ĠWANNI PAWLU II

ITTRA TAL-PAPA LIN-NISA

(B’sinjal ta’ solidarjetà u ta’ radd il-ħajr

lejlet ir-Raba’ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f’Beijing f’ Settembru 1995)

 29 Ġunju 1995

 

Inselmilkom b’qalbi kollha intom in-nisa fid-dinja kollha.

  

1 .Qed nikteb dan l-ittra lil kull waħda minnkom b’sinjal ta’ solidarjeta’ u ta’ radd il-ħajr lejlet ir-Raba’ Konferenża Dinjija dwar in-Nisa li se ssir f’Beijing f’ Settembru li ġej.

Qabel xejn irrid nuri l-apprezzament kbir tiegħI lill-Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda għal  din il-ġrajja ta’ tifsir hekk kbir.  Il-Knisja min-naħa tagħha tixtieq tgħin biex ikunu mħarsa d-dinjità, il-ħidma u d-drittijiet tan-nisa, mhux biss biil-ħidma speċifika tad-Delegazzjoni uffiċjali ta-Santa Sede għall-Konferenza ta Beijing, imma wkoll billi tkellem direttament lill-qalb u lill-fehma ta’ kull mara.  Dan l-aħħar, meta s-sinjura Gertrude Mongella, Segretarja Ġenerali tal-Konferenza, ġiet iżżurni minħabba l-laqgħa ta’ Beijing, tajtha Messaġġ miktub fejn semmejt il-punti fundamentali tat-tagħlim tal-Knisja dwar  il-problemi tal-mara.  Il-messaġġ, minbarra ċ-ċirkustanza speċifika li wasslet għalih, kien dwar dehra aktar wiesgħa tal-qagħda u tal-problemi tan-nisa b’mod ġenerali, bi-ħsieb biex tiġi ‘l quddiem il-kawża tan-nisa fil-Knisja u fid-dinja ta’ llum.  Għalhekk ħsibt li dan il-Messaġġ nibgħatu lill-Konferenzi Episkopali kollha, biex jinxtered kullimkien kemm jista’ jkun.

Jiena u ntenni l-punti li semmejt f’dak id-dokument, irrid issa nkellem direttament kull mara biex maghħa naħseb fuq il-problemi u l-prospetti ta’ dak li jfisser tkun mara fiż-żmien ta’ llum.  B’mod partikulari rrid inqis il-problema essenzjali tad-dinjita u tad-drittijiet tan-nisa fid-dawl tal-kelma ta’ Alla.

Dan id-“djalogu” verament jeħtieġlu jibda b’kelma ta’ radd il-ħajr.  Kif kont  ktibt fl-Ittra Appostolika tiegħi Mulieris dignitatem, il-Knisja “tixtieq trodd ħajr lit-Trinità Qaddisa għall-misteru tal-mara”, għal kull mara – għal dak kollu li jagħtiha għal dejjem id-dinjità tagħha ta’ mara, għall-“għemejjel kbar ta’ Alla” li fil-ġrajja kollha tal-bniedem “ seħħu fiha u permezz taghħa”  (n.31).  

2. Dan ir-radd ta-ħajr lill-Mulej għall-pjan misterjuż tiegħu dwar il-vokazzjoni u l-missjoni tan-nisa hu fl-istess waqt radd ta’ ħajr dirett bil-fatti lin-nisa kollha, lill kull mara, għal dak kollu li jfissru fil-ħajja ta’ l-umanità.

Grazzi  lilkom, nisa li intom ommijiet!  Tajtu kenn lill-bnedmin fikom stess f’esperjenza m’hemmx oħra bħalha ta hena u ta’ tiġrib.  Din l-esperjenza tagħmilkom it-tbissima ta’ Alla nnifsu għat-tarbija għadha titwieled, dak li jmexxi l-ewwel passi tat-tarbija tagħkom, li jgħinha tikber, u li hu l-ankra waqt li t-tarbija tibda l-mixi tagħha fit-triq tal-ħajja.  Grazzi lilkom, nisa ta l-irġiel tagħkom fiż-żwieġ!  Intom irbattu b’mod li ma jista  qatt jinħall il-ġejjieni tagħkom ma’ dak ta’ l-irġiel tagħkom,f’relazzjoni    ta’ għoti lil xulxin, għall-qadi ta’ l-imħabba u l-ħajja.

Grazzi lilkom, nisa li intom ulied u lilkom nisa li intom aħwa!  Fil-qalba  tal-familja u mbagħad f’dik ukoll tas-soċjeta”, iġġibu l-għana tas-sensibbiltà tagħkom, tal-ġenerożità tagħkom, tal-fedeltà tagħkom.

Ġrazzi lilkom, nisa li taħdmu!  Intom tinsabu f’kull qasam tal-ħajja –  soċjali ekonomika, kulturali, artistiku u politiku.  B’dan il-mod tagħtu kontribut li ma nistgħux ngħaddu mingħajru għall-kobor ta’ kultura li tgħaqqad  ir-raġuni mas-sentimenti, għal sura ta’ ħajja dejjem miftuħa għas-sena tal-“misteru”, ħa jitwaqfu strutturi ekonomiċI u politiċi dejjem aktar jixirqu l-ġens kollu tal-bnedmin.   

Grazzi lilkom, intom in-nisa konsagrati!  Intom u mexjin fuq l-eżempju ta’ l-akbar fost in-nisa.  Omm Ġesu Kristu, il-Verb magħmul bniedem, tinfetħu għall-ubbidjenza u għall-fedeltà lejn id-don ta’ l-imħabba ta’ Alla. Tgħinu l-Knisja u l-ġens kollu tal-bnedmin biex iħossu relazzjoni ta’ “għerusija” ma’ Alla, relazzjoni li tfisser b’mod tassew ta’ l-għaġeb ir- rabta li Alla jrid ikollu mal-ħlejjaq tiegħu.

Grazzi lilkom, intom in-nisa kollha, għall-fatt biss li intom nisa!  Bil- mod kif taraw  il-ħajja madwarkom intom twasslu biex jistagħnu l-fehmiet  tad-dinja u tgħinu biex ir-relazzjonijiet bejn il-bnedmin ikunu aktar onesti u veri.

3. Naf li mhux biżżejjed tgħid grazzi.  Disgrazzjatament aħna werrieta ta’ ġrajja li kkundizzjonatna b’mod tassew ta’ l-għaġeb.  F’kull żmien u f’kullimkien, dan il-kundizzjonament fixkel il-progress tal-mara.  Id-dinjità tal-mara spiss ma ġietx magħrufa, u l-prerogattivi tagħhom ġew imfissrin ħazin; ġew imwarrbin fit-truf tas-soċjeta u saħansitra ġew imjassra.  Dan wassal biex in-nisa ma jkunux tassew dak li huma, u dan ġab il-faqar, spiritwali ta’ l-umanità.  Veru li m’hijiex ħaġa ħafifa tgħid dan ta’ min hu t-tort, meta naraw tant kundizzjonament kulturali tul iż-żminijiet li tfasslu l-ħsieb u l-għemil tagħna.  U jekk fil-fatt xi ħtija, speċjalment f’ċirkostanzi storiċi partikulari, hi mhux ta’ xi ftit membri biss tal-Knisja, jien tassew jisgħobbini ta’ dan.  J’alla din is-sobgħa tiegħi tinbidel, min-naħa tal-Knisja kollha, f’impenn imġedded ta’ fedeltà lejn id-dehra ta’ l-Evanġelju.  Meta niġu biex neħilsu l-mara minn kull sura ta’ sfruttament u ta’ ħakma, l-Evanġelju fih messaġġ li jeħodna għall-imġiba ta’ Kristu nnifsu.  Ġesu’ mar ‘l hemm mir-regoli stabbiliti tal-kultura tiegħu, u ttratta lin-nisa b’mod miftuħ, b’rispett, aċċettazzjoni u ħlewwa.  B’dan il-mod ta’ ġieħ lid-dinjità li n-nisa dejjem kellhom fil-pjan ta’ Alla u f’imħabbtu.  Meta nħarsu lejn Kristu f’għeluq it-tieni elf sena, ħaġa naturali nistaqsu lilna nfusna kemm  instema’ l-messaġġ tiegħu u kemm ġie mwieġeb.

Iva, issa huwa l-waqt li neżaminaw l-imgħoddi b’kuraġġ biex naraw ta’ min  hi r-responsabbilità, aħna u nqisu l-ġrajja twila ta’ l-umanità kollha.  Il kontribut tan-nisa f’din il-ġrajja hu daqs dak ta’ l-irġiel, u dan, aktar spiss milli le, għamluh  f’kundizzjonijiet aktar ebsin.  B’mod partikulari  ħsiebi hu f’dawk in-nisa li kienu jħobbu l-kultura u l-arti, u ddedikaw ħajjithom għalihom, minkejja li kienu fi żvantaġġ sa mill-bidu, għax ma kellhomx l-istess opportunitajiet deukattivi, ma kenux stmati biżżejjed, kienu  injuranti u lanqas mogħtijin ġieħ għall-kontribut intellettwali tagħhom.  Diżgrazzjatament, ftit rebħiet miksuba min-nisa fl-istorja huma msemmijin mix-xjenza ta’ l-istorja.  Iżda wkoll jekk iż-żmien qered xhieda dokumentata ta’ dak li kisbu n-nisa, l-influwenza benefika tagħhom tinħass bħala qawwa li sawwret il-ħajja ta’ tant ġenerazzjonijiet, waħda wara  l-oħra, sa żmienna.  L-umanità għandha dejn li qatt ma hu se jitħallas ma’ din it- “tradizzjoni” kbira, immense tan-nisa.  U b’dan kollu, kemm nisa kienu u għadhom jitqiesu li huma ta’ siwi aktar għad-dehra fiżika tagġhom milli għall-ħila, għall-professjonaliżmu, għall-kwalitajiet intellettwali u għas-sensittività kbira tagħhom, f’kelma waħda, għad-dinjità tagħhom bħala esseri umani.

4.  U x’ngħidu għat-tfixkil li f’ħafna postijiet tad-dinja ma jħallix in-nisa jkollhom post sħiħ fil-ħajja soċjail, politika u ekonomika?  Biżżejjed naħsbu kif id-don tal-maternità hu spiss ikkastigat aktar milli mogħti ġieh, minkejja li l-umanità tista’ tibqa teżisti biss permezz ta’ dan id-don tal-maternità.  |gur għad hemm ħafna xi jsir biex ma jkunx hemm aktar diskriminazzjoni kontra dawk li għażlu jkunu nisa miżżewġa u ommijiet.  Jekk niġu għad-drittijiet personali, hemm ħtieġa li minnufih isseħħ ugwaljanza vera fl-oqsma kollha: l-istess paga għall-istess xogħol, ħarsien għall-ommijiet li jaħdmu, ġustizzja fejn jidħlu avanzamenti fil-karriera, ugwaljanza tal-miżżewġin dwar id-drittijiet tal-familja u għarfien f’dak kollu li hu parti mid-drittijiet u d-dmirijiet taċ-ċittadini fi stat demokratiku.

 

Din hi kwistjoni ta’ ġustizzja imma wkoll kwistjoni ta’ ħtieġa.  In-nisa se jkollhom parti dejjem aqwa fis-soluzzjoni tal-problemi kbar tal-ġejjieni: il-ħin tal-mistrieħ, is-sura tal-ħajja, l-emigrazzjoni, is-servizzi soċjali, l-ewtanasja, id-drogi, is-saħħa, l-ekoloġija u l-bqija.  F’dawn l-oqsma kollha numru akbar ta’ nisa preżenti fis-soċjeta jkun ta’ siwi kbir, għaz jgħinu biex  joħorġu fil-beraħ il-kontradizzjonijiet li hemm f’soċjeta’ organizzata biss  fuq kriterji ta’ effiċjenza u produttività, u twassal biex is-sistemi jiġu mfassla mill-ġdid b’mod li jgħin il-proċess ta’ umanizzazzjoni li juru “ċiviltà  ta’ mħabba”. 

5. Imbagħad, jekk inħarsu lejn l-aspetti l-aktar sensittivi tal-qagħda     tan-nisa fid-dinja, kif ma nsemmux il-ġraja twila u degradanti, spiss moħbija, tal-vjolenza kontra n-nisa fil-qasam tas- sesswalità?  Fuq l-għatba tat-tielet elf sena ma nistgħux nibqgħu indifferenti u naċċettaw dan il-fenomenu.  Wasal iż-żmien li nikkundannaw bil-qawwa kollha dawk is-suriet ta’ vjolenza sesswali li spiss jolqtu n-nisa u li jkun hemm liġijiet li effettivament jiddefenduhom minn vjolenza bħal din.  U lanqas għandna nonqsu, f’ġieħ ir-rispett li jistħoqq lill-persuna umana, li nikkundannaw il-kultura edonistika  u kummerċjali tant imxerrda li tħajar għall-isfruttament sistematiku tas-sesswalità u tħajar saħansitra tfajliet żgħar biex joffru ġisimhom għall-qligħ.

Kontra dawn is-suriet kollha ta’ perversjoni, kemm għandna napprezzaw dawk in-nisa li b’imħabba kuraġġuża għat-tarbija li tnisslet fihom wara li ġew vjolentati, iħallu t-tqala tkompli.  Ħsiebi hawn hu mhux biss f’atroċitajiet li jsiru fi zmien ta’ gwerra li għadha hekk komuni fid-dinja, imma wkoll f’soċjetajiet imberkin bi prosperita’  u paċi.  Iżda spiss imħassrin minn kultura ta’ permissivita’ edonistika li tkabbar it-tendenza għall-imġiba aggressivqa ta’ l-irġiel.  F’każi bħal dawn l-għażla ta’ l-abort tibqa’ dejjem dnub gravi.  Iżda qabel ngħabbu l-mara bil-ħtija ta’ dan id-delitt, irridu  ngħidu li tiegħu hu ħati r-raġel u l-kompliċità ta’ l-ambjent soċjali ġenerali.

6. Il-Kelma tiegħi ta’ grazzi lin-nisa għalhekk issir appell ħerqan lil kulħadd, u b’mod speċjali, lill-Istati u lill istituzzjonijiet internazzjonali biex isir kull sforz ħalli n-nisa jiksbu r-rispett sħiħ għad-dinjità u l-ħidma tagħhom.  Hawn ma nistax ma nurix l-ammirazzjoni tiegħI għal dawn in-nisa  ta’ rieda tajba ki ddedikaw ħajjithom ħa jħarzu d-dinjità tal-mara billi ġġieldu għad-drittijiet soċjali, ekonomiċI u politiċI fundamentali tan-nisa u wrew inizjattiva kuraġġuża fi żminijiet meta dan kien meqjus bħala xi ħaġa  li ma kienet xejn f’postha, bħala sinjal ta’ nuqqas ta’ femminilità bħala wirja u esibizzjoniżmu, saħansitra bħala dnub!

Fil-Messaġġ Dinji għall-Jum il-Paċi ta’ din is-sena, għidt li meta wieħed iħares lejn il-progress kbir li sar għall-ħelsien tal-mara għandu jara li “t-triq kienet  iebsa u komplikata ħafna u, xi drabi, mhux nieqsa minn żbalji, iżda sostanzjalment kienet mixja pożittiva wkoll jekk għad ma waslitx għat-tmiem tagħha minħabba ‘l ħafna tfixkil li, f’ħafna partijiet tad-dinja, ma jħallux lin-nisa tiġihom magħrufa d-dinjità speċjali tagħhom u jkunu rispettati u apprezzati”. (n.4)

Il-mixja trid tkompli sejra!  U jiena konvint li s-sigriet biex ikun hemm progress kemm jista’ jkun malajr ħalli n-nisa jiksbu r-rispett li jistħoqqilhom fihom infushom u għad-dinjità  tagħhom, m’huwiex biss il-kundanna ta’ kull  diskriminazjoni u inġustizzja, għalkemm din hi meħtieġa.  Dan ir-rispett irid l-ewwel u qabel xejn jinkiseb permezz ta’ kampanja effettiva u intelliġenti għall-promozzjoni tan-nisa, kampanja li tikkonċentra fuq l—oqsma kollha tal-ħajja tal-mara u tibda  b’għarfien universali tad-dinjità tal-mara.  Il-ħila li nagħrfu din  id-dinjità, minkejja li nkunu kindizzjonati storikament, tiġina mill-istess raġuni tagħna, għax biha kapaċi nifhmu l-liġi ta’ Alla niktuba fil-qalb ta’ kull bniedem.  Wisq aktar minn kull ħaġa oħra, il-kelma ta’Alla tgħinna nifhmu sewwa l-pedament antropoloġiku aħħari ta-dinjità tal-mara, għax turihulna bħala parti mill-pjan ta’ Alla għall-umanità. 

7.  Għeżież ħuti nisa, ejjew naħsbu flimkien mill-ġdid fuq dik is-silta mill- Iskrittura li tkellimna fuq il-ħolqien tar-razza umana u li tgħidilna ħafna dwar id-dinjità u l-missjoni tagħkom fid-dinja. Il-Ktieb tal-Ġenesi jitkellem fil-qasir ħafna fuq il-ħolqien, bi kliem li hu poetiku u simboliku, iżda veru ħafna.  “Alla ħalaq il-bniedem fuq xbihietu, fuq xbihat Alla ħalqu, raġel u mara ħalaqhom”. (Ġen 1, 27).  L-għemil tal-ħolqien sar skond il-pjan preċiż.  L-ewwelnett smajna li l-bniedem inħalaq fuq is-sura u x-xbieha ta Alla (ara Ġen 1, 26).  Dawn il-kelmiet mill-ewwel juru b’mod ċar x’inhu dak li jagħżel il-bniedem mill-bqija tal-ħlejjaq.  Imbagħad nisimgħu li sa mill-bidu Alla “raġel u mara ħalaqhom” (Ġen 1, 27).  L-istess Skrittura tagħtina t-tifsir ta’ dan ukoll:  Il-bniedem hu mdawwar minn għadd kbir ta’ ħlejjaq iżda jħoss ruħu waħdu (ara Ġen 2, 20).  Alla jindaħal biex jeħilsu minn din il-qagħda ta’ waħdu:  “Mhux sewwa li l-bniedem jibqa waħdu.  Ħa nagħmillu għajnuna tgħodd għalih” (Ġen 2, 18).  Il-ħolqien tal-mara b’hekk jidher sa mill-bidu bħala prinċipju  ta’ għajnuna:  għajnuna għal naħa waħda, imma għajnuna għal xulxin.  Il-mara hi komplementari għar-raġel, kif ir-raġel hu komplementari għall-mara: l-irġiel u n-nisa huma komplementari ghal xulxin.  Il-mara turi l-umanità tagħha kif ir-raġel juri l-umanità tiegħu,  iżda mhux bl-istess komplimentarju għal xulxin.

Meta l-Ktieb tal-Ġenesi jitkellem dwar għajnuna, mhux qed jitkellem dwar għemil biss imma wkoll dwar ħajja.  Ir-raġel u l-mara komplementari għal xulxin mhux biss fiżikament u psikoloġikament, imma wkoll  ontoloġikament.  Hu biss permezz tal-“maskulinità” u l-“femminilità” li l-“umanità” tilħaq il-milja kollha tagħha.

8.  Wara li ħalaqhom raġel u mara, qalilhom:  Imlew l-art u aħkmuha” (Ġen1, 28).  Mhux biss tahom is-setgħa li jnisslu biex jitkattar il-ġens tal-bniedem tul iż-żminijiet, imma tahom ukoll l-art u ordnalhom jużaw ir-riżorsi tagħha b’mod responsabbli.  Bħala esseri raġjonevoli u ħieles, il-bniedem hu msejjaħ biex ibiddel il-wiċċ ta’ l-art.  F’din il-ħidma, li essenzjalment hi ħidma kultuurali, ir-raġel u l-mara għandhom responsabbilità ndaqs sa mill-bidu.  Fir-relazzjoni tagħhom bħala raġel u mara, relazzjoni li tagħti l-frott, il-ħidma komuni tagħhom hi dik li jaħkmu fuq l-art, iżda dan la permezz ta’ ugwaljanza statika u kollha kemm  hi l-istess f’kollox, u lanqas permezz ta’ differenzi li bl-ebda mod  ma jaqblu ma’ xulxin u huma dejjem f’konflitt bejniethom. Ir-relazzjoni l-aktar naturali tagħhom, li twieġeb għall-pjan ta’ Alla, hi “l-għaqda tat-tnejn”, relazzjoni “waħda ta’ tnejn”, relazzjoni li għalhekk tagħti lit-tnejn l-esperjenza li jaraw ir-relazzjoni bejniethom u għal xulxin bħala persuni, bħala don li bih jistagħnu u li tgħabbihom b’responsabbiltà.

Lil din “l-għaqda ta’ tnejn” Alla ried jafda mhux biss il-prokreazzjoni u l-ħajja  tal-familja, imma wkoll il-ħolqien ta’ l-istorja nnifisha.  Waqt li l-Jum Internazzjonali tal-Familja fl-1994 xehet l-attenzjoni tiegħu fuq in-nisa bħala ommijiet.  Il-Konferenza ta’ Beijing, li bħala suġġett ghandha “Ħidma għall-Ugwaljanza, l-Iżvilupp u l-Paċi” hi okkażjoni mill-aħjar biex nintebħu dejjem aktar bil-ħafna kontributi li n-nisa jagħtu lill-ħajja ta’ ħafna  soċjetajiet u nazzjonijiet.  Dawn il-kontributi huma l-aktar ta’ natura spiritwali u kulturali, imma wkoll ta’ natura soċjo-politika u ekonomika.

Il-ħafna oqsma tas-soċjeta’, tan-nazzjonijiet u ta’ l-Istati u l-progress ta’ l-umanità kollha kemm hi, żgur għandhom dejn tassew kbir man-nisa għall-kontribut tagħhom!

9.  Ġeneralment il-progress jitqies skond il-kriterji tax-xjenza u tat-teknoloġija.       U f’dan il-qasam ukoll il-kontribut tan-nisa na kienx ta’ min iwarrbu. U madankollu, dan mhux l-uniku qjies tal-progress, lanqas l-aqwa wieħed.  Wisq aktar importanti hi d-dimensjoni soċjali u etika, li hi dwar ir-relazzjonijiet tal-bniedem bejniethom u dwar valuri spiritwali.  F’dan  il-qasam, li spiss jiġi ‘l quddiem b’mod li ħadd ma jintebaħ bih, u jibda mir-relazzjonijiet ta’ kuljum li jkollhom in-nisa bejniethom, speċjalment fi ħdan il-familja, is-soċjetà għandha dejn kbir mal-“ġenju tan-nisa”.

Hawn  irrid nuri – apprezzament partikulari tiegħi għal dawk in-nisa impenjati fil-ħafna oqsma ta’ l-edukazzjoni li huma barra mill-familja:  il-kindergardens, l-iskejjel, l-universitajiet, is-servizzi soċjali, il-parroċċi, l-assoċjazzjonijiet, il-movimenti.  Meta hi meptieġa ħidma edukattiva, żgur naraw in-nisa dejjem lesti joffru lilhom infushom lill-oħrajn bil-qalb kollha, speċjalment biex jgħinu lil dawk li huma l-aktar dgħajfa u neqsin   minn kull ħarsien.  F’din il-ħidma huma juru sura ta’ maternità affettiva, kulturali u spiritwali li hi ta siwi bla qies għall-iżvilupp ta’ l-individwi u għall-ġejjieni  tas-soċjetà.  Kif ma nistax ma snsemmix hawn ix-xhieda ta’ tant nisa kattoliċI u ta’ tant Kongregazzjonijiet Reliġjużi tan-nisa f’kull continent, li għażlu bħala appostolat tagħhom l-edukazzjoni, partikolarment l-edukazzjoni tat-tfal bniet u subien?  Jif ma nistax ma niftakarx b’ħajr fin-nisa kollha li ħadmu u qed jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, mhux biss f’istuti organizzati mill-aħjar imma wkoll f’ċirkostanzi fejn xejn ma hu żgur, fl-Ifqar pajjiżi tad-dinja, u hekk urew spirtu ta’ qadi li ħafna drabi hu qrib il-martirju?

10.  Hi għalhekk tama tiegħI, għeżież ħuti nisa, li intom taħsbu tassew x’jiġifieri l-“ġenju tan-nisa,” mhux biss biex taraw f’dawn it-tliet kelmiet  parti speċjali tal-pjan ta’ Alla li jrid jiġi aċċettat u apprezzat, imma wkoll biex dan il-ġenju jidher aktar aħjar fil-ħajja tas-soċjetà kollha kemm hi, u fil-ħajja tal-Knisja wkoll.  Dan issemma ta’ spiss tul is-Sena Marjana u jiena stess tkellimt fuqu fit-tul fl-Ittra appostolika tiegħi Mulieris dignitatem (1998).  Barra dan’ din is-sena fl-Ittra li soltu nibgħat lis-saċerdoti għal Ħamis ix-Xirka, stedinthom jergħhu jaqraw il-Mulieris dignitatem u jaħsbu fuq il-ħidmiet importanti li għandhom in-nisa fil-ħajja bħala ommijiet, aħwa u ħaddiema ma’ l-irġiel fl-appostolat.  Dan hu aspett ieħor – li m’huwiex l-istess ħaġa bħall-aspett konjugali, imma wkoll importanti ħafna – ta’ dik l-“għajnuna” li skond il-Ktieb tal-Ġenesi, in-nisa huma msejjħin biex jagħtu lill-irġiel.

Il-Knisja f’Marija tara l-ogħla espressjoni ta’ dan “il-ġenju tal-mara” u fiha tara għajn ta’ ispirazzjoni li ma tieqaf qatt.  Marija sejħet lilha nfisha “il-qaddejja tal-MUlej” (Lq 1, 38).  Bl-ubbidjenza tagħha ghall-Kelma ta’ Alla aċċettat  il-vokazzjoni għolja imma iebsa tagħha bħala mara u omm fi ħdan il-familja ta’ Nazaret.  Imħejjija biex taqdi lill, Alla, kienet lesta biex taqdi wkoll lill-oħrajn: qadi ta’ mħabba.  Proprju permezz ta’ dan il-qadi Marija kellha f’ħajjietha l-esperjenza ta’ “saltna” vera u misterjuża b’kumbinazzjoni tissejjaħ “Sultana tas-sema u ta’ l-art”.  Il-ġemgħa kollha ta’ dawk li jemmnu, hekk issejħilha; hafna nazzjonijiet u popli jsejħulha is-“Sultana” tagħhom,  Għaliha, issaltan ifisser taqdi!  Il-qadi tagħha hu li ssaltan.

Hu b’dan il-mod li rridu nifhmu l-awtorità, kemm fil-familja u kemm fis-soċjetà u fil-Knisja.  Il-vokazzjoni fundamentali ta’ kull persuna turi ruħha f’din is-“saltna”, għax kull persuna ġiet maħluqa skond ix-xbieha” ta’ Dak li hu waħdu s-Sid tas-sema u l-art u hi msejjħa  biex tkun iben adottiv Jew  bint adottiva tiegħu fi Kristu.  Il-bniedem hu l-kreatura waħdanija  li “Alla   riedha għaliha nfisha”, kif jgħallimna l-Konċilju Vatikan II; li jzid jgħid ukoll b’mod li jfisser ħafna li l-bniedem “ma jasalx biex  jagħraf lilu nnifsu kollu kemm hu jekk ma joffrix lilu nnifsu ħiereġ mill-qalb “  (Gaudium et spes, 24).

 

Is-saltna “materna” ta’ Marija hi din:  Hi li tul l-eżistenza kollha tagħha kienet don għal Binha, saret ukoll don għall-ulied kollha tal-ġens kollu tal-bnedmin, hija u tqanqal fiduċja kbira f’dawk kollha li jfittxuha biex tmexxihom  fit-triqat imwiegħra tal-ħajja, fil-mixi tagħhom lejn id-destin definittiv u traxxendenti tagħhom.  Kull wieħed jilħaq dan l-għan aħħari tiegħu  jekk iħares b’fedeltà l-vokazzjoni tiegħu:  dan il-għan jagħti tifsir u direzzjoni l-istess lill-ħidmiet ta’ l-irġiel u n-nisa fuq l-art.

11.   Did-dawl ta’ dan il-qadi” – li jekk magħmul b’mod ħieles, b’imħabba u reċiproċità juri tassew in-natura “regali” tal-bniedem – wieħed jista’  wkoll japprezza li hemm ċerta diversita’ fid-dmirijiet mingħajr ma dan ikun  ta’ preġudizzju għan-nisa, sakemm din id-diversita’ ma tkunx ġejja minn xi impożizzjoni arbitrarja, imma tkun aktarx espressjoni ta’ dak li hu speċifiku għar-raġel u għall-mara.  Din il-ħaġa għandha wkoll applikazzjoni partikulari fi ħdan il-Knisja.  Jekk  Kristu  -  b’għażla ħielsa u sovrana li tagħha jagħtuna xhieda ċara kemm l-Evanġelju u kemm it-Tradizzjoni kostanti tal-Knisja  -  ried jagħti lill-irġiel biss il-ħidma li jkunu  “ ikona” ta’ wiċċu bħala “Ragħaj “ u “ għarus” tal-Knisja permezz tal-qadi  tas-saċerdozju ministrerjali, dan bl-ebda mod ma naqqas xejn mid-drittijiet tan-nisa jew ukoll mid-drittijiet tal-membri l-oħrat al-Knisja, li ma ġewx ordnati għall-ministeru mqaddes, la darba lkoll għandhom sehem indaqs mid-dinjita’  proprja tas-saċerdozju komuni li għandu s-sisien tiegħu fil-Magħmudija.  Din l-għażla fid-drittijiet m’għandniex inħarsu lejha skond il-kriterju tal-funzjonalita’ li hu tipiku tas-soċjetajiet tal-bnedmin.  Iżda rridu nifhmuh  skond il-kriterji partikulari ta’ l-ekonomija sagramentali,  jiġifieri skond l-ekonomija tas-“sinjali”  li Alla minn rajh jagħżel  biex ikun preżenti f’nofs il-bnedmin.

Barra dan, proprju skond din l-ekonomija tas-sinjali,  ‘l hemm ukoll mill-qasam sagrementali, hemm tifsir tassew għoli għal dak li hi l-mara, kif għexitu b’mod l-aktar sublime Marija.  Infatti fil-mara li temmen, u b’mod spċjali fil-mara li hi konsagrata, hemm sura ta’ “profeżija”  (ara  Mulieris dignitatem, 29),  simboliżmu ta’ qawwa liema bħalha, “karattru ta’ ikona” li jfisser ħafna, li jsib il-milja sħiħa tiegħu f’Marija, u jfisser ukoll sewwa l-essenza tal-Knisja bħala Kommunita’ konsagrata b’qalb verħinali sħiħa biex tkun “l għarusa” ta’ Kristu u omm dawk kollha li jemmnu.  Meta nqisu  sewwa l-“ikona” tal-ħidma tar-raġel u l-“ikona” tal-ħidma tal-mara li huma komplementari għal xulxin, jidhru aħjar tnejn mid-dimensjonijiet essenzjali tal-Knisja :  id-dimensjoni  “Marjana”  u d-dimensjoni   appostolika ta’ San Pietru  (ara ibid, 27).   

Min-naħa l-oħra  -  kif ktibt lis-saċerdoti fl-ittra ta’ Ħamis ix-Xirka ta’ din is-sena – is-saċerdozju ministerjali, skond il-pjan ta’  Alla  “mhuwiex xi espressjoni ta’ ħakma, imma ta’ servizz” (n. 7).  Il-Knisja teħtieġ minnufih fit-tiġdid tagħha ta’ kuljum fid-dawl tal-Kelma ta’ Alla, li turi dejjem aktar l-importanza ta’ din il-ħaġa, kemm billi ġġib ‘il quddiem spirtu ta’ xirka u kemm billi tieħu ħsieb dawk il-mezzi kollha ta’ tisħib li huma proprju tagħha, u kemm billi tirrespetta u ġġib ‘il quddiem  ‘il ħafna kariżmi personali u komunitarji li l-Ispirtu ta’  Alla  jqassam għall-bini tal-komunita’ nisranija u għall-qadi tal-ħens kollu tal-bnedmin.

D’dan il-qasam ta’ servizz, il-Knisja tul l-elfejn sena ta’ l-istorja tagħha, minkejja l-kundizzjonamenti kollha ta’ l-istorja, rat tassew bl-esperjenza tagħha x’inhu l-“ġenju tal-mara”;  minn qalb il-Knisja ħarġu nisa ta’ qawwa kbira li ħallew impressjoni kbira u kienu ta’ benefiċju liema bħalu fl-istorja tad-dinja.  Ħsiebi jmur fil-kotra l-kbira tan-nisa martri, qaddisin, u mistiċI magħrufa.  B’mod partikulari ħsiebi kmur f’Santa Katerina ta’ Siena u f’ Santa Tereża ta’ Avila:  lilhom il-Papa Pawlu  VI  żejjinhom bit-titlu  ta’ Dutturi tal-Knisja.  U kif nistgħu ninsew ‘il  ħafna nisa, ispirati mill-fidi tagħhom, li kienu responsabbli ta’ inizjattivi ta’ importanza soċjali straordinarja, l-aktar biex jaqdu l-ifqar fost il-foqra?  Il-ħajja tal-Knisja fit-tielet elf sena ħgur mhux se tkun nieqsa minn wirjiet ġodda u ta’ l-għaġeb tal-“ġenju tal-mara”.

12.   Qed taraw mela, ħuti nisa, x’raġuni għandha l-Knisja li nittama ħafna li l-Konferenza tal-Ġnus Magħquda  f’Beijing  turi l-verita sħiħa dwar il-mara.  Trid tingħata importanza speċjali lill- “ġenju tal-mara”’mhux biss billi jiġu mfakkra n-nisa kbar u magħrufin ta’ l-imgħoddi u ta’ llum, imma wkoll dawk in-nisa ordinarji li juru x’inhu d-don tan-natura tagħhom ta’ nisa billi jaqdu lill-oħrajn fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.  Meta l-mara kull jum tagħti lilha nfisha lill-oħrajn, hi tkun tgħix l-ogħla vokazzjoni tagħha.  Aktar mill-irġiel, in-nisa jaċċettaw il-persuna, għax huma persuni fil-fond ta’ qalbhom.  Jaraw l’ hemm minn kull sistema ideoloġika jew politika.  Jaraw lill-oħrajn fil-kobor tagħhom u fil-limitazzjonijiet kollha tagħhom, u jersqu lejhom biex jgħinuhom.  B’dan il-mod il-pjan fundamentali tal-Ħallieq iseħħ fl-istorja ta’ l-umanità u fiha kontinwament, fil-varjeta’ tal-vokazzjonijiet tal-mara, jidher dak il-ġmiel -  mhux biss fiżiku, iżda fuq kollox spiritwali  -  li Alla sa mill-bidu ta lill kulħadd, b’mod partikulari lill-mara.  Waqt li fit-talb tiegħi nafda lil Alla s-suċċess tal-laqgħa importanti ta’ Beijing, jien nistieden il-komunitajiet ekkleżjali kollha biex din is-sena jagħmluha sena ta’ radd il-ħajr mill-qalb lill-Ħallieq u l-Feddej tad-dinja għad-don ta’ dan it-teżor kbir li hi l-mara.  Fl-aspetti kollha tagħha, il-mara hi parti essenzjali mill-wirt ta’ l-umanità u ta’ l-istess Knisja. 

Jalla  Marija, is-Sultana ta’ l-imħabba, tħares in-nisa kollha u l-missjoni tagħhom  għall-qadi tal-ġens kollu tal-bnedmin, għall-paċi, għax-xandir tas-Saltna ta’ Alla!  Bil-barka tiegħi. 

Mill-Vatikan, 29 ta’ Ġunju 1995, fis-solennita’ ta’ San Pietru u San Pawl.

 

JOANNES  PAULUS  PPII