X’ifisser Franġisku?

L-ismijiet normalment ma nagħżluhomx aħna, imma huma mogħtija lilna. Għalhekk meta l-Papa għażel għalih nnifsu l-isem ta’ Franġisku huwa ried iqajjem xi ħaġa fina.  Riedna nistaqsu, “X’ifisser Franġisku?”

L-eżempju li jagħtina Franġisku biex inħarsu lejh huwa ta xi ħadd li kien nisrani radikali.  Aħna ma rridux niffukaw fuq Franġisku, imma fuq dak li Franġisku għamel.  U b’ħajtu, il-Papa Franġisku qed jagħmililna sejħa biex inħarsu lejn Franġisku, għax Franġisku ispira lilu.

Is-sempliċità li għandu hija c-ċarezza tiegħu fi kliemu, f’dak li jagħmel, f’ilbiesu ….

Franġisku: il-Qaddis u l-Papa.