Mis-Sit tal-Grupp Familji Nsara.
...>
Versi u melodija Portugiżi
Adattament għall-Malti: George Sammut
Arranġament mużikali: Mro Philip Vella
Tkanta: Annabelle Debono |
Innu -
Talba għall-Familja
Nitolbuk, O Mulej, mit-tiġrib żomm 'il bogħod
kull familja,
Sabiex ebda familja ma tħoss tal-imħabba n-nuqqas,
'Ma kull koppja miżżewġa titwaħħad fir-ruħ u
fil-ġisem,
Hekk li b'xejn ma jitkisser, jisfuma ta' qlubhom
il-ħolm.
Jalla jkun li għall kenn ta' dar xierqa tinstab
kull familja,
Jalla l-ħajja u s-sliem ta' kull koppja ma
jheddidhom xejn,
Jalla t-tama, il-fiduċja jimlew ta' ħajjithom
ix-xefaq,
Jalla jgħixu bla biża' ta' miegħu x'se jġib
il-futur.
Ritornell
B'ta' kull wieħed is-sehem il-familja trid
tikber kuljum
Għal uliedu mudell ta' rġulija jrid joffri l-missier,
Waqt li l-omm fuklar tkun li d-dar jimla
bis-sħana, il-ferħ,
Hekk jitgħallmu x'saħħa għandha, x'qawwa għandha
l-imħabba, l-ulied,
Berkiln'int O Mulej il-familji. Ammen
Berkiln'int O mulej il-familji. Ammen
(x2)
Lil xulxin imħabbithom bla qjies joffru l-mara u
raġel,
U qabel jorqdu ta' għelthom il-maħfra jitolbu
mill-qalb.
Lil uliedhom min-nieqa jgħallmuhom il-kobor
tal-ħajja,
U kuljum għalenija jinġabru ħerqana fit-talb.
Waqt li jħarsu bil-ħajr lejn t'uliedhom
fil-għożża t-trobbija,
Bil-kuraġġ, 'il quddiem, magħqudin, jimxu l-omm
u l-missier.
Jalla l-kewkba li tilma wenniesa f'ta' triqthom
il-għabex
Tkun il-kewkba tat-tama fl-imħabba li qatt
m'għandha tmiem.
Ritornell
B'ta' kull wieħed is-sehem il-familja........
Berkiln'Int, O Mulej il-familji. Ammen.
Berkiln'Int, O Mulej il-familji. Ammen
(x2) |