1. FUQHIEX QED NITKELLMU

 

Biex inkunu nistgħu niftehmu aħjar huwa importanti li nkunu nafu fuqhiex qed nitkellmu.  Għalhekk se ngħid x’nifhem bi kliem jew sitwazzjonijiet fundamentali, ki jissemmew spiss f’dan il-ktejjeb.

 

FAMILJA 

Familja hija raġel u mara li jintrabtu għal ħajjithom kollha f’patt taż-żwieġ, kif irid Alla, bl-iskop li jkunu għal xulxin ta’ għajnuna, protezzjoni, imħabba u kumpanija, għas-sodisfazzjon tas-sesswalità tagħhom; għat-tnissil u t-trobbija fl-imħabba ta’ ulied u l-iżvilupp tal-bnedmin.(1)

 

SEPARAZZJONI

Il-miżżewġin huma fid-dmir li jgħixu ħajja komuni flimkien taħt saqaf wieħed, kif jitolbu bl-istess għaqda bejniethom u l-ġid tal-familja.  L-istess imħabba u l-ġid ta’ l-ulied jitolbu li meta xi parti tiżbalja, anki xi drabi serjament, il-parti l-oħra tkun taf u trid li taħfer. 

Pero’ minħabba ċirkustanzi li jistgħu jinqalgħu, u li huma msemmijin fil-liġi ċivili u tal-Knisja, jista’ jiġri li ma jkunx aktar possibbli li mara u raġel jibqgħu flimkien....  F’każi bħal dawn il-liġi tippermetti li l-koppja tissepera u l-miżżewġin jgħixu separatament.  Iżda r-rabta taż-żwieġ bejniethom tibqa’ u allura ma jkunux jistgħu jerġgħu jiżżewġu lill ħaddieħor.(2)

F’pajjiżi oħra, fejn jingħata d-divorzju, is-separazzjoni hija iż-żmien lit rid tjistenna l-koppja  qabel tingħata d-divorzju.

 

DIKJARAZZJONI TA’ NULLITÁ

Dikjarazzjoni ta’ nullità tfisser  tiddjara xi ħaġa qatt ma seħħet, qatt ma kienet teżisti. Għalhekk għall-każ taż-żwieġ, dikjarazzjoni ta’ nullità tfisser li wara li jkun sar studju serju u bir-reqqa, l-awtorita’ kompetenti, tiddikjara li dak li kien jidher żwieg, fil-fatt ma kien żwieġ qatt.

F’pajjiżna jeżistu dikjarazzjoni ta’ nullita’ kemm mill-Qorti Ċivili kif ukoll mit-Tribunal tal-Knisja.  Għal min irid jgħix ta’ nisrani, għandu joqgħod biss fuq id-dikjarazzjonijiet tat-Tribunal tal-Knisja.

 

DIVORZJU

Id-divorzju jħoll u jħassar dak li sa dak il-mument kien żwieġ validu.  Fejn teżisti liġi li tippermetti d-divorzju, l-awtorita’ ta’ l-Istat, f’ċerti  ċiskostanzi, li kull ma jmorru qegħdin dejjem jitwessgħu u jiżdiedu bi ħsara għall-istess familja u soċjetà, tħoll ir-rabta ta’ żwieġ validu.(3)

 

Noti.

1. Dikjarazzjoni maħruġa mill-Kungress Internazzjonali tal-Familji li sar fi Praga, Repubblika Ċeka fl-20 ta’ Marzu, 1997

2. Bajada, Joseph Mons.:  L-Għażla fiż-Żwieġ (Tribunal Metropolitan  ta’ Malta, 1995) p. 46-47.3.        Ara Nota 2, pp. 47-48.

3. Ara Nota 2,  p. 50