| 
			 
  
  
  
GAUDETE 
ET EXSULTATE 
WERREJ 
TEMATIKU 
  
In-numri murija f’dan il-Werrej jirreferu 
għall-paragrafi tal-Eżortazzjoni u mhux għall-paġni. 
  
  
BEATITUDNIJIET 
§  
Bihom Ġesù fissrilna kif inkunu qaddisin: 63. 
§  
Fl-Evanġelju ta’ Luqa ma nsibux “kunu perfetti”, imma “ħennu”: 81. 
§  
Karatteristiċi jew espressjonijiet spiritwali: 110-157. 
§  
Kontra kurrent: 63. 
§  
Mhumiex xi ħaġa ħafifa: 65, 91. 
§  
Minbarra f’Mattew Kap 5, il-beatitudni tal-ħniena nsibuha wkoll f’Mattew 25:95. 
§  
Il-qawwa tax-xhieda tal-qaddisin fil-Beatitudnijiet li għexu: 109. 
§  
Trattati mill-Papa waħda, waħda: 65-94. 
  
BIBBJA jew EVANĠELJU 
§  
Fiha l-qalb hi l-veri intenzjonijiet tagħna: 83. 
§  
Fiha tintuża ta’ spiss il-kelma 
anawim b’riferenza 
għall-foqra u għall-umli: 74. 
§  
L-Evanġelju jisfa mfaqqar u mxekkel, misruq mis-sempliċità tiegħu: 58. 
§  
L-Evanġelju jistedinna nagħrfu l-verità tal-qalb tagħna: 67. 
§  
L-Evanġelju mlaħħam fil-ħajja tal-qaddisin: 19. 
§  
Ħajja li tixrob mill-istess qalba tal-Evanġelju: 55. 
§  
Il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù fl-Iskrittura Mqaddsa twassalna għall-Ewkaristija: 
157. 
§  
Mhux dak kollu li jgħid xi qaddis hu f’kollox fidil lejn l-Evanġelju: 22. 
§  
Is-sejħa għall-qdusija sa mill-ewwel paġni tal-Bibbja: 1. 
  
BIKI 
§  
Li nagħrfu nibku mal-oħrajn, din hi l-qdusija: 76. 
  
DEMONJU 
§  
Ara XITAN. 
  
DIXXERNIMENT 
§  
Grazzja: 170. 
	- 
	
	Għodda biex nimxu aħjar wara l-Mulej: 169.
 
	- 
	
	Ħtieġa urġenti. Mingħajru nistgħu ninbidlu f’pupazzi: 167.
 
	- 
	
	Iwassalna biex nagħrfu l-mezzi konkreti li l-Mulej jislifna: 169.
 
	- 
	
	Iwassalna għall-għarfien ta’ Alla: 170.
 
	- 
	
	Jitlob minna li nkunu lesti li nisimgħu: 172.
 
	- 
	
	Ma jeskludix l-għajnuniet tax-xjenzi umani, imma jgħaddihom: 170.
 
	- 
	
	Ma jsirx biex naraw x’nistgħu niksbu iżjed, imma biex naraw kif inwettqu 
	aħjar il-missjoni: 174.
 
	- 
	
	Meħtieġ għal kull min jemmen: 11.
 
	- 
	
	Meħtieġ li nedukaw ruħna fis-sabar ta’ Alla u ż-żminijiet tiegħu: 174.
 
	- 
	
	Meħtieġ partikolarment illum minħabba d-distrazzjonijiet: 167.
 
	- 
	
	Mhux analiżi prużuntuża tagħna nfusna: 175.
 
	- 
	
	Quddiem Alla: 62.
 
	- 
	
	Tal-ispirti jeħlisna mir-riġidità: 173.
 
 
  
DIXXIPLI 
	- 
	
	Ġesù għex flimkien mad-dixxipli tiegħu u man-nies sempliċi tal-poplu: 143.
 
	- 
	
	Ġesù kien jistieden lid-dixxipli tiegħu joqogħdu attenti għad-dettalji: 144.
 
	- 
	
	Ġesù nnifsu jiffesteġġja r-rebħiet tad-dixxipli tiegħu: 159.
 
	- 
	
	Indispensabbli għad-dixxiplu li joqgħod mal-Imgħallem, jisimgħu, jitgħallem 
	minnu: 150.
 
	- 
	
	Meta d-dixxipli telqu lejn kull naħa, il-Mulej kien jaħdem magħhom: 136.
 
	- 
	
	Wara l-qawmien, kull fejn kienu jirfsu d-dixxipli kien ikun hemm ferħ kbir: 
	124.
 
 
  
EWKARISTIJA 
	- 
	
	Il-Kelma u l-Ewkaristija jagħmluna iktar aħwa u jibdluna f’komunità: 142.
 
	- 
	
	Il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù fl-Iskrittura Mqaddsa twassalna għall-Ewkaristija: 
	157.
 
 
  
EŻAMI TAL-KUXJENZA 
	- 
	
	Sejħa lill-Insara li jagħmlu kuljum l-eżami tal-kuxjenza: 169.
 
 
  
EŻORTAZZJONI GAUDETE ET EXSULTATE 
	- 
	
	L-għan tal-Eżortazzjoni hu li tidwi għal darb’oħra s-sejħa għall-qdusija: 2, 
	10.
 
	- 
	
	Mhix trattat dwar il-qdusija: 2.
 
 
  
FAMILJA 
	- 
	
	L-Amoris lætitia tagħlaq bl-ispiritwalità tal-ħajja tal-familja: 28.
 
	- 
	
	Dawk li jistabru biex jistgħu jsalvaw lill-familja tagħhom: 119.
 
	- 
	
	Il-ħajja komunitarja fil-familja hi magħmula minn tant dettalji ċkejkna: 
	143.
 
 
  
FERĦ 
	- 
	
	Aspetti tal-ħajja fejn ma hemmx ferħ: 29.
 
	- 
	
	Esperjenzi ta’ ferħ li ma jiġux mil-loġika tad-dinja: 174.
 
	- 
	
	Ferħ bil-ġid tal-oħrajn daqslikieku kien tiegħek: 117.
 
	- 
	
	Ferħ konsumista u individwalista preżenti f’xi esperjenzi kulturali tal-lum: 
	128.
 
	- 
	
	Ferħ li għalih ġejna maħluqin: 1.
 
	- 
	
	Ferħ li ngħixuh f’komunjoni: 128.
 
	- 
	
	Ferħ meta jaqilgħu ħażen u gideb kontra tagħna minħabba Ġesù: 94, 118.
 
	- 
	
	Ferħ u sens ta’ umoriżmu: 122-128.
 
	- 
	
	Fl-għotja tagħha nfisha l-persuna tilħaq il-veru ferħ: 64.
 
	- 
	
	Ġmiel u l-ferħ fl-Evanġelju: 57, 108.
 
	- 
	
	Kristu li jrid jgħix magħna bil-ferħ: 25.
 
	- 
	
	Il-mixja tal-qdusija hi għajn ta’ paċi u ta’ ferħ: 164.
 
	- 
	
	Normalment il-ferħ Nisrani hu msieħeb mis-sens tal-umoriżmu: 126.
 
	- 
	
	Qdusija li ma tiħux saħħa, ħajja u ferħ: 32.
 
	- 
	
	Tqaddes billi tgħix l-għotja tiegħek bil-ferħ: 15.
 
	- 
	
	Wara l-imħabba tal-karità bilfors jiġi l-ferħ: 122.
 
	- 
	
	Xejn ma jista’ jeqred il-ferħ sopranaturali: 125.
 
 
  
FIDI 
	- 
	
	Dak li jgħodd tassew hu l-fidi li taħdem permezz tal-imħabba: 60.
 
	- 
	
	Fidi li tesprimi ruħha fit-talb fost l-armi fit-taqbid: 162.
 
	- 
	
	Fidi u l-karità li bihom nagħraf fil-persuna l-oħra essri uman bl-istess 
	dinjità tiegħi: 98.
 
	- 
	
	Ġustifikazzjoni bil-fidi fi Kristu: 52.
 
	- 
	
	Għajxien tassew tal-fidi u l-karità: 8.
 
	- 
	
	Injostiċi li jemmnu li bl-ispjegi tagħhom jistgħu jagħmlu li tinftiehem 
	il-fidi: 36.
 
	- 
	
	Injostiċiżmu li jissupponi fidi magħluqa fis-suġġettiviżmu: 36.
 
	- 
	
	Niddefendu l-fidi tagħna bil-ħlewwa: 73.
 
	- 
	
	Persuna li titlob ir-rużarju bil-fidi: 16.
 
	- 
	
	Talb mimli fidi ħelwa u fiduċja qawwija: 154.
 
	- 
	
	Żebliħ li jipprova jisfigura l-fidi tagħna u jgħaddina ta’ nies boloh: 94.
 
 
  
FOQRA 
	- 
	
	Alla 
	jinqeda bina 
	minkejja dnubietna, minkejja l-faqar u d-difetti tagħna: 107.
 
	- 
	
	
	Anawim użata 
	fil-Bibbja b’riferenza għall-foqra u għall-umli: 74.
 
	- 
	
	Faqar fl-ispirtu li hu marbut mal-indifferenza qaddisa: 69.
 
	- 
	
	Ġesù jsejjaħ hienja lill-foqra fl-ispirtu, li għandhom qalb fqajra: 68.
 
	- 
	
	Ġustizzja li tesprimi ruħha fit-tfittxija tal-ġustizzja għall-foqra u 
	d-dgħajfa: 79.
 
	- 
	
	Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet: 67-70.
 
	- 
	
	Ħlewwa li hi espressjoni oħra tal-faqar ġewwieni: 74.
 
	- 
	
	Ħniena li biha naqbżu għall-oħrajn fil-faqar tagħhom: 106.
 
	- 
	
	Li l-pellegrini foqra jiġu ttrattati bl-ikbar għożża u żelu: 102.
 
	- 
	
	Li nkunu foqra fil-qalb tagħna, din hi l-qdusija: 70.
 
	- 
	
	Luqa fl-evanġelju, ma jitkellimx fuq faqar fl-ispirtu, imma li nkunu foqra u 
	daqshekk: 70.
 
	- 
	
	Sejħa ta’ Kristu biex nagħrfuh fil-foqra u f’dawk li qed ibatu: 96.
 
 
  
ĠESÙ KRISTU 
	- 
	
	Aħna ħielsa bil-ħelsien ta’ Ġesù, imma hu jsejħilna ngħarblu x’hemm fina: 
	168.
 
	- 
	
	Dwar il-maħfra: 82.
 
	- 
	
	Dwar il-mixja kontra l-kurrent: 90.
 
	- 
	
	Dwar l-għatx għall-ġustizzja: 77-79.
 
	- 
	
	Dwar meta jaqilgħu l-gideb kontra tagħna: 94.
 
	- 
	
	Faraġ minn Ġesù u mhux mid-dinja: 76.
 
	- 
	
	Fissrilna b’sempliċità kbira xi jfisser inkunu qaddisin: 63.
 
	- 
	
	Għex flimkien mad-dixxipli tiegħu u man-nies sempliċi tal-poplu: 143.
 
	- 
	
	Il-ħajja kollha ta’ Ġesù hi misteru tal-Fidwa: 20.
 
	- 
	
	Il-ħajja kollha ta’ Ġesù hi r-Rivelazzjoni tal-Missier: 20.
 
	- 
	
	Inħallu lil Ġesù jeħodha f’idejh u jibgħatna f’missjoni: 131.
 
	- 
	
	Jagħtina ċertezza: 124.
 
	- 
	
	Jeħtieġ naraw lil Kristu fl-uċuħ ta’ dawk li fihom ried jara lilu nnifsu: 
	96.
 
	- 
	
	Jgħid lill-ippersegwitati: “Ifirħu u thennew”: 1.
 
	- 
	
	Jgħidilna li qed nilqgħu lilu stess f’kull barrani: 102.
 
	- 
	
	Jħabbat il-bieb tagħna kultant biex jidħol u ġieli biex inħalluh joħroġ: 
	136.
 
	- 
	
	Jiftħilna triq fejn nistgħu nagħrfu wiċċ il-Missier u dak ta’ ħuna: 61.
 
	- 
	
	Jiġi jiltaqa’ magħna u jtennilna: “Tibżgħu xejn”: 129.
 
	- 
	
	Jimxi qabilna f’ħuna: 135.
 
	- 
	
	Jipproponi l-qalb ħelwa minkejja li dan jidher impossibbli: 71.
 
	- 
	
	Jwiegħed lil dawk li huma safja f’qalbhom li jaraw ’l Alla: 86.
 
	- 
	
	Kien għani, ftaqar: 70.
 
	- 
	
	Kien jistieden lid-dixxipli tiegħu joqogħdu attenti għad-dettalji: 144.
 
	- 
	
	Kliem Ġesù jmur ħafna kontra l-kurrent: 65.
 
	- 
	
	Kontemplazzjoni tal-wiċċ ta’ Ġesù li tibni mill-ġdid l-umanità tagħna: 151.
 
	- 
	
	Kristu fl-Ewkaristija huwa l-ikbar qima li tista’ tingħata lil Alla f’din 
	id-dinja: 157.
 
	- 
	
	Kristu hu s-sliem tagħna: 121.
 
	- 
	
	Kristu jaqsam magħna l-istess ħajja tiegħu ta’ Rxoxt: 18.
 
	- 
	
	Laqgħa ma’ Ġesù fl-Iskrittura Mqaddsa li twassalna għall-Ewkaristija: 157.
 
	- 
	
	Fil-Missierna, riedna nitolbu lill-Missier jeħlisna mill-Ħażin: 160.
 
	- 
	
	Ma kkonċentrax fuqu nnifsu: 131.
 
	- 
	
	Ma nistgħux nifhmu lil Kristu mingħajr is-Saltna li hu ġabilna: 25.
 
	- 
	
	Ma rridux nimmansaw il-qawwa tal-wiċċ ta’ Kristu: 151.
 
	- 
	
	Missjoni fi Kristu: 19-24.
 
	- 
	
	Nikkontemplaw lil Ġesù Kristu: 22.
 
	- 
	
	Nikkontemplaw l-istorja mil-lenti ta’ Ġesù Rxoxt: 139.
 
	- 
	
	Nnifsu jiffesteġġja r-rebħiet tagħna: 159.
 
	- 
	
	Nwettqu fil-ħajja tagħna diversi aspetti tal-ħajja ta’ Ġesù: 20.
 
	- 
	
	Persekuzzjoni minħabba l-isem ta’ Ġesù: 118.
 
	- 
	
	Il-profeti ħabbru ż-żmien ta’ Ġesù, li aħna qegħdin ngħixu: 123.
 
	- 
	
	Ir-rabta ta’ Kristu mal-Knisja mudell għall-koppja miżżewġa: 14.
 
	- 
	
	Sehem ukoll mill-uffiċċju profetiku ta’ Kristu: 8.
 
	- 
	
	Sfida tagħna li ngħixu l-għotja billi nitwaħħdu dejjem iżjed ma’ Ġesù: 28.
 
	- 
	
	L-Ispirtu s-Santu jislet mill-għana ta’ Ġesù Kristu u jagħti lill-poplu 
	tiegħu: 21.
 
	- 
	
	L-Ispirtu s-Santu juri x’qed jistenna minna Ġesù f’kull waqt tal-eżistenza: 
	23.
 
	- 
	
	Umiljazzjoni li twasslek biex issir tixbah lil Ġesù: 118, 120.
 
	- 
	
	Wegħda tal-għaġeb ta’ Ġesù lil dawk li jħabirku għall-paċi: 88.
 
	- 
	
	Wera x-xewqa li nkunu ħaġa waħda fih u fil-Missier: 146.
 
	- 
	
	Wissa dwar it-tentazzjoni li biha niżolqu lejn il-korruzzjoni: 165.
 
 
  
ĠUSTIZZJA jew INĠUSTIZZJA 
	- 
	
	Dawk li jfittxu s-sliem jiżirgħu fis-sliem u jkollhom il-frott 
	tal-ġustizzja: 88.
 
	- 
	
	Fittxu d-dritt, sewwu l-inġustizzji, iddefendu l-iltim, aqbżu għall-armla: 
	79.
 
	- 
	
	Fittxu l-ewwel is-Saltna u l-ġustizzja ta’ Alla: 25.
 
	- 
	
	Ġustizzja li jipproponi Ġesù mhijiex bħal dik li tfittex id-dinja: 78.
 
	- 
	
	Għatx għall-ġustizzja: 77-79.
 
	- 
	
	Ħniena li ma teskludix il-ġustizzja u l-verità, anzi hi l-milja 
	tal-ġustizzja: 105.
 
	- 
	
	Li nfittxu l-ġustizzja b’ġuħ u għatx kbir, din hi l-qdusija: 79.
 
	- 
	
	Ma nistgħux infittxu ideal ta’ qdusija li jinjora l-inġustizzja: 101.
 
	- 
	
	Min hu hu nieqes mill-egoċentriżmu jfittex il-ġustizzja: 119.
 
	- 
	
	Nies li ġew ippersegwitati għax issieltu għall-ġustizzja: 90.
 
	- 
	
	Sajmin mill-vera ġustizzja u ġġustifikati biss bil-fidi fi Kristu: 52.
 
	- 
	
	Salib, taħbit u tiġrib minħabba l-mixja tal-ġustizzja: 92.
 
	- 
	
	Tista’ tkun sinonima mal-fedeltà li b’ħajjitna kollha nuru lejn ir-rieda ta’ 
	Alla: 79.
 
	- 
	
	Uħud ma jridux jitqabdu għall-vera ġustizzja u jagħżlu li jirkbu l-karru 
	tar-rebbieħa: 78.
 
 
  
ĦAJJA UMANA 
	- 
	
	Alla, u mhux il-bniedem, hu s-sid ta’ kull ħajja umana: 32.
 
	- 
	
	Għandna nfittxu lill-Mulej f’kull ħajja umana: 42.
 
	- 
	
	Il-ħarsien tal-innoċenti li għadu ma twelidx: 101.
 
 
  
ĦIDMA 
	- 
	
	Tqaddes bil-ħidma tiegħek f’servizz għal ħutek: 14.
 
	- 
	
	Ħidma li tqaddes: 25 – 31.
 
	- 
	
	Ma titqaddes qatt jekk ma tintefax biex toħroġ l-aħjar li hemm fik 
	għall-ħidma ma’ Kristu: 25.
 
	- 
	
	Żelu spiritwali ma jmurx mat-telqa fil-ħidma: 30.
 
	- 
	
	Ħajja u ħidma mal-oħrajn hi triq biex wieħed jikber spiritwalment: 141.
 
	- 
	
	Ħidma sopranaturali ta Alla li ssaffi u ddawwal: 14, 53.
 
 
  
ĦNIENA 
	- 
	
	Beatitudni li ssejjaħ hienja lil dawk li juru ħniena: 95.
 
	- 
	
	Għerf Nisrani veru li qatt jinfired mill-ħniena mal-proxxmu: 46.
 
	- 
	
	Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena: 79.
 
	- 
	
	Hi kriterju ta’ min huma l-ulied veri tal-Missier: 105.
 
	- 
	
	Hi l-qalb tħabbat tal-Evanġelju: 97.
 
	- 
	
	Ħniena ta’ Alla li ħarset lejna lkoll: 82.
 
	- 
	
	Li nħarsu u nġibu ruħna bi ħniena, din hi l-qdusija: 82.
 
	- 
	
	Mixja awtentika ta’ talb u l-ħniena: 105.
 
	- 
	
	Opri tal-ħniena u ta’ tjieba: 46.
 
	- 
	
	Żewġ aspetti tal-ħniena: 80.
 
 
IDEOLOĠIJA/I 
	- 
	
	L-ideoloġiji jwasslu għal żewġ żbalji li jagħmlu ħsara kbira: 100.
 
	- 
	
	L-ideoloġiji li jnaqqru mill-qalb tal-Evanġelju: 100-103.
 
	- 
	
	L-Injostiċiżmu hu waħda mill-agħar ideoloġiji: 40.
 
 
  
INJOSTIĊIŻMU U PELAĠJANIŻMU 
	- 
	
	Injostiċiżmu u Pelaġjaniżmu: 35-62.
 
	- 
	
	Huma żewġ falsifikazzjonijiet li jistgħu jiżgwidawna: 35.
 
	- 
	
	Il-Pelaġjaniżmu u l-insistenza dwar rieda umana u sforz tal-persuna: 47-48.
 
	- 
	
	Injostiċi dwar l-Ispirtu u r-raġuni: 42.
 
	- 
	
	Injostiċi li stkerrhu s-sempliċità tal-Evanġelju ta’ Alla Trinitarju: 43.
 
	- 
	
	Injostiċiżmu li hu waħda mill-agħar ideoloġiji: 40.
 
	- 
	
	Injostiċiżmu li jissupponi fidi magħluqa fis-suġġettiviżmu: 36.
 
	- 
	
	Injostiċiżmu li joħloq konfużjoni għax jibni fuq hemm wieħed kapaċi jifhem: 
	37.
 
	- 
	
	Injostiċiżmu li min-natura tiegħu stess jipprova jimmanipula l-misteru: 40.
 
	- 
	
	
	San Franġisk ta’ Assisi 
	dwar it-tentazzjoni tal-Injostiċiżmu: 46.
 
	- 
	
	Xejriet ġodda ta’ Injostiċiżmu u Pelaġjaniżmu jxekklu l-mixja lejn 
	il-qdusija: 62.
 
 
  
INTERNET 
	- 
	
	Nsara f’nofs xbieki ta’ vjolenza verbali permezz tal-internet: 115.
 
 
  
KARATTERISTIĊI TAL-QDUSIJA 
	- 
	
	Ferħ u s-sens ta’ umoriżmu: 122-128.
 
	- 
	
	Kuraġġ u ħeġġa: 129-139.
 
	- 
	
	Mixja komunitarja: 140-146.
 
	- 
	
	Sabar u ħlewwa: 112-121.
 
	- 
	
	Talb: 147-157.
 
 
  
KARITÀ 
(fis-sens ta’ għajnuna lil min hu fil-bżonn) 
	- 
	
	Fost l-oħrajn il-fidi tesprimi ruħha fl-opri ta’ karità: 162.
 
	- 
	
	Kieku kelli nqassam ġidi kollu fil-karità: 85.
 
 
  
KARITÀ 
(fis-sens ta’ mħabba) 
	- 
	
	Il-fidi u l-karità: 8, 98.
 
	- 
	
	Wara l-imħabba tal-karità bilfors jiġi l-ferħ: 122.
 
 
  
			
KATEKIŻMU TAL-KNISJA KATTOLIKA 
	- 
	
	Dwar ir-regola tad-deheb: 80.
 
	- 
	
	Ifakkarna li d-don tal-grazzja jisboq l-intelliġenza u r-rieda tal-bniedem: 
	54.
 
 
  
KNISJA 
	- 
	
	Anki barra mill-Knisja Kattolika: 9.
 
	- 
	
	Fiha rridu nimxu bil-ħlewwa u żbaljajna meta ma sarx hekk: 73.
 
	- 
	
	Fiha ssib dak kollu li teħtieġ biex tikber fil-qdusija: 15.
 
	- 
	
	Flok tegħja, tibqa’ miexja ’l quddiem billi tilqa’ s-sorpriżi tal-Mulej: 
	139.
 
	- 
	
	Ħajja tal-Knisja li tista’ tinbidel f’oġġett għal ġol-mużew jew fi proprjetà 
	tal-ftit: 58.
 
	- 
	
	Ħniena li hi l-fus li jwieżen il-ħajja tal-Knisja: 105.
 
	- 
	
	Infittxu fit-teżor tal-Knisja: 175.
 
	- 
	
	Injostiċi b’kunċett ta’ Alla mingħajr Kristu, Kristu mingħajr Knisja, Knisja 
	mingħajr poplu: 37.
 
	- 
	
	Kkanonizzat f’diversi okkażjonijiet, komunitajiet sħaħ: 141.
 
	- 
	
	M’għandhiex bżonn ta’ tant burokrati u funzjonarji, imma ta’ missjunarji 
	mqanqla: 138.
 
	- 
	
	Matul l-istorja tal-Knisja: 37.
 
	- 
	
	Preċetti tal-Knisja li għandhom jiġu imposti b’moderazzjoni: 59.
 
	- 
	
	Qdusija li hi l-isbaħ wiċċ tal-Knisja: 7, 9.
 
	- 
	
	Qdusija tal-Knisja li tiġi permezz tal-umiljazzjonijiet ta’ Kristu: 118.
 
	- 
	
	Tagħlim tal-Knisja li hu spiss minsi: 52-56.
 
	- 
	
	Xejriet ġodda ta’ Injostiċiżmu fil-Knisja: 62.
 
 
  
KOMUNITÀ 
	- 
	
	Diversi okkażjonijiet li fihom il-Knisja kkanonizzat komunitajiet sħaħ: 141.
 
	- 
	
	Fiha għandna nfittxu dak li jġib is-sliem: 88.
 
	- 
	
	Fil-komunità: 140-146.
 
	- 
	
	Ħadd ma jsalva waħdu, imma f’relazzjonijiet interpersonali fil-komunità: 6.
 
	- 
	
	Ħajja komunitarja li f’kull komunità hi magħmula minn dettalji ċkejkna 
	tal-ħajja ta’ kuljum: 143
 
	- 
	
	Komunità li tħares id-dettalji ċkejkna tal-imħabba: 145.
 
	- 
	
	Msejħa toħloq spazju fejn induqu l-preżenza mistika tal-Mulej: 142.
 
	- 
	
	Qdusija li hi mixja komunitarja: 141.
 
 
  
KONSUMIŻMU 
	- 
	
	Fost il-fatturi fil-kultura tal-lum: 111.
 
	- 
	
	Il-konsum tal-informazzjoni superfiċjali jista’ jkunu fattur ta’ sturdament: 
	108.
 
	- 
	
	Individwaliżmu konsumista jaqtagħna waħidna niġru wara l-ġid li ħadilna 
	ħaddieħor: 146.
 
	- 
	
	Konsumiżmu edonista jista’ jonsobna: 108.
 
	- 
	
	Ma jagħmilx għajr itaqqal il-qalb: 128.
 
	- 
	
	Offerti bla tarf ta’ konsum xi drabi ma jħallux spazji vojta għal-leħen ta’ 
	Alla: 29.
 
	- 
	
	Soċjetà tal-konsumi tista’ tibdilna f’persuni msejkna li qatt m’aħna 
	sodisfatti: 108.
 
	- 
	
	Uħud f’ħajja ta’ konsum, waqt li oħrajn iħarsu biss minn barra: 101.
 
 
  
KONTEMPLAZZJONI 
	- 
	
	Aħna msejħin ngħixu l-kontemplazzjoni anki qalb l-azzjoni: 26.
 
	- 
	
	Hi l-kontemplazzjoni tal-wiċċ ta’ Ġesù li terġa’ tibni mill-ġdid l-umanità 
	tagħna: 151.
 
	- 
	
	Ħidmiet li mal-kontemplazzjoni ma jżommuhiex lura: 47.
 
	- 
	
	Inħallu lill-Ispirtu s-Santu jgħinna nikkontemplaw l-istorja mil-lenti ta’ 
	Ġesù Rxoxt: 139.
 
	- 
	
	It-talb mhux kontemplazzjoni pura ta’ Alla li jeskludi ’l ħutna: 154.
 
	- 
	
	Kontemplazzjoni ta’ Kristu  li fiha jeħtieġ narawh l-aktar fl-uċuħ ta’ dawk 
	li fihom hu ried jara lilu nnifsu: 96.
 
	- 
	
	Kontemplazzjoni tal-ħajja ta’ Ġesù li torjentana biex inlaħħmuhom 
	f’ħajjitna: 20, 22.
 
	- 
	
	Mħabba li tikkontempla l-misteru, tiggustah fis-silenzju: 155.
 
	- 
	
	Qaddis li jwessa’ l-konfini tiegħu fil-kontemplazzjoni tal-Mulej: 147.
 
 
  
KONVERŻJONI 
	- 
	
	Inħallu lil Ġesù jsejħilna mill-ġdid għal bidla vera f’ħajjitna: 66.
 
	- 
	
	Stedina mill-Mulej għal konverżjonijiet ġodda: 17.
 
	- 
	
	Twettiq ta’ bidla soċjali: 99.
 
 
  
KORRUZZJONI 
	- 
	
	Faċli li nsibu ruħna fix-xbieki tal-korruzzjoni: 78.
 
	- 
	
	Korruuzjoni spiritwali: 164-165.
 
	- 
	
	Korruzzjoni spiritwali li hi agħar mill-waqgħa ta’ midneb: 165.
 
	- 
	
	Twissija ta’ Ġesù kontra l-korruzzjoni spiritwali: 165.
 
 
  
KURAĠĠ 
	- 
	
	Biex taqsam fit-tbatija tal-oħrajn: 76.
 
	- 
	
	F’min hu nieqes mill-egoċentriżmu: 119.
 
	- 
	
	Għandna bżonn tal-Ispirtu biex ma neħlux: 133.
 
	- 
	
	Huma l-kuraġġ u l-ħeġġa appostolika li jagħmlu l-missjoni: 131.
 
	- 
	
	Kuraġġ u ħeġġa: 129-139.
 
	- 
	
	Nitolbu l-kuraġġ appostoliku li nwasslu l-Evanġelju: 139, 158.
 
	- 
	
	Qdusija li hi parresia:
	
	
	hi kuraġġ: 129.
 
 
  
MAĦFRA 
	- 
	
	Aħfru, u ssibu l-maħfra: 81.
 
	- 
	
	Hienja dawk li jaħfru u jagħmlu dan sa sebgħa u sebgħin darba: 82.
 
 
  
MARIJA 
	- 
	
	L-imħabba tal-Verġni Marija: 16.
 
	- 
	
	Komunità qaddisa li sawru Ġesù, Marija u Ġużeppi: 143.
 
	- 
	
	Marija li tinkuruna dawn ir-riflessjonijiet: 176.
 
	- 
	
	Marija, li għarfet tiskopri l-ġdid li ġab Ġesù: 124.
 
	- 
	
	Omm li m’għandhiex bżonn ta’ ħafna diskors: 176.
 
 
  
MEZZI TA’ KOMUNIKAZZJONI 
	- 
	
	Jistgħu jisirqulna l-ħin u jbegħduna minn ħutna fit-tbatija: 108.
 
 
  
MĦABBA 
	- 
	
	Aħna maħbuba bi mħabba bla qies: 125.
 
	- 
	
	Bi spirtu ta’ qdusija kull mument isir espressjoni ta’ mħabba: 31.
 
	- 
	
	Biha biss tagħmilha possibbli għall-bniedem li jikber fil-ħajja tal-grazzja: 
	56.
 
	- 
	
	Bżonn li f’ħajjitna nagħrfu l-imħabba kontinwa tiegħu: 51.
 
	- 
	
	Espressjoni tal-imħabba. Fil-komunità: 140-146.
 
	- 
	
	Espressjoni tal-imħabba. Il-ferħ u s-sens ta’ umoriżmu: 122-128.
 
	- 
	
	Espressjoni tal-imħabba. Kuraġġ u ħeġġa: 129-139.
 
	- 
	
	Espressjoni tal-imħabba. Nissaportu, nistabru u nuru ħlewwa: 112-121.
 
	- 
	
	Espressjoni tal-imħabba. Nitolbu l-ħin kollu. 147-157.
 
	- 
	
	Ġenituri li jrabbu lil uliedhom b’tant imħabba: 7, 16.
 
	- 
	
	Għażilna l-Mulej biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba: 2, 
	14.
 
	- 
	
	Hi fiċ-ċentru. Il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba: 60.
 
	- 
	
	Hi 
	l-milja tal-Liġi: 
	60.
 
	- 
	
	Hu minnu li m’hemmx imħabba mingħajr għemejjel ta’ mħabba: 85.
 
	- 
	
	Ħames wirjiet kbar tal-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu: 111-157.
 
	- 
	
	Ħarsien tal-innoċenti li għadu ma twelidx tesiġih l-imħabba: 101.
 
	- 
	
	Il-ħbiberija ma’ Alla hi biss don tal-inizjattiva ta’ mħabbtu: 54.
 
	- 
	
	Inkunu 
	l-imħabba 
	u l-ħniena ta’ Alla fid-dinja: 107.
 
	- 
	
	L-imħabba tal-aħwa tkattrilna l-ħila li nifirħu: 128.
 
	- 
	
	L-imħabba tal-Mulej hi bla limiti, u meta tana lilu nnifsu, ma reġa’ qatt 
	lura: 18.
 
	- 
	
	L-imħabba tal-Verġni Marija: 16.
 
	- 
	
	L-imħabba tiegħu ta’ Missier tistedinna: “Ibni, ġib ruħek tajjeb”: 127.
 
	- 
	
	L-imħabba tieqaf, tikkontempla l-misteru, tiggustah fis-silenzju: 155.
 
	- 
	
	L-imħabba u l-għotja lill-proxxmu: 100.
 
	- 
	
	L-innu tal-imħabba ta’ San Pawl: 86.
 
	- 
	
	Komunità li tħares id-dettalji ċkejkna tal-imħabba hi mkien tal-preżenza 
	tal-Irxoxt: 145.
 
	- 
	
	Kull don fil-Knisja ħiereġ mill-imħabba ta’ Alla: 15.
 
	- 
	
	Li jkejjel il-perfezzjoni tal-persuni hu l-grad ta’ mħabbithom: 37.
 
	- 
	
	Li nafu għandu jsir motivazzjoni biex inwieġbu għall-imħabba ta’ Alla: 45.
 
	- 
	
	Li nżommu ’l qalbna safja minn dak kollu li jtappan l-imħabba, din hi 
	l-qdusija: 86.
 
	- 
	
	Mhux li kien inħossuna misjuqa mill-imħabba ta’ Alla: 130.
 
	- 
	
	Mħabba perfetta li tinsab filli nistabru bin-nuqqasijiet tal-oħrajn: 72.
 
	- 
	
	Ngħix il-mument ta’ issa, u nimlieh bl-imħabba: 17.
 
	- 
	
	Orbot ma’ Alla l-imħabba ta’ qalbek: 148.
 
	- 
	
	
	Parresia 
	li hi siġill tal-Ispirtu u tagħtina ċ-ċertezza li xejn ma jista’ qatt 
	jifridna mill-imħabba ta’ Alla: 132.
 
	- 
	
	Qaddisin li diġà waslu fil-preżenza ta’ Alla jżommu magħna rabtiet ta’ 
	mħabba: 4.
 
	- 
	
	Qalb li taf tħobb ma tħallix tidħol fil-ħajja tagħha xi ħaġa li thedded dik 
	l-imħabba: 83.
 
	- 
	
	Qalb li titkebbes bin-nar tal-imħabba ta’ Alla biex tqabbad qalb l-oħrajn: 
	151.
 
	- 
	
	Qalb mimlija biha nfisha ma tħallix wisa’ għall-imħabba: 68.
 
	- 
	
	Qdusija li mhix għajr l-imħabba li tingħax b’mod sħiħ: 21.
 
	- 
	
	Salib, taħbit u tiġrib biex nistgħu ngħixu l-kmandament tal-imħabba: 92.
 
	- 
	
	Talb li hu prezzjuż jekk iwassal għall-għotja ta’ mħabba: 104.
 
	- 
	
	Talba tal-petizzjoni u l-imħabba tal-proxxmu: 154.
 
	- 
	
	Tħabrik biex nibnu ma’ Kristu s-Saltna ta’ mħabba: 25.
 
	- 
	
	Wara l-imħabba tal-karità bilfors jiġi l-ferħ: 122.
 
 
  
MISSJONI 
	- 
	
	Biex il-missjoni tiegħek ma tisfax mitlufa, ħalli lill-Ispirtu jibdlek, 
	ħallih iġeddek: 24.
 
	- 
	
	Dixxerniment biex nagħrfu kif nistgħu nwettqu aħjar il-missjoni li ġiet 
	fdata f’idejna: 174
 
	- 
	
	
	Evangelii gaudium 
	tagħlaq bi spiritwalità tal-missjoni: 28
 
	- 
	
	Ġesù fil-ħniena tiegħu jibgħatna f’missjoni: 131.
 
	- 
	
	Huma l-kuraġġ u l-ħeġġa appostolika li jagħmlu l-missjoni: 131.
 
	- 
	
	Ħajja li rridu nifhmuha bħala missjoni: 23.
 
	- 
	
	Kull qaddis jew qaddisa hu missjoni: 19.
 
	- 
	
	Li ma tistax tinfired mill-bini tas-Saltna: 25.
 
	- 
	
	Li ssib il-milja tat-tifsira tagħha fi Kristu u nifhmuha biss jekk nibdew 
	minnu: 20.
 
	- 
	
	Li tbati minħabba distrazzjoni li tinvadi ħajjitna: 30.
 
	- 
	
	L-Ispirtu s-Santu mhux se jibgħatna nwettqu missjoni u fl-istess waqt 
	jitlobna naħarbu minnha: 27.
 
	- 
	
	Mhijiex il-ħajja li għandha missjoni, imma l-ħajja nfisha hi missjoni: 27.
 
	- 
	
	Il-missjoni tiegħek fi Kristu: 19 – 24.
 
	- 
	
	Nisrani li ma jistax jaħseb fil-missjoni tiegħu mingħajr ma jara fiha mixja 
	ta’ qdusija: 19.
 
	- 
	
	Nitqaddsu fit-tħaddim responsabbli u ġeneruż tal-missjoni tagħna: 26.
 
 
  
MORALI 
	- 
	
	Qagħdiet fejn il-ġudizzju morali ma jkunx għalkollox żgur: 80.
 
	- 
	
	Użu san u umli tar-raġuni biex nirriflettu fuq it-tagħlim teoloġiku u morali 
	tal-Evanġelju: 39.
 
 
  
NISRANI 
	- 
	
	Beatitudnijiet li huma bħall-karta tal-identità tan-Nisrani: 63.
 
	- 
	
	Fi xbieki ta’ vjolenza verbali permezz tal-internet: 115.
 
	- 
	
	Ħajja tan-Nisrani li hi taqbida kontinwa: 158, 163.
 
	- 
	
	Insara msejħa biex ma jroddu lil ħadd deni b’deni: 113.
 
	- 
	
	Jidħol fiż-żarbun ta’ dak ħuh: 102.
 
	- 
	
	Li nkunu Nsara hi grazzja fl-Ispirtu s-Santu: 122.
 
	- 
	
	Ma jistax jaħseb fil-missjoni tiegħu bla ma jara fiha mixja ta’ qdusija: 19.
 
	- 
	
	Nsara b’ideoloġiji li jnaqqru mill-qalb tal-Evanġelju: 100-103.
 
	- 
	
	Nsara li llum ukoll miġbuda mill-Injostiċiżmu u l-Pelaġjaniżmu: 35, 57, 58,
	
 
	- 
	
	Qari tal-Kelma fi spirtu ta’ talb fil-ħajja tan-Nisrani: 156.
 
	- 
	
	Sejħa lill-Insara li jagħmlu kuljum l-eżami tal-kuxjenza: 169.
 
	- 
	
	Sens tal-umoriżmu u n-nisrani: 126.
 
	- 
	
	Skont kemm jitqaddes, jagħmel iżjed frott fid-dinja: 33.
 
	- 
	
	Xi jfisser tkun Nisrani: 98.
 
 
  
PAĊI 
	- 
	
	Beatitudni dwar il-paċi: 87-89.
 
	- 
	
	Dawk li jfittxu s-sliem jiżirgħu fis-sliem u jkollhom il-frott 
	tal-ġustizzja: 88.
 
	- 
	
	Għajn ta’ sliem li jesprimi ruħu fl-imġiba ta’ qaddis: 112.
 
	- 
	
	Mixja tal-qdusija li hi għajn ta’ paċi: 164.
 
	- 
	
	Sliem li hu xogħol il-grazzja u jagħtina ċertezza fina: 121.
 
	- 
	
	Talb li bih nintreħew f’Alla li hu l-għajn tas-sliem: 114.
 
	- 
	
	Tħabrik biex tibni ma’ Kristu saltna ta’ mħabba, ġustizzja u paċi għal 
	kulħadd: 25.
 
 
PARRESIA 
  
PERSEKUZZJONI 
  
PERSEVERANZA 
	- 
	
	Li naċċettaw l-umiljazzjonijiet jgħinna nirreżistu, nipperseveraw 
	fit-tajjeb: 121.
 
	- 
	
	Qdusija tal-Knisja militanti fil-perseveranza: 7.
 
	- 
	
	Xhieda tal-qdusija hi magħmula mis-sabar u l-perseveranza f’dak li hu 
	tajjeb: 112.
 
 
  
POPLU TA’ ALLA 
	- 
	
	Alla għoġbu jqaddes u jsalva l-bnedmin mhux individwalment: 6.
 
	- 
	
	Alla hu Missier, li jiċċekken biex jimxi mal-poplu tiegħu: 118.
 
	- 
	
	Esperjenza tal-patt bejn Alla u l-poplu tiegħu: 153.
 
	- 
	
	Farraġ il-Mulej lill-poplu tiegħu: 123.
 
	- 
	
	Ħafna ġesti sempliċi ta’ adorazzjoni pura fil-ħajja tal-poplu pellegrin: 
	155.
 
	- 
	
	Ħafna talb mimli fidi u fiduċja qawwija fil-ħajja tal-poplu ta’ Alla: 154.
 
	- 
	
	Qdusija fil-poplu ta’ Alla mimli sabar: 7.
 
	- 
	
	Spirtu s-Santu li jxerred il-qdusija ma’ kullimkien fil-poplu qaddis u fidil 
	ta’ Alla: 6.
 
 
  
QADDISIN 
	- 
	
	Għandkom tkunu qaddisin għax jien qaddis: 10.
 
 
	- 
	
	Għotja tagħhom għall-proxxmu: 100.
 
	- 
	
	Hemm bosta koppji miżżewġa li huma qaddisin: 141.
 
	- 
	
	Ħajjithom issejħilna biex noħorġu mill-medjokrità: 138.
 
	- 
	
	Insiru qaddisin billi ngħixu bi mħabba u noffru x-xhieda: 14.
 
 
	- 
	
	Jagħmlulna l-qalb u jimxu magħna: 3.
 
 
	- 
	
	Jevitaw li jafdaw iżżejjed fl-azzjonijiet tagħhom: 54.
 
	- 
	
	Kull qaddis jew qaddisa hu missjoni; hu pjan tal-Missier: 19.
 
 
	- 
	
	Li diġà waslu fil-preżenza ta’ Alla: 4.
 
	- 
	
	M’hemmx bżonn inkunu isqfijiet, saċerdoti, reliġjużi: 14.
 
 
	- 
	
	Mhux dak kollu li jgħid xi qaddis hu f’kollox fidil lejn l-Evanġelju: 22.
 
	- 
	
	Mhux l-għerf li jagħmilna qaddisin, imma l-ħajja li ngħixu: 47.
 
	- 
	
	Mhux li nillustraw għajnejna f’taparsi estasi: 96.
 
 
	- 
	
	Mulej li jridna qaddisin: 1.
 
 
	- 
	
	Niket li ma nkunux qaddisin: 34.
 
 
	- 
	
	Nisa li dejjem qajmu dinamiżmi spiritwali: 12.
 
	- 
	
	Profeti u qaddisin kbar li jqumu fl-iktar lejn mudlam: 8.
 
	- 
	
	Qegħdin 
	hemm iħarsuni, jgħinuni u jerfgħuni: 
	4.
 
 
	- 
	
	Spirtu s-Santu li jagħtina l-ħerqa li nkunu qaddisin: 177.
 
	- 
	
	Taħwid perikuluż meta naħsbu li diġà aħna qaddisin: 45.
 
 
	- 
	
	Tal-bieb ta’ maġenbna: 6.
 
 
	- 
	
	Xhieda tagħhom li toħroġ mill-imħabba: 16.
 
	- 
	
	Ara wkoll REFERENZI GĦAL BEATI U QADDISIN.
 
 
  
QDUSIJA 
	- 
	
	Bosta teoriji fuq x’inhi l-qdusija: 63.
 
	- 
	
	Burdata ħażina mhijiex sinjal ta’ qdusija: 126.
 
	- 
	
	Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom: 19.
 
	- 
	
	Dedikazzjoni pastorali u impenn fid-dinja mhumiex distrazzjoni fil-qdusija: 
	27.
 
	- 
	
	Frott tal-Magħmudija fil-mixja tal-qdusija: 15.
 
	- 
	
	Ġenju femminili li jidher fi stili femminili ta’ qdusija: 12.
 
	- 
	
	Hi l-frott tal-Ispirtu: 15.
 
	- 
	
	Hi l-isbaħ wiċċ tal-Knisja: 9.
 
	- 
	
	Hi l-laqgħa tad-dgħufija tagħna: 34.
 
	- 
	
	Hi magħmula minn qalb li tidra tinfetaħ għat-traxxendenza: 147.
 
	- 
	
	Hi mixja komunitarja, li nagħmlu tnejn tnejn: 141.
 
	- 
	
	Hi taqbida kontinwa: 162.
 
	- 
	
	Hi parresia
	
	
	(kuraġġ): 129.
 
	- 
	
	Ħidma li tqaddes: 25-31.
 
	- 
	
	Knisja qaddisa u magħmula minn midinbin jeħtieġ tikber fil-qdusija: 15.
 
	- 
	
	Koppji miżżewġa fejn kull parti kienet għodda għat-tqaddis tal-oħra: 141.
 
	- 
	
	Kull Nisrani, skont kemm jitqaddes, jagħmel iżjed frott fid-dinja: 33.
 
	- 
	
	Li nagħrfu nibku mal-oħrajn, din hi l-qdusija: 76.
 
	- 
	
	Li nfittxu l-ġustizzja b’ġuħ u għatx kbir, din hi l-qdusija: 79.
 
	- 
	
	Li nħarsu u nġibu ruħna bi ħniena, din hi l-qdusija: 82.
 
	- 
	
	Li nilqgħu ta’ kuljum it-triq tal-Evanġelju, din hi l-qdusija: 94.
 
	- 
	
	Li niżirgħu l-paċi madwarna, din hi l-qdusija: 89.
 
	- 
	
	Li nkunu foqra fil-qalb tagħna, din hi l-qdusija: 70.
 
	- 
	
	Li nwieġbu bi ħlewwa umli, din hi l-qdusija: 74.
 
	- 
	
	Li nżommu ’l qalbna safja minn dak kollu li jtappan l-imħabba, din hi 
	l-qdusija: 86.
 
	- 
	
	Ma nemminx fi qdusija mingħajr talb: 147.
 
	- 
	
	Ma nistgħux infittxu ideal ta’ qdusija li jinjora l-inġustizzja: 101.
 
	- 
	
	Ma tagħmlekx inqas bniedem milli int: 34.
 
	- 
	
	Mhix għajr l-imħabba li tingħax b’mod sħiħ: 21.
 
	- 
	
	Min irid jitqaddes hu msejjaħ ibati u jiddedika ħajtu sal-punt tal-għeja: 
	107.
 
	- 
	
	Mingħajr il-Kelma ta’ Ġesù, il-qdusija tibqa’ biss kelma: 66.
 
	- 
	
	Mingħajr umiljazzjonijiet la hemm umiltà u lanqas qdusija: 118.
 
	- 
	
	Missjoni u mixja tal-qdusija: 18.
 
	- 
	
	Mixja ta’ qdusija li hi għajn ta’ paċi u ta’ ferħ li l-Ispirtu jagħtina: 
	164.
 
	- 
	
	Mixja tal-qdusija li titlob li nżommu l-imsiebaħ mixgħula: 164.
 
	- 
	
	Mudelli tal-qdusija m’għandhomx jaqtgħulna qalbna: 11.
 
	- 
	
	Mumenti kollha tal-ħajja jkunu tarġiet fit-triq għall-qdusija: 31.
 
	- 
	
	Nitqaddsu fit-tħaddim responsabbli u ġeneruż tal-missjoni tagħna: 26.
 
	- 
	
	Qdusija b’ġesti żgħar: 16.
 
	- 
	
	Qdusija u taħbit ta’ kuljum: 14.
 
	- 
	
	Salib li hu għajn ta’ maturazzjoni u ta’ tqaddis: 92.
 
	- 
	
	Skiet li fih ngħarblu, fid-dawl tal-Ispirtu, it-toroq ta’ qdusija: 150.
 
	- 
	
	Spirtu ta’ qdusija jimla s-solitudni, is-servizz, l-intimità u l-impenn 
	fl-evanġelizzazzjoni: 31.
 
	- 
	
	Teoloġija u qdusija huma koppja inseparabbli: 45.
 
	- 
	
	Tfisser li ngħixu f’għaqda ma’ Kristu l-misteri ta’ ħajtu: 20, 21.
 
	- 
	
	Tibżax mill-qdusija. Mhix ħa teħodlok saħħa, ħajja u ferħ: 32.
 
	- 
	
	Tqaddis bl-identifikazzjoni ma’ Kristu fit-tħabrik biex tibni miegħu 
	s-Saltna: 25.
 
	- 
	
	Ara wkoll SEJĦA GĦALL-QDUSIJA.
 
 
  
REFERENZA GĦALL-BEATI U QADDISIN 
	- 
	
	Beata 
	Maria Gabriella Sagheddu: 
	5. 
 
	- 
	
	Beati Reliġjużi tal-ewwel Monasteru tal-Viżitazzjoni f’Madrid: 141.
 
	- 
	
	Beatu Charles de 
	Foucauld: 
	155.
 
	- 
	
	Beatu Pawlu VI: 130.
 
	- 
	
	San Bażilju l-Kbir: 52.
 
	- 
	
	San Benedittu: 102, 142.
 
	- 
	
	San Bonaventura: 46, 174.
 
	- 
	
	San Filippu Neri: 126.
 
	- 
	
	San Franġisk ta’ Assisi: 46, 100, 127.
 
	- 
	
	San Ġwann Kriżostmu: 52
 
	- 
	
	San Ġwann tas-Salib: 11, 117, 141, 148.
 
	- 
	
	San Ġwanni Pawlu II: 9, 45, 91, 96, 
 
	- 
	
	San Pawl Miki u sħabu martri: 141.
 
	- 
	
	San Pawl: 60, 73, 77, 86, 113, 122, 127, 130, 
 
 
	- 
	
	San Tumas More: 126.
 
	- 
	
	San Tumas ta’ Aquino: 59, 106.
 
	- 
	
	San Vinċenz de Paul: 100, 126.
 
 
	- 
	
	Sant’Andrija Taegon u sħabu martri fil-Korea: 141.
	
 
	- 
	
	Sant’Injazju ta’ Loyola: 69, 153.
 
	- 
	
	Santa Fawstina 
	
	Kowalska: 
	121.
 
	- 
	
	Santa Ġużeppina 
	
	Bakhita: 
	32.
 
 
	- 
	
	Santa Monika: 142.
 
	- 
	
	Santa Skolastika: 142.
 
	- 
	
	Santa Tereża ta’ Avila: 149.
 
	- 
	
	Santa Tereża ta’ Calcutta: 100, 107.
 
	- 
	
	Santa Tereża ta’ Lisieux: 72.
 
	- 
	
	
	Santu Rokku 
	Gonzáles 
	
	u San 
	Alfons Rodríguez 
	
	u sħabhom martri fl-Amerika ta’ Isfel: 141.
 
	- 
	
	Santu Wistin: 49.
 
 
  
SABAR 
SAGRAMENTI 
	- 
	
	Armi b’saħħithom li jxiddilna l-Mulej: 162.
 
	- 
	
	Fit-tqarbin inġeddu l-patt tagħna miegħu: 157.
 
	- 
	
	Ħalli l-grazzja tal-Magħmudija tħalli l-frott tagħha f’mixja ta’ qdusija: 
	15.
 
	- 
	
	L-Iskrittura Mqaddsa twassalna ghall-Ewkaristija: 157.
 
	- 
	
	Il-Kelma u l-Ewkaristija jagħmluna komunità qaddisa u missjunarja: 142.
 
	- 
	
	Missjoni li ġiet fdata f’idejna fil-Magħmudija: 174.
 
	- 
	
	Uħud mill-mezzi tat-tqaddis: 110.
 
	- 
	
	Wieħed mid-doni tal-Mulej lill-Knisja: 15.
 
 
  
SALIB  
  
SEJĦA GĦALL-QDUSIJA  
	- 
	
	Aspetti tas-sejħa għall-qdusija: 112-121.
 
	- 
	
	Insibuha b’ħafna modi fil-Bibbja: 1.
 
	- 
	
	Inwieġbu għaliha bil-ħlewwa: 73.
 
	- 
	
	Fil-kuntest attwali: 2.
 
	- 
	
	Sejħa għall-qdusija: 1-34.
 
	- 
	
	Sejħa li l-Mulej jagħmel lil kulħadd: 10, 23.
 
	- 
	
	Ara wkoll QDUSIJA.
 
 
  
SEMPLIĊITÀ 
	- 
	
	Evanġelju misruq mis-sempliċità jisfa mfaqqar u mxekkel: 58.
 
	- 
	
	Ġesù fissrilna b’sempliċità kbira xi jfisser inkunu qaddisin: 63.
 
	- 
	
	Kurrenti Injostiċi li stkerrhu s-sempliċità hekk konkreta tal-Evanġelju: 43.
 
 
  
SKIET jew SILENZJU 
	- 
	
	Biex naduraw lil Alla: 155.
 
	- 
	
	Fih insikktu l-ilħna l-oħra biex nisimgħu leħen il-Mulej: 149.
 
	- 
	
	Fih u bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu ngħarblu t-toroq tal-qdusija: 150.
 
	- 
	
	Ilkoll neħtieġu s-skiet mimli bi preżenza meqjuma: 149, 151. 
 
	- 
	
	Mhux ħarba mid-dinja: 152.
 
	- 
	
	Mhux ta’ ġid jekk wieħed jevita l-laqgħa mal-oħrajn: 26.
 
	- 
	
	Mħabba li tikkontempla l-misteru, tiggustah fis-silenzju: 155.
 
	- 
	
	Minkejja li Alla jkellimna kull ħin, ma nistgħux ma nfittux is-skiet 
	tat-talb: 171.
 
	- 
	
	Spiritwalità fil-komunità mhix kontra mumenti ta’ skiet: 29
 
 
  
SLIEM 
  
SPIRITWALITÀ 
	- 
	
	Mingħajr relazzjoni mal-Mulej, il-Kristjaneżmu jiċċaħħad mill-ispiritwalità: 
	100.
 
	- 
	
	Spiritwalità falza nieqsa mil-laqgħa ma’ Alla: 111.
 
	- 
	
	Spiritwalità maqtugħa mir-realtà: 40.
 
	- 
	
	Spiritwalità skont is-sejħa: 28.
 
 
  
SPIRTU S-SANTU 
	- 
	
	Beatitudnijiet li nistgħu ngħixuhom biss jekk l-Ispirtu s-Santu jaħkimna: 
	65.
 
	- 
	
	Ġesù nnifsu tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu: 124.
 
	- 
	
	Għandna bżonn tal-ispinta tal-Ispirtu biex ma neħlux: 133.
 
	- 
	
	Ħalli lill-Ispirtu jibdlek, ħallih iġeddek: 24.
 
	- 
	
	Inħallu aktar l-Ispirtu s-Santu jmexxina milli r-raġunamenti tagħna: 42.
 
	- 
	
	Inħallu l-Ispirtu li jmexxina fit-triq tal-imħabba: 57.
 
	- 
	
	Insawru ħajjitna kollha fuq ta’ Kristu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu: 21.
 
	- 
	
	Iqanqal sinjali tal-preżenza tiegħu li jgħinu lil dawk li jimxu wara Kristu: 
	9.
 
	- 
	
	L-Ispirtu s-Santu u d-dixxerniment: 166 
 
	- 
	
	L-Ispirtu waħdu jaf jinfed fix-xquq l-iżjed mudlama tar-realtà: 173.
 
	- 
	
	
	Ixerred il-qdusija 
	
	ma’ kullimkien fil-poplu qaddis u fidil ta’ Alla: 6.
 
	- 
	
	Jgħinna nikkontemplaw l-istorja mil-lenti ta’ Ġesù Rxoxt: 139.
 
	- 
	
	Kelma li nilqgħuha fost ħafna taħbit bil-ferħ tal-Ispirtu s-Santu: 122.
 
	- 
	
	Kull qaddis huwa messaġġ li l-Ispirtu s-Santu jislet mill-għana ta’ Ġesù 
	Kristu: 21.
 
	- 
	
	Li nkunu Nsara hi grazzja fl-Ispirtu s-Santu: 122.
 
	- 
	
	Ma noqogħdux nitlajjaw meta l-Ispirtu jitlob minna li mmiddu pass: 139.
 
	- 
	
	Mingħajr l-Ispirtu, il-ħajja tal-Knisja tinbidel f’oġġett għal ġol-mużew: 
	58. 
 
	- 
	
	Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jsawwab fina ħerqa qawwija li nkunu qaddisin: 
	177.
 
	- 
	
	
	Parresia 
	(kuraġġ) li hi siġill tal-Ispirtu: 132, 175.
 
	- 
	
	Pawlu jsemmi l-ħlewwa bħala frott tal-Ispirtu s-Santu: 73.
 
	- 
	
	Qajjem qaddisin nisa: 12.
 
	- 
	
	Qanqal fl-Appostli l-kuraġġ biex ixandru lil Kristu: 129, 133.
 
	- 
	
	Qdusija li hi l-frott tal-Ispirtu s-Santu: 15.
 
	- 
	
	Talb lill-Ispirtu s-Santu bex jurina x’qed jistenna minna Ġesù: 23.
 
	- 
	
	Taqtax qalbek, għax int għandek il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu: 15.
 
	- 
	
	Tibżgħux tħallu lill-Ispirtu s-Santu jmexxikom: 34.
 
	- 
	
	Xewqa li nkunu safjin titwettaq fina bl-Ispirtu s-Santu: 53.
 
 
  
TALB 
	- 
	
	Dixxerniment u t-talb: 166.
 
	- 
	
	Espressjoni ta’ qalb li tafda lil Alla: 149, 154.
 
	- 
	
	Fidi li tesprimi ruħha fit-talb: 162.
 
	- 
	
	Flimkien mal-imħabba ta’ Alla, il-qari tal-Evanġelju, u l-għotja 
	għall-proxxmu: 100.
 
	- 
	
	Għandu jkun dejjem għani fil-memorja: 153.
 
	- 
	
	Hu ankra f’ċirkustanzi diffiċli: 114.
 
	- 
	
	Hu prezzjuż jekk iwassal għall-għotja: 104.
 
	- 
	
	Ħin tat-talb li mhux ħin ta’ ħarba mid-dinja: 152.
 
	- 
	
	Ma jagħmilx ġid li tfittex it-talb imma bla ma tagħti valur lill-qadi: 26.
 
	- 
	
	Ma nistgħux ma nfittxux is-skiet tat-talb fit-tul: 171
 
	- 
	
	Mhux bilfors kontemplazzjoni pura ta’ Alla bla distrazzjoni: 154.
 
	- 
	
	Qaddis li hu persuna bi spirtu ta’ talb: 147
 
	- 
	
	Qari tal-Kelma ta’ Alla fi spirtu ta’ talb: 156.
 
	- 
	
	Qdusija li mhix biss għal dawk li jistgħu jagħmlu ħin twil ta’ talb: 14.
 
	- 
	
	Relazzjoni intima ta’ ħbiberija: 149.
 
	- 
	
	Tajjeb it-tagħlim tat-teoloġija, basta ma jintefiex l-isprtu ta’ talb u 
	ġabra: 46.
 
	- 
	
	Talb li fih tista’ tagħraf is-sinjali li joffrilek Alla: 23.
 
	- 
	
	Tkellem, Mulej: 172.
 
	- 
	
	Valur tat-talb ta’ petizzjoni u interċessjoni: 154.
 
	- 
	
	Waħda mill-karatteristiċi tal-qdusija: 147-157.
 
 
  
TAMA 
	- 
	
	Qaddis li kapaċi jgħix bil-ferħ u jdawwal lill-oħrajn bi spirtu pożittiv u 
	mimli tama: 122.
 
	- 
	
	Serenità mimlija bit-tama: 125.
 
	- 
	
	Talba ta’ petizzjoni li tgħinna nibqgħu mexjin ’il quddiem nitqabdu 
	bit-tama: 154.
 
 
  
TBATIJA U TAĦBIT 
§  
Biex ngħixu l-Evanġelju, ma nistgħux noqogħdu nistennew li kollox ikun favurina: 
91. 
§  
Għajnuna lil min qed ibati: 108. 
§  
Hemm mumenti ibsin, imma xejn ma jista’ jeqred il-ferħ sopranaturali: 125. 
§  
Interċessjoni li tesprimi impenn fratern fit-tbatija tal-oħrajn: 155. 
§  
Li ssofri t-tbatija bis-sabar, mhux li taħrab mis-soċjetà: 119. 
§  
Loġika tad-don tas-salib: 174-175. 
§  
Ma nistgħux nistennew li kollox madwarna jkun favurina: 91. 
§  
Min hu mxennaq biex jitqaddes hu msejjaħ ibati: 107. 
§  
Persekuzzjonijiet mhumiex realtà biss tal-imgħoddi: 94. 
§  
Qatt mhu ħa jonqos is-salib: 75. 
§  
Qdusija li mhix riservata għal dawk li jżommu ’l bogħod mit-taħbit: 14. 
§  
Salib, taħbit tiġrib li huma hu għajn ta’ maturazzjoni u ta’ tqaddis: 92. 
§  
Taħbit tal-ħajja u l-kontemplazzjoni tal-wiċċ ta’ Ġesù li miet u rxoxta: 151. 
§  
Taħbit u l-ferħ tal-Ispirtu s-Santu: 122. 
§  
Tbatijiet li jeħtieġ inġarrbu minħabba l-Evanġelju huma l-persekuzzjonijiet: 92, 
93. 
§  
Trijonf 
Nisrani 
li 
hu 
s-salib,
li 
hu stendard ta’ rebħa, 
li nġorruh bi ħlewwa: 
163. 
  
TEOLOĠIJA 
§  
Li l-istudju tat-teoloġija ma jitfix l-ispirtu ta’ talb u ġabra: 46. 
§  
Teoloġija u qdusija huma koppja inseparabbli: 45. 
§  
Użu san u umli tar-raġuni biex nirriflettu fuq it-tagħlim teoloġiku u morali 
tal-Evanġelju: 39. 
  
UMANITÀ 
§  
Alla jeħodna hemm fejn tinsab l-umanità l-iżjed miġruħa: 135. 
§  
Bl-iskart tal-umanità vulnerabbli l-Mulej għad isawwar l-aħħar opra tal-arti 
tiegħu: 61. 
§  
Kontemplazzjoni tal-wiċċ ta’ Ġesù li miet u rxoxta terġa’ tibni mill-ġdid 
l-umanità tagħna: 151. 
§  
Umanità li ma ssibx mistrieħ jekk ma tersaqx bil-fiduċja lejn il-Ħniena ta’ 
Alla: 121. 
  
UMILJAZZJONI 
§  
Appostli li wara l-umiljazzjoni, kienu ferħana: 118. 
§  
Jekk m’intix kapaċi ġġarrab u toffri xi umiljazzjonijiet, m’intix umli: 118. 
§  
Qdusija li Alla jagħti lill-Knisja tiegħu tiġi permezz tal-umiljazzjonijiet ta’ 
Ibnu: 118. 
§  
Twasslek biex issir tixbah lil Ġesù: 118. 
§  
Umiljazzjoni li mhix xi ħaġa li għandna nieħdu pjaċir biha, għax dan ikun 
masokiżmu: 120. 
§  
Umiljazzjonijiet ta’ kuljum ta’ dawk li jistabru biex jistgħu jsalvaw 
lill-familja: 119. 
§  
Umiltà li tista’ tniżżel għeruqha fil-qalb biss permezz tal-umiljazzjonijiet: 
118. 
UMILTÀ 
§  
Nirċievu d-doni ta’ Alla b’umiltà: 56. 
§  
Rieda mingħajr umiltà: 49-51. 
§  
Tista’ tniżżel għeruqha fil-qalb biss permezz tal-umiljazzjonijiet: 118. 
§  
Tistqarr b’umiltà lill-Mulej: 49. 
§  
L-umiltà tal-Missier, li jiċċekken biex jimxi mal-poplu tiegħu: 118. 
  
VERITÀ 
§  
Evanġelju li jistedinna nagħrfu l-verità tal-qalb tagħna: 67. 
§  
Ħniena li hi l-milja tal-ġustizzja u l-wirja l-iżjed imdawla tal-verità ta’ 
Alla: 105. 
§  
Inħarsu f’wiċċ il-verità tagħna nfusna, biex inħallu lill-Mulej jidħol fiha: 29. 
§  
Nistgħu nifhmu b’mod fqir il-verità li nirċievu mingħand il-Mulej: 43. 
§  
Poplu li jagħraf lil Alla fil-verità u jservih fil-qdusija: 6. 
§  
Verità fil-kliem ta’ Ġesù dwar il-qdusija: 63. 
  
XHIEDA 
§  
Aħna lkoll imsejħin inkunu xhieda: 11. 
§  
Bla nar fik, kif tista’ tqabbad il-qalb tal-oħrajn bix-xhieda tiegħek?: 151. 
§  
Dawk li kienu qatluhom minħabba x-xhieda li kienu taw: 4. 
§  
Għandna madwarna sħaba hekk kbira ta’ xhieda: 3. 
§  
Il-parresia hi siġill tal-Ispirtu, xhieda tal-awtentiċità tat-tħabbira: 
132. 
§  
Ix-xhieda qarrieqa ttebba’ l-bniedem: 85. 
§  
Jeżistu bosta xejriet eżistenzjali ta’ xhieda: 11. 
§  
Ngħixu bi mħabba u noffru x-xhieda tagħna fil-ħidmiet ta’ kuljum: 14. 
§  
Qawwet ix-xhieda tal-qaddisin qiegħda f’li għexu l-Beatitudnijiet u r-regola ta’ 
mġiba tal-Ġudizzju finali: 109. 
§  
Sehem mill-uffiċċju profetiku ta’ Kristu meta nxandru x-xhieda ħajja tiegħu: 8. 
§  
Xhieda biex jistimulawna u jimmotivawna, imma mhux biex nikkuppjawhom: 11. 
§  
Xhieda għal Kristu saċ-ċarċir tad-demm saret wirt komuni ta’ Kattoliċi, 
Ortodossi, Anglikani u Protestanti: 9. 
§  
Xhieda li jagħmlulna l-qalb biex nibqgħu niġru t-triq tal-prova: 3. 
§  
Xhieda li tfakkarna li l-Knisja m’għandhiex bżonn tant burokrati u funzjonarji: 
138. 
§  
Xhieda ta’ nisa mhux magħrufa jew minsija: 12. 
§  
Xhieda tal-qaddisin: 15, 141. 
§  
Xhieda tal-qdusija hi magħmula mis-sabar u l-perseveranza f’dak li hu tajjeb: 
112. 
  
			
			
XITAN 
§  
Hu l-prinċep tal-ħażen: 159. 
§  
Irbaħ il-ħażin bit-tajjeb, u keċċi ’l barra ’l bogħod minnek lid-demonju: 117. 
§  
Jekk inwebbsu rasna, nibqgħu ma nammettux l-eżistenza tax-xitan: 160. 
§  
Kif inkunu nafu jekk ħaġa hix ġejja mill-ispirtu tax-xitan: 166, 168. 
§  
Nissimplifikaw iżżejjed jekk ngħidu li x-xitan ma jeżistix u ma jaġixxix: 160. 
§  
Trid il-qawwa u l-kuraġġ biex tista’ tieqaf lit-tentazzjonijiet tax-xitan: 158. 
			   |