L

A

I

K

0

S

 

Home  

Kuntatt

 

Talba ta' Tħejjija għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ 2018

 

 

 

TALBA BI TĦEJJIJA GĦAS-SINODU

“IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, Il-FIDI U D-DIXXERNIMENT VOKAZZJONALI”

 

Mulej Ġesů,

fil-mixja tagħha lejn is-Sinodu,

il-Knisja tiegħek għandha ħarsitha fuq iż-żgħażagħ kollha tad-dinja.

 

Nitolbuk biex bil-kuraġġ kollu

jieħdu ħajjithom f’idejhom,

jimmiraw għall-aktar ħwejjeġ sbieħ u profondi

u jżommu dejjem qalb ħielsa.

 

Imseħbin minn persuni għorrief u ġenerużi li jmexxuhom,

għinhom iwieġbu għas-sejħa

li inti tagħmel lil kull wieħed u waħda minnhom,

biex iwettqu l-pjan li fassalt għal ħajjithom

u jaslu għall-hena sħiħ.

 

Żommilhom qalbhom miftuħa għal ħolmiet kbar

u agħmel li jkunu attenti għall-ġid ta’ ħuthom.

 

Bħad-Dixxiplu l-maħbub,

ħa jkunu huma wkoll taħt is-Salib

biex jilqgħu mingħandek lil Ommok bħala don.

 

Ħa jkunu xhieda tal-Qawmien tiegħek

u jagħrfuk ħaj f’nofshom

biex hekk ixandru bil-ferħ li int il-Mulej.

 

Amen.

 

Il-Papa Franġisku

 Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard

 

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta