VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA

FIL-LITWANJA, IL-LATVJA U L-ESTONJA

[22-25 TA’ SETTEMBRU 2018]

 

TISLIMA TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA LILL-ĠURNALISTI

FIT-TITJIRA DIRETTA LEJN VILNIUS (IL-LITWANJA)

 

Titjira Papali

Is-Sibt 22 ta’ Settembru 2018

 

Greg Burke:

L-għodwa t-tajba, Santità, u merħba! Taf li issa wasalt għall-25 vjaġġ internazzjonali tiegħek? Naħseb li ħafna mill-ġurnalisti, jew tal-inqas diversi, għamlu l-vjaġġi kollha; għal oħrajn hu vjaġġ ġdid, l-ewwel vjaġġ, inklużi disa’ ġurnalisti mill-Pajjiż Baltiċi. Napprofitta biex infakkar lil kulħadd li dan huwa mument qasir ta’ tislima. Forsi l-ewwel tixtieq tgħid xi ħaġa int…

 

Il-Papa Franġisku

L-għodwa t-tajba! Grazzi ħafna tal-kumpanija tagħkom, tal-għajnuna f’dan il-vjaġġ, is-servizz, biex tgħarrfu lin-nies li qed issegwi l-vjaġġ u li għandha xi interess. Huma tliet pajjiżi li jixxiebhu imma huma differenti, u sa tkun ħidma sabiħa, għall-attenzjoni tagħkom, taraw kemm ix-xebh u kemm id-differenzi. Għandhom storja komuni u anki differenti. U sa tkun esperjenza sabiħa! Grazzi ħafna!

 

miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard