqgħu ma’ ebda tfixkil tax-xitan f’dan il-lejl li ġej fuqna,
biex għada ma’ sbiħ il-jum niġu quddiemek u nroddulek
il-ħajr. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u
jsaltan, flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Għeluq
Il-Mulej
iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’
dejjem. Ammen.
IL-ĦAMIS
V. O Alla, ejja
eħlisni.
R. Mulej,
fittex għinni.
Glorja. Kif kien mill-bidu. Hallelujah.
Fi żmien ir-Randan ma jingħadx Hallelujah.
Wara dan il-versett tal-bidu tkun Ħaġa tajba jekk isir l-eżami tal-kuxjenza, li fiċ-
ċelebrazzjoni
fil-komun jista’ jidħol fl-att
penitenzjali skond il-formoli wżati fil-
Quddiesa.
ATT PENITENZJALI
l.. Issir
l-istedina għall-penitenza.
Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.
Isir ftit
tas-skiet. Imbagħad kulħadd
flimkien jistqarr:
Nistqarr ‘l Alla li
jista’ kollox,
u lilkom, ħuti, li jiena
dnibt ħafna bil-ħsieb,
bil-kliem, bl-egħmil u billi ħallejt
dmirijieti:
iħabbtu fuq
sidirhom
ħtija tiegħi, ħtija tiegħi, bl-ikbar ħtija tiegħi.
Għalhekk nitlob
lill-imqaddsa Marija dejjem Verġni,
lill-Anġli u
l-Qaddisin kollha,
u lilkom, Ħuti,
biex titolbu għalija lill-Mulej Alla tagħna.
Tingħata l-assoluzzjoni:
Iħenn għalina Alla li
jista’ kollox,
jaħfrilna
dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’
dejjem.
R/. Ammen.
Jew
II. Issir
l-istedina għall-penitenza.
Ħuti, ejjew nagħarfu ħtijietna.
Isir ftit tas-skiet. Imbagħad jingħad:
V. Ħenn għalina, Mulej
R. Għax dnibna kontra tiegħek.
V. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek.
R. U
s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Tingħata
l-assoluzzjoni:
Iħenn għalina Alla li
jista’ kollox,
jaħfrilna
dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’
dejjem.
R. Ammen.
Jew
III. Issir
l-istedina għall-penitenza.
Ħuti, ejjew
nagħarfu ħtijietna.
Isir ftit
tas-skiet. Imbagħad jingħadu dawn
l-invokazzjonijiet, jew oħrajn:
Int li kont mibgħut biex
tfejjaq il-bnedmin ta’ qalbhom niedma: Mulej, ħniena.
R. Mulej, ħniena.
Int li ġejt biex
issejjaħ il-midinbin: Kristu ħniena.
R. Kristu ħniena.
Int li qiegħed fil-lemin
tal-Missier, biex tidħol għalina: Mulej ħniena.
R. Mulej, ħniena.
Tingħata
l-assoluzzjoni:
Iħenn għalina, Alla,
li jista’ kollox,
jaħfrilna
dnubietna, u jwassalna għall-ħajja ta’
dejjem.
R. Ammen.
INNU
Wara dan il-jum li
tajtna,
nitolbuk, ħallieq ta’
kollox,
biex fit-tjieba kbira
tiegħek
tgħasses fuqna u tieqaf magħna.
Fik u bik jistrieħu
qlubna,
jibqgħu jħossu
l-kenn ta’ mħabbtek,
sabiex għada
minn filgħodu
jisbħu jgħannu
l-glorja tiegħek.
Bierek jiemna b’saħħa
tajba,
żid il-ħeġġa
ta’ ħajjitna,
u bid-dija tiegħek
dawwal
dlam il-lejl li
riesaq fuqna.
Isma’ talbna, Missier
twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi
saltnatkom
ma’ l-Ispirtu faraġ tagħna. Ammen.
SALMODIJA
Barra Ż.GĦ.:
Ż.GĦ.:
Salm 15 (16)
Il-Mulej is-sehem ta’ wirti
Alla qajjem lil
Ġesù billi ħall l-irbit tal-mewt. (Atti 2:24)
Ħarisni, o Alla, *
għax fik jien nistkenn.
Jien għedt lill-Mulej: "Int Sidi, *
m'għandix ġid ieħor ħliefek."
It-twajbin huma l-kbar f'din l-art; *
fihom hi l-għaxqa kollha tiegħi.
L-hemm tagħhom ikattru *
dawk li jaħtru allat oħra.
Ma nsawwabx bħalhom id-demm b'sagrifiċċju, *
anqas isimhom ma nsemmi b'xufftejja.
Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi, *
inti żżomm f'idejk xortija.
Il-kejl tani art li tgħaxxaq: *
messni sehem tassew għal qalbi.
Inbierek lill-Mulej li tani l-fehma; *
mqar billejl qalbi tgħallimni.
Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi, *
għax bih f'leminti qatt ma
nitħarrek.
Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi, *
u ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.
Għax int ma titlaqnix fl-imwiet, *
ma tħallix il-maħbub tiegħek
jara l-qabar.
Int tgħallimni t-triq tal-ħajja; †
hemm il-milja tal-ferħ quddiemek, *
hemm l-għaxqa għal dejjem
f'lemintek.
Glorja.
Barra Z.GĦ.:
Ant. Fil-kwiet immur nistrieħ.
Z.GĦ:
LEZZJONI QASIRA 1 Tess 5:23
Alla tas-sliem iqaddiskom f’kollox, u jżommkom
sħaħ bla mittiefsa, fl-ispirtu, fir ruħ u fil-ġisem, sa ma
jiġi Sidna Ġesù Kristu.
RESPONSORJU QASIR
Barra żmien il-Għid:
R. F’idejk,
Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.
V. Int teħlisni, Mulej,
Alla tas-sewwa, * Jien nerħi ruħi. Glorja.
F’idejk.
F’Ħadd il-Għid u
l-ottava jingħad:
Ant. Dan hu l-jum
li gĦamel il-Mulej; Ħa nifirĦu u nithennew fihĦ Hallelujah.
Fi żmien il-Għid:
R. F’idejk,
Mulej, jien nerħi ruħi. Hallelujah, hallelujah. F’idejk.
V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. *
Hallelujah, hallelujah. Glorja. F’idejk.
nistrieħu fis-sliem. (Ż.Għ. hallelujah).
KANTIKU EVANĠELIKU
Lq.
2,29-32
Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Israel
Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej
tiegħek *
imur fis-sliem, skond kelmtek;
għaliex għajnejja raw *
is-salvazzjoni tiegħek,
li int ħejjejt *
għall-popli
kollha:
dawl biex idawwal il-ġnus, *
u glorja
tal-poplu tiegħek Israel.
Glorja.
Ant. Salvana,
Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl, biex nishru ma’ Kristu u
nistrieħu fis-sliem. (Ż.Għ. hallelujah).
Talba
Mulej Alla tagħna, agħtina l-heda u
l-mistrieħ wara t-taħbit u l-għeja ta’ llum, biex
bl-għajnuna tiegħek niksbu saħħa ġdida, ħalli
ningħataw b’ruħna u ġisimna għall-qadi tiegħek. Bi
Kristu Sidna. R/. Ammen.
Wara t-talba tingħad
il-barka:
Il-Mulej li jista’
kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb.
R. Ammen.
Fl-aħħarnett, mingħajr versett u talba, tingħad waħda
mill-antifoni
tal-Madonna.
Omm ħelwa ta’
Kristu l-Feddej,
int bieb illi jagħti għas-sema,
int kewkba tal-baħar, Marija!
Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,
għajnuna
tal-poplu l-maħtur,
li b’għaġeb nissilt
‘il min ħalqek
fis-siegħa li lqajt it-tislima
li tak
Gabrijel, u bqajt xebba,
kif qabel, hekk wara
t-tnissil.
Ħenn, Omm, għal uliedek
midinba.
jew
Is-sliem, o Sultana
tas-sema,
Sidt l-anġli;
int l-għerq u l-bieb
safi
mnejn ġie dawl
id-dinja.
O Verġni glorjuża,
ta’ ġmiel u sbuħija,
is-sliem għalik! Itlob
lil Kristu għalina.
jew
Sliem għalik,
Sultana, omm tal-ħniena;
ħajja, ħlewwa
u tama tagħna, sliem għalik.
Lilek ingħajjtu,
għaliex
aħna tturufnati, ulied Eva.
Lilek nitniehdu, aħna li nibku u
nolfqu
f’dan il-wied
ta’ dmugħ.
Ejja, mela, avukata
tagħna,
dawwar lejna
dawk il-għajnejn tiegħek tal-ħniena;
u wrina, wara dan it-turufnament,
lil Ġesu’, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.
O Ħanina, o
pija, o ħelwa Verġni Marija.
jew
Taħt il-ħarsien
tiegħek nistkennu,
Omm qaddisa
ta’ Alla:
la twarrabx minn
quddiemek
it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,
u eħlisna dejjem
o Verġni glorjuża u mbierka.