LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

 

 

Giuseppe Bertello

 

Maħtura tmien Kardinali biex jgħinu lill-Papa Franġisku

fit-Tmexxija u r-Riforma tal-Knisja u l-Kurja Rumana

 

Belt tal-Vatikan, 13 April 2013: 

Dalgħodu, għeluq ix-xahar mill-elezzjoni ta’ Franġisku bħala suċċessur ta’ Pietru u Isqof ta’ Ruma, tħabbar li l-Papa ħatar tmien kardinali biex jiffurmaw kunsill permanenti biex jgħinuh fit-tmexxija tal-Knisja u fir-riforma tal-Kurja Rumana.  Il-kunsill huwa magħmul minn kardinali mill-kontinenti tal-Afrika, l-Asja, l-Awstralja u l-Ewropa, flimkien ma' kardinali mill-Amerka ta’ Fuq, l-Amerka Ċentrali u l-Amerka t’Isfel.  Il-grupp fih biss uffiċjal wieħed tal-Vatikan.

 

 

 

 

 

 

“Franġisku, sewwi l-Knisja tiegħi !”

Wieħed mill-membri ta’ dan il-kunsill huwa l-Kardinal Giuseppe Bertello, Taljan u llum iservi bħala president tal-Kummissjoni Pontifiċja tal-Istat tal-Vatikan.  Kardinal ieħor f’dan il-kunsill huwa iċ-Ċilen, Francisco Javier Errázuriz Ossa, Arċisqof Emeritu ta’ Santiago fiċ-Cili. Hemm ukoll l-Indjan, Kardinal Oswald Gracias; Arċisqof ta’ Bombay, fl-Indja; il-Ġermaniż; Kardinal Reinhard Marx, Arċisqof ta’ Munich u Frisinga fil-Ġermanja; il-Kardinal Mill-Kongo, Laurent Monsengwo Pasinya li huwa Arċisqof ta’ Kinshasa fil-Kongo; Il-Kardinal mill-Istati Uniti tal-Amerka, Sean Patrick O’Malley, Arċisqof ta’ Boston; il-Kardinal Awstraljan, George Pell, Arċisqof ta’ Sydney; il-Kardinal mill-Honduras, Oscar Andrés Rodríguez Maradiaga, Arċisqof ta’ Teucigalpa, li se jkun qed jikkordina l-grupp. Bħala Segretarju ta’ dan il-Kunsill, il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof Marcello Semeraro ta’ Albano, id-Djoċesi fejn hemm Castel Gandolfo.

 

Andrés Rodríguez Maradiaga li ser jikkordina l-grupp

 

L-ewwel laqgħa ta’ dan il-kunsill permanenti tal-Papa ser issir bejn l-1 u 3 ta’ Ottubru li ġej, imma l-Papa Franġisku diġŕ qiegħed f’kuntatt ma’ dawn il-Kardinali.  Huwa interessanti li wieħed jinnota li f’dan il-grupp ta’ kardinali la hemm is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, Tarcisio Bertone u lanqas ħadd dawk li jmexxu d-dekasteri differenti tal-Kurja Rumana. Infatti l-uniku wieħed mit-tmien kardinali li għandu responsabiltŕ f’Ruma huwa Bertello.

 

Marcello Semeraro, Segretarju tal-grupp

 

Francisco Javier Errázuriz Ossa

 

Oswald Gracias

 

 

Reinhard Marx

Laurent Monsengwo Pasinya

Sean Patrick O’Malley

George Pell

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org