Il-Papa

Qabel xejn, insellem lilkom lkoll.  Nittama li tinsabu fsaħħitkom, li l-familja tagħkom huma tajbin u li intom tinsabu tajbin. Jiena kuntent ħafna li qiegħed inżurkom u nara li fil-qalb tagħkom għandkom bosta ħwejjeġ, u nittama li l-Ħanin Alla jagħtikom dak kollu li tixtiequ.  Qaluli li tixtiequ tkantaw.  Tassew?

 

Tifel

Għażiż Papa Franġisku,

Aħna tfal tal-Palestina. Sa minn 66 sena ilu, il-ġenituri tagħna kienu  jgħixu f'art okkupata.  Aħna ftaħna għajnejna taħt din l-okkupazzjoni u rajna il-nakba (l-ispostament tal-poplu Palestinjan u t-telf ta arthom u l-propjet tagħhom li ġrat fl-1948) fgħajnejn in-nanniet tagħna meta huma kien qed iħallu din id-dinja.  Irridu ngħidu lid-dinja: Daqshekk tbatija u umiljazzjoni.

 

Papa

Nixtieq nirringrazzjakom tal-kant taghkom. Tassew sbieħ!  Tkantaw tajjeb ħafna.  U nirringrazzja lilek għall-kliem li għidtli fisem kulħadd.  Grazzi tar-rigal li għalija jfisser ħafna!

Qrajt dak li ktibtu fuq il-karti; fhimt dak li ktibtu bl-Ingliż u l-Patri fissirli dak li kien miktub bl-Arbi.  Nifhem dak li qed tgħiduli u l-messaġġ li qed tagħtuni. Tħallu qatt li l-passat jiddeterminalkom ħajjitkom.  Ħarsu dejjem il quddiem. Aħdmu u stinkaw biex takkwistaw il-ħwejjeġ li tixtiequ. Iżda kunu afu ħaġa, li l-vjolenza ma tintrebaħx bil-vjolenza!  Il-vjolenza tintrebaħ bil-paċi! Bil-paċi, bix-xogħol, bid-dinjit li tmexxu pajjiżkom il quddiem!

 

Grazzi ħafna li lqajtuni! U nitlob lil Alla li jberikkom! U lilkom nitlobkom titolbu għalija!  Grazzi ħafna!